Novembru 1999
Zjara lill-President ta' Malta
Il-Kummissjoni minn dejjem zammet relazzjoni tajba
mal-Presidenza ta’ Malta, l-aktar minhabba li z-zewg entitajiet jahdmu vicin
tal-persuni b’dizabilita` permezz tas-Servizz Ghajnuniet Specjali u l-Community
Chest Fund.
![]() |
Mal-bidla tal-Presidenza, il-Kummissjoni ghamlet zjara ta’ kortesija lill-President il-gdid ta’ Malta, l-Eccellenza Tieghu Profs Guido DeMarco. Din iz-zjara saret fil-21 ta’ Mejju 1999 u saret fil-Palazz tal-President il-Belt Valletta. Waqt din iz-zjara, ic-cermen tal-Kummissjoni, is-sur Joe Camillieri pprezenta lill-President DeMarco kopja tal-fuljett tal-Kummissjoni "Indaqs". Il-President wera interess kbir fil-hidma tal-Kummissjoni u talab lid-dirigenti tal-Kummissjoni biex jibqghu jzommuh infurmat b’din il-hidma biex hu jkun jista’ jghin halli jintlahqu l-ghanijiet taghha |
Il-Kummissjoni qed taghmel dan billi:
Minn qalbna nirringrazzjaw lill-President DeMarco tal-interess genwin li hu ha fil-hidma tal-Kummissjoni.
Bdil fil-Kummissjoni u Ezekuttiv Gdid
Il-Federazzjoni tal-Organizzazzjonijiet ghall-Persuni b’Dizabilita` fil-bidu tas-sena kellha tibdil fid-dirigenti taghha. Il-Federazzjoni talbet lill-Ministeru ghall-Politika Socjali biex jinbidlu xi rapprezentanti taghha fuq il-Kummissjoni. Il-Ministeru accetta din it-talba bir-rizultat li l-Perit Philip Grech u s-Sur John Peel hadu post is-sur Anthony Abela u s-sur John Cauchi f’isem il-Federazzjoni. Issa z-zewg rapprezentanti tal-Federazzjoni fuq l-Ezekuttiv tal-Kummissjoni huma Dr Anthony Charles u s-Sur Paul Mifsud.
Fil-waqt li nawguraw hidma fejjieda lill-membri l-godda, naghtu hajr mill-qalb lill-membri li temmew il-kariga.
Rapprezentanti tal-Gvern u l-Oppozizzjoni
Il-Kummissjoni dejjem emmnet li l-Parlament Malti, meta jigi biex jghaddi ligijiet godda, ghandu jassigura li dawn joffru verament opportunitajiet indaqs lill-persuni b’dizabilita` u l-familji taghhom. Ghal dan il-ghan il-Kummissjoni regghet stiednet liz-zewg nahat tal-Kamra tar-Rapprezentanti biex jahtru membru minn kull naha li jagixxi ta’ liaison officer bejn il-Kummissjoni u l-Parlament. Iz-zewg nahat tal-Kamra regghu qablu ma’ din il-proposta u hatru lil
Il-Kummissjoni se zzomm lil dawn iz-zewg membri parlamentari infurmati bil-hidma taghha u b’dak kollu li jkun qed jigri f’dan il-qasam.
Tibdil fl-Istaff tal-Kummissjoni
Matul dawn l-ahhar sitt xhur is-segretarjat tal-Kummissjoni kellha tibdil u zieda fil-membri tal-istaff taghha. Dan it-tibdil kien
EU Screening
Il-Kummissjoni hadet sehem attiv fil-process tal-EU Screening li l-Ministeru ghall-Politika Socjali kellu biex naraw li l-Ligijiet Maltin ikunu konformi ma’ dawk tal-Unjoni Ewropea. Is-sur Joe Camilleri, Cermen tal-Kummissjoni, se jkun fid-delegazzjoni ufficjali ta’ dan il-Ministeru li se titla’ Brussels biex jitkompla dan il-process.
Ligi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Dizabilita`)
Fis-27 ta’ Lulju 1999 gie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern l-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Dizabilita`). Dan sar wara li l-Parlament Malti ressaq l-ewwel qari ta’ din il-Ligi fit-3 ta’ Dicembru 1998, il-Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Dizabilita`.
Is-segretarjat tal-Kummissjoni diga’ beda jhejji biex il- Kummissjoni jkollha l-ghodda halli tkun tista’ timplimenta din il-Ligi. Dan sar billi:
Servizzi Residenzjali ghall-Persuni b’Dizabilita`
Il-Kummissjoni kompliet tahdem fuq dan l-aspett importanti. It-Tlieta 6 ta’ Lulju 1999 il-Kummissjoni formalment ipprezentat ir-rapport Servizzi Residenzjali ghall-Persuni b’Dizabilita` fil-Komunita’ lill-Ministru Dr Gonzi. Dan ir-rapport kien ippreparat mill-Management Efficiency Unit tal-Ufficju tal-Prim Ministru, bis-sapport shih tal-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni diga’ bdiet tahdem biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet li fih dan ir-rapport billi:
Kopji ta’ dan ir-rapport jistghu jinkisbu mill-ufficini tal-Kummissjoni kemm b’
Kumitat Ministerjali Dwar l-Edukazzjoni Inkluziva
Il-Kummissjoni, permezz tac-Cermen u d-Direttur Ezekuttiv taghha, kompliet taghti sehemha fil-hidma tal-Kumitat Ministerjali dwar l-Edukazzjoni Inkluziva mmexxi mill-Onor Dr L Galea, Ministru ta’ l-Edukazzjoni.
Decizjoni importanti li ttiehdet minn dan il-Kumitat wara laqgha bejn il-Ministru Galea u l-Ministru Gonzi, kienet li studenti b’dizabilita` tal-iskejjel specjali li kellhom jispiccaw minn dawn l-iskejjel f’Settembru 1999, jibqghu sena ohra fl-iskejjel specjali biex:
Ic-Centri ta’ Matul il-Jum u l-Kummissjoni
Il-Kummissjoni kompliet bil-hidma taghha halli l-Ministeru
ghall-Politika Socjali jaghti l-ahjar servizz ta’ matul il-jum lill-adulti b’dizabilita`
li ghal xi raguni jew ohra ma jkunux jistghu jidhlu fid-dinja tax-xoghol.
![]() |
Dan is-servizz fil-prezent qed jinghata primarjament permezz tal-hames Centri li l-Ministeru ghandu fi Fleur-de-Lys, Hal Far, l-Imtarfa, Santa Venera u Wied il-Ghajn. F’Ghawdex hemm Centru iehor f’Ghajnsielem immexxi mill-Ministeru ghal Ghawdex permezz ta’ Bord tat-Tmexxija u b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ghamlet talba lill-Ministeru ghall-Politika Socjali biex jitwaqqaf Kumitat Ministerjali li jimmoniterja l-hidma ta’ dawn ic-Centri, rakkomandazzjoni li giet accettata u qed tigi implimentata. |
F’dawn l-ahhar sitt xhur ittiehdu diversi mizuri biex jitjieb is-servizz ta’ dawn ic-Centri:
Il-Kummissjoni se tkompli taghti sehemha biex dawn ic-Centri joffru l-ahjar servizz possibbli lill-persuni b’dizabilita` li ghandhom bzonn is-servizzi taghhom.
Servizz Ghajnuniet Specjali
Matul dawn is-sitt xhur, is-Servizz Ghajnuniet Specjali ha diversi mizuri biex jipprovdi servizz aktar efficjenti lill-persuni b’dizabilita` li jkollhom bzonnu. Dawn il-mizuri kienu jinkludu:
Is-Servizz baqa’ joffri wkoll apparat specjali second hand
li jkun irritornat lilu ghax dak li jkun ibbenefika minnu ma jkunx ghad ghandu
bzonnu. Naturalment l-apparat ikun ghadu f’kundizzjoni tajba hafna. Fil-prezent
is-Servizz ghandu dan l-apparat specjali second hand:
Min ghandu bzonn xi haga minn dan l-apparat specjali ghandu jikkuntattja lis-Sur Norbert Gingell jew is-sinj Marianne Debono (Telefon 245952) waqt il-hinijiet tal-ufficcju.
Is-Servizz SAPPORT
Il-Unit ta’ Social Work mal-Persuni b’Dizabilita` u l-familji taghhom SAPPORT giet ri-organizzata amministrattivament. Is-Social Work Development Programme assumiet ir-responsabilita ta’ din il-Unit fil-waqt li dan il-Unit baqa’ jzomm kuntatt qawwi mal-Kummissjoni.
F’dawn l-ahhar gimghat kien hemm ukoll xi tibdil fl-impjegati ta’ din il-Unit. Is-Sur Robert Busuttil ha postu bhala administrative support worker tas-Sinj. Marthese Tabone li harget bil-maternity leave fil-waqt li is-Sinj Grazzja Aquilina, social worke,r inghaqdet ma’ dan it-tim.
L-ufficini ta’ din il-Unit qeghdin fic-Istituto Vincenzo Bugeja, Centru Hidma Socjali waqt li l-hinijiet li wiehed jista’ jikkuntattja din il-Unit huma hekk: fis-Sajf: mis-7.30 a.m. sas 1.30 p.m. waqt li fix-xitwa mis-7.30 a.m. sas-6.30 p.m. Il-Unit jista’ jigi kkuntattjat ukoll permezz tat-telefon 442121, 441273, textelefon 446536 jew fax 489210.
Is-Servizz tal-Karta tal-Identita’ Specjali
Fl-1990 il-Kummissjoni bdiet toffri s-servizz tal-Karta ta’ l-Identita’ Specjali lill-persuni b’dizabilita` li kellhom dizabilita` skond il-Att tas-Sigurta’ Socjali tal-1989 u kif emendata. Maz-zmien zdiedu persuni li kellhom dizabilitajiet ohra bhal ma huma
Il-Kummissjoni issa estendiet li taghti din il-karta anke lil dawk il-persuni li ghandhom dizabilita` fizika kkawzata minn nuqqas ta’ id wahda.
Accessibilita` ghal Kulhadd
Il-Kummissjoni kompliet tahdem halli l-ambjent fiziku ta’ madwarna jkun verament accessibbli ghal kulhadd kif jitlob l-istess Pjan ta’ Struttura approvat mill-Parlament Malti. Din il-hidma tal-Kummissjoni dehret l-aktar permezz ta’ stqarrijiet pubblici fir-rigward:
Mill-banda l-ohra komplew it-tahditiet mal-Ministeru tal-Ambjent biex:
![]() |
Il-Kummissjoni hadmet ukoll mal-Awtorita` tal-Ippjanar f’dan ir-rigward. Fil-fatt is-Segretarju Parlamentarti George Pullicino, waqt konferenza stampa li saret il-Gimgha, 23 ta' Lulju 1999, habbar li mill-1 ta’ Jannar 2000 kull bini miftuh ghall-uzu pubbliku jrid jirrispetta l-principji tal-Accessibilita’ ghal Kulhadd biex jinghata l-permess ghad-dawl u l-ilma. Dan fisser li kull applikazzjoni ghall-bini se tibda tigi vvettjata mill-Kummissjoni. |
Il-Kummissjoni qed tahdem ukoll mal-Kamra tal-Periti biex norganizzaw konferenza Ewropea ghall-periti Maltin bil-partecipazzjoni ta’ esperti Ewropej bil-ghan li noholqu kuxjenza akbar dwar din l-issue. Din il-konferenza ser issir fl-24 ta’ Novembru 1999 u se jkollha l-partecpazzjoni ta’ Profs J.Sandhu tal-Universita’ ta' Northumbria u Profs S Vasilis, President ta' l-International Union of Architects. Din il-konferenza se jkollha l-appogg tas-Segretarjat Parlamentari fi hdan il-Ministeru tal-Intern u tad-Direttorat tal-Unjoni Ewropea f’Malta.
Il-Kummissjoni ghamlet diversi tentattivi biex il-unit ta’ lecturers li naghtu lil diversi fakultajiet differenti tal-Universita’ ta’ Malta jibda jinghata ukoll lill-Fakulta’ tal-Periti. Sfortuntament s’issa din il-proposta ghadha ma gietx accettata mill-Fakulta tal-Arkitettura.
Il-Karozzi tal-Linja l-Godda
Il-Kummissjoni temmen li parti mill-kampanja taghha biex persuni b’dizabilita` fizika jkollhom opportunitajiet indaqs bil-fors trid tinkludi l-issue tat-trasport. It-trasport pubbliku biex verament ikun pubbliku, irid bil-fors ikun accessibbli ghal kulhadd ,inkluzi dawk li ghandhom dizabilita` fizika.
Ghal dan il-ghan fil-bidu ta’ Ottubru 1999 il-Kummissjoni nediet kampanja pubblika biex is-socjeta’ Maltija taghraf il-bzonn li l-karozzi tal-linja l-godda jenhtieg li jkunu low-floor mhux biss minhabba l-issue socjali imma wkoll minhabba li jaghmel sens ekonomiku.
Din il-kampanja qed tinkludi riklami fil-media kollha, tahditiet u attivitajiet simili. Ghal din il-kampanja pubblika l-Kummissjoni xtrat is-servizzi professjonali tal-Kooperativa Outlook. Il-Kummissjoni wkoll sabet l-appogg finanzarju tal-Kumpanija Malta International Airport biex tkun tista’ twettaq din il-kampanja.
Skema Sebgha tal-Awtorita` tad-Djar
Wara diskussjoni bejn il-Kummissjoni u l-Awtorita` tad-Djar, giet imtejba b’mod sostanzjali Skema Sebgha tal-Awtorita` li ghandha l-ghan li tghin finanzjarjament persuni b’dizabilita` jaghmlu xoghol ta’ titjib mehtieg f’darhom minhabba d-dizabilta’ taghhom. Dan it-titjib jikkonsistifilli :
Is-somma massima ta’ l-assistenza finanzjarja ghal xoghlijiet li jiswew anqas flus nizlet minn Lm1,000 ghal Lm800.
Abbonati tat-Textelefon
Il-Kummissjoni gabet konferma mill-Maltacom li abbonati taghha li ghandhom it-textelefon minhabba d-dizabilita` taghhom (primarjament nuqqas ta’ smigh) huma intitolati ghal tnaqqis fil-kont tat-telefon ta’ Lm2.50 kull xahar.
Persuni b’dizabilita` li ghandhom it-textelefon u li mhux qed jircievu dan it-tnaqqis fil-kont tat-telefon taghhom ghandhom jinfurmaw lill-Maltacom jew lill-Kummissjoni.
Kumitat Servizz Awdjoligici
Il-Kummissjoni accettat l-istedina tal-Ministeru tas-Sahha li permezz tac-Cermen taghha ticcerja kumitat li ghandu l-ghan li jara li s-servizzi awdjologici moghtija mill-Ministeru tas-Sahha, l-aktar dawk mill-ENT Outpatient tad-Divizjoni tas-Sahha, jkunu ta’ l-oghla kwalita’. Dan il-kumitat hu maghmul minn:
Il-Kummissjoni se tkompli tghin biex dan il-kumitat jaghti l-frott mixtieq.
Fondazzjoni Klieb-Gwida u Servizzi ghall-Persuni Neqsin mid-Dawl
Wara numru ta’ rizenji minn din il-Fondazzjoni u wara li ma gie rregistrat l-ebda progress , l-Ezekuttiv tal-Kummissjoni, bi qbil mal-membri li kien ghad baqa’, hatar lis-sur Joe Camilleri, cermen tal-KNPD, biex temporanjament jagixxi wkoll ta’ cermen ta’ din il-Fondazzjoni. Is-sur Camilleri diga’ laqqa’ diversi drabi l-bord ta’ din il-Fondazzjoni u hu ttamat li fil-futur qarib jitfassal pjan ta’ hidma ghal din il-Fondazzjoni.
Konferenza "Back to Our Roots" minn PEKTUR
Bejn il-11 u l-15 ta’ Ottubru l-Kummissjoni, permezz tal-programm taghha PEKTUR, organizzat kors qasir bit-tema "Back to Our Roots: A Disability Perspective on Social Work Practice". Dan il-kors kien intiz l-aktar ghas-social workers li jahdmu mal-persuni b’dizabilita u l-familji taghhom.
Il-kelliema principali ta’ din il-konferenza kienu Profs. Len Barton mill-Universita' ta’ Sheffield, is-sinj. Joy Oliver mid-Disablement Services Centre ta' Essex u Profs Michael Oliver mill-Universita’ ta’ Greenwich li juza siggu tar-roti.
Dan il-kors li sar f’Dar tal-Providenza infetah mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Dr. Louis Galea u inghalaq ufficjalment mill-Ministru ghall-Politika Socjali, Dr. Lawrence Gonzi li anke ta certifikat ta' attendenza lil madwar 100 persuna li attendew, fosthom l-istaff kollu tas-Segretarjat tal-Kummissjoni. Minhabba f’hekk l-ufficini tal-Kummissjoni kellhom jinzammu maghluqa ghal din il-gimgha.
Fi tmiem dan il-kors il-partecipanti ddecidew li jkunu pro-attivi billi
Barra minn din il-konferenza ta' gimgha, gew organizzati wkoll
dawn il-lectures:
Dan il-kors kellu l-appogg tad-Dar tal-Providenza, id-Dipartiment tas-Social Work and Social Administration ta' l-Universita' ta’ Malta, l-Assocjazzjoni tas-Social Workers Maltin, il-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni ta' l-Universita' ta' Malta, is-Segretarajt Parlamentari fi hdan il-Ministeru tal-Intern u l-Lukanda Westin Dragonara Holiday Complex.
Oqsma tad-Dizabilita`
Wara l-waqfa tas-sajf, il-Kummissjoni regghet bdiet taghti l-credit course ta' lectures dwar l-Oqsma tad-Dizabilita' lil diversi fakultajiet tal-Universita’ u entitajiet ohra. Dawn il-lectures jinæataw bil-partecipazzjoni attiva ta' persuni b'dizabilitajiet differenti u qraba ta' persuni b'dizabilita'. Ghall-ewwel term ta’ din is-sena universitarja dan il-kors (f'forom differenti) qed jinghata lil:
flimkien mal-CARITAS qed jinghataw lectures fil-
Fil-bidu tas-sena 2000 jinæataw ukoll lezzjonijiet lil studenti
Gimgha tal-Persuni b’Dizabilita` 1999
Dan il-fuljett Indaqs qed jigi ppubblikat matul il-Gimgha tal-Persuni b’Dizabilita` ghal din is-sena. Din il-Gimgha fil-fatt qed tigi organizzata bejn il-Hadd, 28 ta’ Novembru u l-Hadd, 5 ta’ Dicembru 1999 biex tinkludi l-Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Dizabilita’ li n-Nazzjonijiet Uniti ddikjarat ghat-3 ta’ Dicembru ta’ kull sena. Din il-Gimgha tigi organizzata minn 4 organizzazzjonjiet li huma:
It-tema ta’ din il-Gimgha ghal din is-sena hi: Lejn l-2000 b’Dinjita` bis-Sahha tal-Ligi
Ktejjeb "Servizzi u Beneficcji ghall-Persuni b’Dizabilita`"
Fl-1991, il-Kummissjoni harget l-ewwel edizjoni tal-ktejjeb "Servizzi u Beneficcji ghall-Persuni b’Dizabilita`" bil-ghan li kulhadd ikun jaf is-socjeta Maltija x’qed taghmel biex toffri opportunitjiet indaqs lill-persuni b’dizabilita` u l-familji taghhom. Minn dak in-nhar il-Kummissjoni harget zewg edizzjonijiet ohra ta’ dan il-ktejjeb.
Peress li l-ahhar edizjoni ta’ dan il-ktejjeb saret f’Novembru 1994, ilu ftit li nhasset il-htiega li tigi ppreparata edizzjoni aktar aggornata ta’ dan il-ktejjeb. Fil-fatt l-edizzjoni l-gdida ta’ dan il-ktejjeb se tkun lesta ghall-pubbliku matul il-Gimgha tal-Persuni b’Dizabilita` ta’ din is-sena.
Dan il-ktejjeb jista’ jinkiseb f’:
*tipa regolari *tipa kbira *Braille *awdjo kassett *kompjuter diskett *verzjoni bl-Ingliz
mill-ufficini tal-Kummissjoni.
Statistika mir-Registru Nazzjonali tal-Persuni b’Dizabilita`
Il-Kummissjoni ilha mill-1992 tigbor informazzjoni dwar il-bzonnijiet tal-persuni b’dizabilita` f’Malta u f’Ghawdex permezz tal-kwestjonarju li kull persuna b’dizabilita’ hu mitlub li jimla. Naturalment kull informazzjoni tinzamm kunfidenzjali.
Din l-informazzjoni tiddahhal fil-kompjuters tal-Kummissjoni. Fl-1994 il-Kummissjoni ghamlet analizi ta’ l-ewwel 3,330 kwestjonarju u ppubblikat din l-analizi fi ktieb.
Issa wara li ghaddew hames snin minn din il-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni se terga‘ tippubblika analizi gdida, din id-darba ta’ madwar 6300 kwestjonarju. Din l-analizi hi importanti biex tghin lil dawk kollha li jridu jiehdu d-decizjonijiet f’dan il-qasam.
Kopja ta’ din il-pubblikazzjoni bl-Ingliz tista’ tinkiseb mill-ufficini tal-Kummissjoni.
Web Site tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni se jkollha l-Web Site , taghha li se jkun fiha informazzjoni dwar il-hidma taghha u li ser tkun ipprezentata b'mod li tkun accessibbli ghal kulhadd. Persuni li se jidhlu f'din is-site se jkunu jistghu jkollhom informazzjoni dwar
Din is-site hi ddisinjata biex tahdem permezz tal-program Internet Explorer 4 jew aktar. L-indirizz ta' dan is-site hu http://www.knpd.org u wiehed jista' jidhol fiha wara t-3 ta' Dicembru 1999.
IL-KARTA TAL-IDENTITA’ SPECJALI
F’din il-harga se naghtu taghrif f'aktar dettal dwar is-Servizz tal-Karta tal-Identita’ Specjali.
Meta gie mwaqqaf dan is-Servizz?
Dan is-Servizz gie mwaqqaf mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’dizabilita’ fl-1990. X’inhu l-Iskop ta’ din il-Karta tal-Identita’ Specjali? L-iskop ta’ din il-Karta huwa li l-persuni b’dizabilita’ jkunu jistghu jiehdu sehem aktar shih fis-socjeta' Maltija. Fil-fatt kull persuna li tigi l-Kummissjoni sabiex tapplika ghal xi servizz milli tipprovdi l-Kummissjoni tintalab sabiex, jekk tkun tikkwalifika, tapplika ghal din il-Karta tal-Identita’ Specjali.
Fiex tikkonsisti din il-Karta tal-Identita’ Specjali?
Din il-Karta hija ta’ kulur isfar u hija ftit izghar mill-Karta tal-Identita’ tal-Pulizija. (kopja taghha minn quddiem u wara f’din l-istampa) Fuq quddiem ikollok ukoll ritratt tieghek daqs ta’ passaport. Fuq wara ta’ din il-Karta jistghu jigu mnizzla xi dettalji li l-persuna b’dizabilita’ tkun tixtieq bhal: Numru tal-Karta tal-Identita’ tal-Pulizija Numru tat-Telefon Grupp tad-Demm Xi allergiji, ecc Din il-Karta tigi miksija bil-plastik u fuq in-naha tal-lemin taghha (in-naha ta’ fuq) ikollha toqba zghira li l-iskop taghha huwa sabiex persuni neqsin mid-dawl ikunu jistghu jiddistingwuha minn karti tal-identita’ ohra li jista’ jkollhom.
Kif nista’ napplika ghal Karta tal-Identita’ Specjali?
Il-Kummissjoni hejjiet applikazzjoni apposta ghal din il-Karta. Wiehed jista’ jikseb din l-applikazzjoni mill-Ufficini tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilita’ waqt il-hinijiet tal-Ufficcu fuq in-numri tat-Telefon: 448521, Fax: 484609, Text Telefon: 446536 , E-mail: knpd@kemmunet.net.mt, Web Page www.magnet.mt/services/knpd/index.html. Fil-prezent, l-ufficjal inkarigat minn dan is-servizz hija s-Sinjura Sonia Tanti. L-applikazzjoni tista’ timlieha u tibghatha bil-posta f’dan l-indirizz ta’ hawn taht: Ufficjal Inkarigat Registry Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilita’ Istituto Vincenzo Bugeja, Centru Hidma Socjali Sta Venera HMR 18
X’isir mid-dettalji li jigu mimlija f’din l-applikazzjoni?
Il-Kummissjoni ghandha programm apposta fuq il-kompjuters taghha sabiex l-informazzjoni kollha migbura minn din l-applikazzjoni tiddahhal fih u minnha nkunu nafu fiex waslet kull applikazzjoni ta’ kull applikant. Din l-informazzjoni tghinna wkoll sabiex inkunu nistghu nohorgu l-istatistika dwar dan is-servizz, li jkun hemm bzonn minn zmien ghal zmien.
Kull meta trid tinbidel din il-Karta tal-Identita’ Specjali?
Din il-Karta trid tinbidel hekk:
Il-karta tista' tinbidel ukoll meta jkun hemm xi tibdil fl-indirizz , fin-numru tat-telefon jew xi informazzjoni ohra. F'dawn il-kazijiet il-persuna b’dizabilita’ hija mitluba li tibghat nota lill-Kummissjoni bid-dettalji l-godda flimkien ma’ zewg ritratti daqs ta’ passaport (iffirmati fuq wara). L-ufficjal inkarigat mill-Karta tal-Identita’ Specjali tiehu hsieb li taghmlilha Karta gdida u meta din tkun lesta l-persuna b’dizabilita’ (jew min jiehu hsiebha) tigi mitluba tigi l-ufficini tal-Kummissjoni tigborha u tirritorna l-Karta l-qadima.
X’nista’ naghmel jekk nitlef din il-Karta?
Il-persuna b’dizabilita’ hija mitluba li tikkuntattja l-Kummissjoni mill-ewwel sabiex timla dikjarazzjoni (speci ta’ affidavit) fejn fiha tiddikjara li tilfet din il-Karta u li jekk issibha tirritornaha fl-ufficini tal-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli.
Kemm iddum sabiex issir din il-Karta?
Il-Kummissjoni tintrabat li jekk il-persuna b’dizabilita’ tipprovdi lill-Kummissjoni bid-dokumenti kollha necessarji ghal din il-Karta, hija tkun tista’ tohrog din il-karta f’mhux aktar minn tliet gimghat.
Xi zviluppi bi hsiebha taghmel il-Kummissjoni dwar din il-Karta tal-Identita’ Specjali?
Il-Kummissjoni qieghda fil-process li tibdel l-applikazzjoni ta’ din il-Karta sabiex barra li tkun aktar spjegata, jitnaqqas iz-zmien li wiehed idum jistenna sabiex jircevi din il-Karta. Fejn nista’ nuza din il-Karta tal-Identita’ Specjali? Wiehed jista’ jikseb din l-informazzjoni mill-Ktejjeb Servizzi u Beneficcji ghall-Persuni b’Dizabilita’ li jista' jinkiseb mill-ufficini tal-Kummissjoni.
L-UNJONI EWROPEJA U L-PERSUNA B’DIZABILITA’ Nru 2
Minn Joseph Bugeja
Kif ghedna fl-ewwel artiklu, l-inizjattiva tal-Gnus Maghquda li ghamlet l-1981 bhala s-sena ddedikata ghall-persuni b’dizabilita’ serviet bhala xprun ghall-Unjoni Ewropea (UE) biex tiehu inizjattivi f’dan il-kamp. Dan ghamlitu permezz ta’ inizjattivi mill-istituzzjonijiet kbar taghha bazikament il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew. F’dan l-istadju ta’ min wiehed jinnota li l-istruttura amministrattiva tal-Kummissjoni hi komposta minn 26 Direttorati Generali. Suggetti relatati mal-persuni b’dizabilita’ huma mehuda in konsiderazzjoni mid-Direttorat numru hamsa, li jigbor fih l-Impjieg u Aspetti Socjali (Employment and Social Affairs) li ghalih hu responsabli l-Kummissjunarju Anna Diamantopoulou. Permezz ta’ dawn l-istituzzjonijiet l-UE espremiet ruhha f’numru ta’ oqsma li jolqtu fil-laham il-haj ta’ kull persuna b’dizabilita` li ghandha dritt tghix hajja shiha.
L-Edukazzjoni
F’dan il-qasam wiehed jaghti kredtu lill-ministri tal-edukazzjoni tal-pajjizi membri li ltaqghu fi hdan il-Kunsill u li taw spinta lill-edukazzjoni tat-tfal b’dizabilita’. Kien f’wahda mil-laqghat, nhar l-14 ta’ Mejju 1987, li dawn il-Ministri tal-Edukazzjoni approvaw programm ta’ erba’ snin ghall-integrazzjoni tat-tfal b’dizabilita’ fi skejjel regolari. Din l-integrazzjoni hi meqjusa bhala pass importanti hafna fl-izvilupp shih tal-persuna b’dizabilita’. Dan l-aspett gie emfasizzat, meta tliet snin wara, fil-31 ta’ Mejju 1990, l-integrazzjoni ta’ tfal u zghazagh b’dizabilita’ fi skejjel regolari kienet ghal darb’ohra fuq l-agenda tal-laqgha tal-Ministri tal-Edukazzjoni fi hdan il-Kunsill. Minn din il-laqgha harget rizoluzzjoni tal-Kunsill bl-ghanijiet li:
Jsir aktar sforz favur l-integrazzjoni tal-istudenti b’dizabilita’ fis-sistema edukattiva.
L-ewwel ghazla ghandha tkun l-integrazzjoni kompleta fis-sistema edukattiva.
Ix-xoghol tal-iskejjel specjali u c-Centri ghat-tfal b’dizabilita’ ghandu jkun kumplimentari u mhux alternattiva ghall-iskejjel regolari. Tant hu hekk li din ir-rizoluzzjoni enfasizzat li l-metodi edukattivi zviluppati fl-iskejjel specjali ghandhom ikunu ghad-dispozizzjoni tal-mainstream education.
Jigi sfruttat aktar il-potenzjal ta’ teknologija moderna biex tinkoragixxi komunikazzjoni effettiva u l-izvilupp ta’ abilitajiet lingwistici.
L-Impjieg
L-1986 kienet sena importanti hafna ghall-integrazzjoni shiha ta’ kull persuna b’dizabilita’. Kien il-Kumitat Ekonomiku u Socjali (Economic and Social Committee) li fit-23 t’April 1986 ta l-opinjoni tieghu fuq abbozz ta’ rakkomandazzjoni tal-Kunsill. F’din l-opinjoni, dal-Kumitat stqarr li l-ingustizzji li l-persuni b'dizabilita' qed jiffaccaw f’dan il-kamp huma kbar u afferma li kull persuna b'dizabilita' ghandha tgawdi d-drittijiet kollha li tahdem skond l-ispirtu tad-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem. Ghal dak iz-zminijiet (nofs is-snin tmenin) din id-dikjarazzjoni kienet zvilupp sinjifikanti hafna. Sfortunatament l-effett taghha hu limitat hafna minhabba li dan il-Kumitat ghandu rwol konsultattiv biss u ma ghandu l-ebda sahha ezekuttiva.
Dan ma jfissirx li waqaf kollox hemm imma l-Kunsill fl-istess sena, ezattament nhar l-24 ta’ Lulju, hareg bir-rakkomandazzjoni numru 86/379/EEC fuq l-impjieg tal-persuni b’dizabilita’. Din ir-rakomandazzjoni fasslet il-principji ta’ opportunitajiet indaqs ghall-persuni b’dizabilita’ f’dak li ghandu x’ jaqsam ma :
Din ir-rakkomandazzjoni ssejjah ghall-implimentazzjoni ta’ politika li filwaqt li telimina d-diskriminazzjoni kontra l-persuni b’dizabilita’, issahhah azzjoni pozittiva favur opportunitajiet indaqs ghall-persuni b’dizabilita’. Tal-ewwel tinkludi revizjoni ta’ ligijiet u regoli biex jigi assigurat li dawn ma jmorrux kontra l-principju ta’ opportunitajiet indaqs u jittiehdu mizuri biex jigu evitati tkeccijiet minhabba xi dizabilita’. Min naha l-ohra azzjonijiet favur il-persuni b’dizabilita’ f’dan il-kamp jinkludu li kull membru tal-UE ikollu kodici ta’ prattika fuq l-impjieg tal-persuni b’dizabilita’. B’hekk fl-ispirtu ta’ dan il-kodici l-intraprizi huma msejha biex jiehdu l-mizuri adegwati favur l-impjieg tal-persuni b’dizabilita’. Din ir-rakkomandazzjoni zgur serviet bhala punt ta’ referenza ghall-istati membri fl-applikazzjoni ta’ mizuri favur l-impjieg tal-persuni b’dizabilita’. Il-punti principali ta’ din ir-rakkomandazzjoni gew evalwati u emfasizzati f’laqgha tal-Kunsill ta’ nhar it-12 ta’ Gunju 1989. Din il-laqgha inkoraggiet l-involviment tal-imsiehba socjali u r-rapprezentanti tal-persuni b’dizabilita’ fl-izvilupp ta’ mizuri favur l-impjieg ghall-persuni b’dizabilita’.