Indaqs
Dicembru 1999
1. Merhba mill-Gdid
Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilita` tixtieq taghti merhba gdida lill-qarrejja tal-fuljett taghha Indaqs wara waqfa pjuttost twila ta’ aktar minn sentejn u nofs. Fil-fatt l-ahhar edizzjoni ta’ Indaqs, li kienet id-disa’ edizzjoni, harget f’Ottubru 1996. Hu l-hsieb tal-Kummissjoni li dan il-fuljett jerga’ jibda johrog regolari, tal-anqas darbtejn fis-sena.
2. Kummissjoni u Ezekuttiv Gdid
F’dawn l-ahhar sentejn il-Kummissjoni rat diversi tibdiliet kemm fil-membri tal-Kummissjoni u l-Ezekuttiv kif ukoll fil-bordijiet taghha u anke fl-istaff tas-segretarjat.
Fil-prezent il-Kummissjoni hi komposta hekk:
|
Is-Sur Joe Camilleri* |
Chairman |
|
Is-Sur Fred Bezzina* |
Direttur Ezekuttiv u Segretarju |
|
Is-Sur Edgar Galea Curmi* |
Rapprezentant tal-Ministeru ghall-Politika Socjali |
|
Is-Sur Paul Attard* |
Rapprezentant tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Kultura |
|
Is-Sur Paul Zammit |
Rapprezentant tal-Ministeru ghal Ghawdex |
|
Dr Ray Busutill |
Rapprezentant tad-Divizjoni tas-Sahha |
|
Is-Sur Joe Camilleri |
Rapprezentant tad-Dipartiment tas-Servizzi Socjali |
|
Is-Sinj Marisa Micallef Leyson |
Rapprezentanta tal-Awtorita tad-Djar |
|
Is-Sur Charles Vella |
Rapprezentant tal-Korporazzjoni tal-Impjiegi u t-Tahrig |
|
Dr Marie Alexander |
Rapprezentanta tal-Universita ta’ Malta |
|
Dr Anthony Charles* |
Rapprezentant tal-Federazzjoni tal-Organizzazzjonijiet ghall-Persuni b’Dizabilita` (FOPD) |
|
Is-Sur P Mifsud* |
Rapprezentant tal-FOPD |
|
Is-Sur Joe Borg Bonello |
Rapprezentant tal-FOPD |
|
Il-Perit Peter Grech |
Rapprezentant tal-FOPD |
|
Is-Sur John Peel |
Rapprezentant tal-FOPD |
|
Fr Charles Abela* |
Rapprezentant tal-Knisja Maltija |
|
Is-Sinj Josette Pisani |
Rapprezentanta tal-Kunsilli Lokali |
Dawk immarkati bl-* jiffurmaw l-Ezekuttiv tal-Kummissjoni.
Irridu niehdu l-okkazjoni biex nirringrazzjaw lil dawk il-persuni kollha li servew ghal zmien jew iehor fuq il-Kummissjoni u/jew l-Ezekuttiv f’dan l-ahhar zmien. Dawn huma Dr Sylvia Zrinzo(ex-president), is-Sur Eric Gatt (ex-direttur ezekuttiv), is-Sur Anthony Abela, l-Onor is-Sur Joseph Abela, is-Sur Waldhemar Beck, is-Sur Felix Borg, is-Sur George Borg, Dr Mark Borg, is-Sur Mario Briffa, is-Sur Carmel Degabriele, is-Sur John Cauchi, Fr Manuel Curmi, is-Sinj Christine Firman, l-Onor Dr Lawrence Gonzi, is-Sur Silvio Izzo Savona, is-Sinj Terry Pace, is-Sur Frans Ripard, Dr Nadette Spiteri u s-Sinj Anne Marie Vella.
Ta’ min jinnota li l-kariga ta’ president li fil-passat kienet okkupata mill-Onor Dr L Gonzi u Dr Sylvia Zrinzo issa tnehhiet.
3. Tibdil fl-Istaff
F’dawn l-ahhar sentejn kien hemm ukoll dan it-tibdil fl-istaff tas-Segretarjat tal-Kummissjoni. Personnel li ma ghadux jahdem maghna huma
Is-Sinj Nicola Micallef Sommerville, li kienet tiehu hsieb ir-registrazzjoni tal-applikazzjonijiet u
Is-Sinj Doris Casha, li kienet responsabbli mis-Servizz tal-Blue Sticker
Issa fis-segretarjat tal-Kummissjoni hemm dawn il-membri godda tal-istaff:
Is-Sur Fabrizio Taliana, li hu responsabbli, fost l-ohrajn, mill-kompjuters tal-Kummissjoni u
Is-Sinj Sylvana Caruana, li hi responsabbli, fost l-ohrajn mis-Servizz tal-Blue Sticker.
Fil-waqt li nirringrazzjaw lil dawk li telqu biex ikomplu l-hidma f’postijiet ohra, naghtu merhba kbira lill-godda li qed jaghmlu xoghol siewi hafna.
4. Gimgha tal-Persuni b’Dizabilita` 1998
| Bhas-snin l-ohra, il-Kummissjoni organizzat Gimgha tal-Persuni b’Dizabilita` bejn id-29 ta’ Novembru u s-6 ta’ Dicembru 1998 biex titfakkar il-Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Dizabilita` li tigi fit-3 ta’ Dicembru ta’ kull sena. It-tema ghal din il-Gimgha kienet Il-Ligi Opportunitajiet Indaqs …. L-Ewwel il-Persuna imbaghad d-Dizabilita`. Il-Kummissjoni ppubblikat poster u stiker b’dan l-islogan. | ![]() |
L-attivitajiet principali ta’ din il-Gimgha kienu:
5. Ligi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Dizabilita`)
Ezatt qabel l-elezzjoni tal-1997, il-Parlament Malti kien gie mitlub jaghmel l-ewwel qari tal-Ligi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Dizabilita`) li hejjiet il-Kummissjoni. Mal-bidla fl-amministrazzjoni, dan l-abbozz sarulu numru ta’ tibdiliet u rega’ tressaq ghall-ewwel qari quddiem il-Parlament. Ghat-tieni darba, din il-ligi ma setghetx tkompli tigi diskussa minhabba l-elezzjoni tal-1998.
Il-Kummissjoni qabdet dawn iz-zewg abbozzi, ezaminathom fid-dettal, hadet l-ahjar tat-tnejn biex fasslet l-abbozz li l-Parlament Malti rega’ ghadda mill-ewwel qari fit-3 ta’ Dicembru 1998, il-Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Dizabilita`. Dan l-ewwel qari tressaq mill-Onor Dr L Gonzi, Ministru ghall-Politika Socjali, u gie ssekondat mill-Onor E Bartolo f’isem l-Oppozizzjoni. Hu ttamat li dan l-abbozz isir ligi qabel l-ahhar tas-sena.
6. Kumitat Ministerjali Dwar l-Edukazzjoni Inkluziva
Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni rega’ hatar mill-gdid il-Kumitat Ministerjali dwar l-Edukazzjoni Inkluziva. Dan il-Kumitat fih rapprezentanti tal-oqsma kollha involuti f’dan il-qasam, jigifieri rapprezentanti gholja tal-Ministeru u tad-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni, tal-Ministeru tal-Politika Socjali, tad-Divizjoni tas-Sahha, tal-Universita`, tal-Malta Union of Teachers, tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi u tal-Kummissjoni. Dan il-kumitat iltaqa’ b’mod regolari u ddiskuta fost l-ohrajn:
a) studenti li mhumiex jiehdu edukazzjoni
b) l-istatementing board
c) il-futur tal-iskejjel specjali
d) studenti li ser jispiccaw mill-iskejjel specjali
e) studenti b’Dizabilita` li jispiccaw il-livell primarju
f) tahrig ta’ personnel biex jahdem f’dan il-qasam
Dan il-Kumitat ser ikompli jahdem biex il-kuncett ta’ l-edukazzjoni inkluziva jigi implimentat ghall-gid tas-Socjeta` Maltija kollha.
7. Ic-Centri ta’ Matul il-Jum u l-Kummissjoni
Fil-prezent, il-Ministeru ghall-Politika Socjali ghaddej b’diskussjonijiet biex tinbena l-istruttura amministrattiva biex dan il-Ministeru kbir ikun jista’ jitmexxa b’mod efficjenti u effettiv. Qasam fejn dawn l-istrutturi huma nieqsa ghal kollox hu tas-sitt Centri ta’ Matul il-Jum li l-Ministeru ghandu f’Malta u f’Ghawdex. Fil-prezent dawn ic-Centri huma amministrati mid-Direttur ghas-Servizzi Korporattivi – anomalija li ma tistax tkompli fit-tul.
Ghal dan il-ghan ittiehdet mizura temporanja biex sakemm din l-istruttura titwaqqaf, l-amministrazzjoni ta’ dawn ic-Centri, ghal perjodu ta’ sentejn, jigu amministrati mill-Kummissjoni. Harget ukoll sejha biex ikun hemm assistent kap ta’ Dipartiment biex jghin fl-amministrazzjoni ta’ dawn ic-Centri. Barra minn hekk ittiehdu mizuri ohra biex titjieb il-qaghda ta’ dawn ic-Centri. Dawn jinkludu:
Il-Kummissjoni flimkien ma’ ufficjali ohra tal-Ministeru ser ikomplu jahdmu biex dawn ic-Centri jkomplu fuq it-tajjeb li ghamlu s’issa biex inkunu nistghu naghtu l-ahjar servizz lill-persuni b’dizabilita` li jattendu f’dawn il-postijiet.
8. Rapport Annwali tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni kellha d-drawwa li tohrog ir-rapport annwali taghha f’Dicembru ta’ kull sena, fil-Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Dizabilita` li jigi fit-3 ta’ kull Dicembru. Ghalhekk ir-rapport annwali kien jkopri minn Settembru ta’ sena sa Awissu tas-sena ta’ wara. Sfortunatament, ir-rapport Settembru 1996 – Awissu 1997 hareg tard hafna. Minhabba din il-problema u biex ir-rapport ma jergax johrog tard hafna, gie deciz li r-rapport annwali li jmiss ikun ikopri s-sena 1998 kollha. Dan ir-rapport jinstab ghand l-istampatur u dalwaqt jitqassam. Kull min jixtieq kopja ta’ dan ir-rapport ghandu jikteb lill-editur, KNPD, Istituto Vincenzo Bugeja, Centru Hidma Socjali, Santa Venera.
Min dan ir-rapport wiehed jista’ jislet certi figuri li juru xi ftit il-hidma tal-Kummissjoni matul l-1998:
|
Registru tal-Persuni b’Dizabilita` |
521 persuna |
|
Karta tal-Identita` Specjali – Godda |
437 persuna |
|
Mgedda |
252 persuna |
|
Servizz Ghajnuniet Specjali Talbu s-servizz Hadu servizz Fuq il-waiting list Ma kkwalifikawx Irtiraw l-applikazzjoni |
395 persuna 253 persuna 49 persuna 3 persuni 90 persuna |
|
Blue Sticker Godda |
388 persuna |
|
Mgedda |
59 persuna |
|
Reserved Parking/Keep Clear Talbu s-servizz |
244 persuna |
|
Ma gewx accettati |
110 persuni |
|
Pendenti |
60 persuna |
|
Ezenzjoni mit-Taxxa fuq Karozzi |
153 persuna |
|
Ezenzjoni mill-Hlas tal-Licenzja tat-Triq |
177 persuna |
|
SAPPORT |
191 persuna li minnhom 66 kienu godda |
|
Oqsma tad-Dizabilita` |
342 student |
|
Centru tar-Rizorsi |
427 persuna li minnhom 55 kienu godda |
9. Servizz Ghajnuniet Specjali – Apparat li Ghandna
Kif tafu, s’issa, is-Servizz Ghajnuniet Specjali joffri tliet tipi ta’ servizzi principali:
Is-Servizz joffri wkoll apparat specjali second hand li jkun ritornat lilu ghax dak li jkun ibbenefika minnu ma jkunx ghad ghandu bzonnu. Naturalment l-apparat irid ikun f’kundizzjoni tajba. Fil-prezent is-Servizz ghandu dan l-apparat specjali second hand:
Min ghandu bzonn xi wiehed minn dan l-apparat specjali ghandu jikkuntattja lis-Sinjuri Miriam Zarb jew Marianne Debono (it-telefon 245952) waqt il-hinijiet tal-ufficcju.
10. Is-Servizz SAPPORT
Fl-1996, fuq rakkomadazzjoni tal-Kummissjoni, twaqqfet unit ghal hidma socjali mal-persuni b’dizabilita` u l-familji taghhom bl-isem ta’ SAPPORT Disability Unit. Din il-Unit twaqqfet mis-Social Welfare Development Programme bil-ghan li tahdem mill-qrib mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilita` u d-Dipartiment ghall-Harsien tal-Familja. Fl-1998 il-Unit saret parti minn dan id-Dipartiment ghalkemm baqghet tahdem mill-qrib mal-Kummissjoni. Fil-prezent qed isiru diskussjonijiet dwar il-futur amministrattiv ta’ din il-Unit importanti.
Bhalissa din il-Unit ghandha maghha tliet social workers full time, social worker part-time u administrative support worker. Il-Unit tahdem mic-Istituto Vincenzo Bugeja, Centru Hidma Socjali u tista’ tigi kkuntattjata bit-telefons 441273 jew 442121, fax 489210.
11. Is-Servizz tar-Reserved Parking Areas/Keep Clear
Il-Kummissjoni dehrilha li l-Unit SAPPORT ghandu jibda, bil-mod il-mod, jassumi xoghol ta’ hidma socjali li qabel kien isir minn personnel iehor. Bhala bidu ta’ din il-politika, gie deciz li s-Servizz tar-Reserved Parking/Keep Clear jibda jitmexxa mill-Unit SAPPORT. Fil-prezent qed isir it-trasferiment bil-mod il-mod biex dan is-servizz jibda jinghata mill-Unit SAPPORT. Aktar taghrif dwar dan is-servizz ghalhekk issa jista’ jinkiseb minn dan il-Unit bit-telefon 441273 jew 442121.
Dan is-servizz kien jitmexxa mis-Sur Ronald Caruana ufficjal fis-segretarjat tal-Kummissjoni, li barra dan ix-xoghol kellu u ghad ghandu hafna xoghol iehor. Niehdu l-okkazjoni biex nirringrazzjaw lis-Sur Caruana tax-xoghol siewi li ghamel f’dan il-qasam f’cirkustanzi xi kultant difficli hafna.
12. Servizzi Residenzjali ghall-Persuni b’Dizabilita`
Il-Kummissjoni ilha hafna konxja tal-problema ta’ servizz residenzjali ghall-persuni b’dizabilita`. F’Dicembru 1997, il-Kummissjoni kienet ghazlet din it-tema bhala t-tema tal-Gimgha tal-Persuni b’Dizabilita` ghal dik is-sena.
Aktar tard, fuq talba tal-Ministru Edwin Grech, il-Kummissjoni kkummissjonat rapport dwar din it-tema mill-Management & Information Technology Training Services (MITTS). Il-Kummissjoni l-gdida mhux biss kompliet fuq dan il-progett imma sahhitu. Il-Kummissjoni gabet espert fuq dan il-qasam mir-Renju Unit, is-Sur Peter Kinsella, biex jghinha fit-tfassil ta’ dan ir-rapport. Waqt li kien Malta, is-Sur Kinsella :
* kellu diversi laqghat mat-tim li qed ifassal dan ir-rapport;
* iltaqa’ ma’ diversi personalitajiet, inkluz il-Kumitat Parlamentari ghall-Oqsma Socjali;
* zar diversi postijiet fejn jinghataw servizzi lill-persuni b’Dizabilita`; u
* ta zewg lectures pubblici.
Fil-prezent, il-Kummissjoni ghandha abbozz preliminari ta’ dan ir-rapport. Hu ttamat li dan ir-rapport ma jdumx ma jigi ppubblikat u diskuss ma’ kull min hu interessat.
13. Taqsima dwar l-Accessibilita` – Lift gdid fic-Centru
Fl-1998, il-Ministeru tal-Kostruzzjoni u l-Kummissjoni waqqfu unit fi hdan dan il-Ministeru bil-ghan li tiehu mizuri biex bini tal-Gvern miftuh ghall-pubbliku jkun accessibbli ghal kulhadd, inkluzi persuni b’dizabilita`, anke dawk li juzaw siggu tar-roti. Bhala wahda mill-ewwel mizuri li ttiehdet minn din il-Unit, gie installat lift gdid fic-Istituto Vincenzo Bugeja, Centru Hidma Socjali, il-bini fejn hemm l-ufficini tal-Kummissjoni stess. Ix-xoghol fuq dan il-lift jinsab fil-fazi finali.
Il-Kummissjoni qed tahdem biex dan il-Unit ikun aktar effettiv u efficjenti. Il-Kummissjoni diga` kellha laqgha mal-Ministeru ghall-Ambjent u ufficjali gholja ta’
dan il-Ministeru biex din il-Unit terga’ tibda tahdem b’mod aktar effettiv. Il-Kummissjoni qed tirrakkomanda ukoll li l-abbozz tar-Regolamenti li saru ghal dan il-qasam jinhargu mill-Ministeru bhala gwida li jistghu jigu segwiti fuq bazi volontarja. Wara certu perjodu ta’ zmien, dawn ir-regolamenti ghandhom isiru ligi. Din ir-rakkomandazzjoni qed tigi studjata mill-Ministeru tal-Ambjent.
14. Il-Karozzi tal-Linja l-Godda
Il-Kummissjoni ser tkompli bil-hidma taghha biex tassigura li l-karozzi tal-linja l-godda jkunu accessibbli ghal kulhadd, inkluz persuni b’dizabilita` li jsuqu lilhom infushom fuq siggu tar-roti. Dan il-principju hu accettat mill-Parlament Malti fil-Pjan ta’ Struttura. Ghal dan il-ghan il-Kummissjoni bdiet tahditiet mal-Ministeru tat-Trasport biex il-karozzi tal-linja l-godda jkunu:
Il-Kummissjoni hi kommessa li tkompli tahdem biex dan il-ghan jintlahaq.
15. Cirkularijiet minn Organizzazzjonijiet Diversi
Il-Kummissjoni tircievi talbiet minn diversi organizzazzjonijiet biex naghtuhom l-indirizzi ta’ persuni b’dizabilita` li huma rregistrati maghna. Il-Kummissjoni hi marbuta li ma taghtix din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni solviet din il-problema billi offriet u ghadha toffri lil dawn l-organizzazzjonijiet il-possibilita` li l-Kummissjoni stess tibghat ic-cirkularijiet li dawn l-organizzazzjonijiet ikunu jixtiequ jibaghtu. Naturalment is-segretarjat tkun trid zmien ragonevoli biex tkun tista’ taghmel dan.
16. Centru ta’ Rizorsi
Il-Kummissjoni kompliet tibni c-Centru ta’ Rizorsi taghha li jinkludi l-aktar kotba, magazines u vidjos dwar kull aspett li ghandu x’jaqsam mal-oqsma diversi tad-dizabilita`. Ic-Centru jkun miftuh kuljum waqt il-hinijiet tas-segretarjat kif indikati f’dan il-fuljett f’pagna ….. kif ukoll is-Sibt bejn id-9.00 a.m. u 12.00 a.m. Kulhadd jista’ jissellef dawn il-kotba, vidjos jew letteratura ohra.
Dan ic-Centru ghandu wkoll numru ta’ pubblikazzjonijiet tal-Kummissjoni. Din hi l-lista shiha ta’ dawn il-pubblikazzjonijiet:
Kotba
Lejn il-Futur - Principji u Policies ghall-Persuni Handikappati u l-Familji taghhom (Diskorsi u Interventi) (1989)
Partnership Between Deaf People & Professionals (Diskorsi u Interventi) (1991)
L-Edukazzjoni Specjali f’Malta - Policy Nazzjonali (1993)
Il-Ktieb tas-Sinjali (Ippubblikat mal-Art & Design Centre) (1994)
Ligi Opportunitajiet Indaqs - Persuni b’Dizabilita`’ (Diskorsi u Inteventi) (1994)*
National Survey (1994)
Servizzi u Beneficcji ghall-Persuni b’Dizabilita`’ (1994) *
L-Impjieg u l-Persuni b’Dizabilita’ - Policy Nazzjonali (1995)*
L-Impjieg u l-Persuni b’Dizabilita`’ - Diskorsi u Interventi (1995)
L-Edukazzjoni Specjali f’Malta - Diskorsi u Interventi (1996)
White Paper fuq l-Abbozz ta’ Ligi dwar Opportunitajiet Indaqs - Persuni b’Dizabilita`’ (1997)
White Paper – Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Dizabilita`’) – Konsultazzjoni Pubblika (1997)*
Pakkett Edukattiv
Ghinni Mhux Lestili
Rapport Annwali
Rapport Annwali 1987-1992
Rapport Annwali 1995
Rapport Annwali 1996
Rapport Annwali Nov 1996-Ott 1997 *
* Il-pubblikazzjonijiet immarkati b’* jistghu jinksibu mis-segretarjat tal-Kummissjoni minghajr hlas. L-ohrajn wiehed jista’ jissellifhom ghal zmien limitat jew jaghmel fotokopji taghhom.
17. Edukazzjoni dwar id-Dizabilità
Il-Kummissjoni kompliet torganizza korsijiet, seminars u diskussjonijiet dwar Oqsma tad-Dizabilità. L-attività f'dan il-qasam kienet tinkludi studenti minn fakultajiet differenti ta' l-Università ta' Malta, mill-Istitut æall-Harsien tas-Sahha, mit-Taqsima ta' l-Edukazzjoni, skejjel tal-Knisja, kunsilli lokali u gruppi tal-parrocci.
Dawn il-lezzjonijiet kienu jkopru diversi aspetti tad-dizabilità u kif din teffettwa l-hajja ta' kuljum ta' nies differenti. Gew ittrattati suggetti dwar il-familja, l-edukazzjoni, l-impjieg, il-legislazzjoni u l-æaqdiet mhux governattivi. F'dawn il-laqæat tinæata importanza centrali lill-esperjenza diretta kemm ta' nies b'dizabilità kif ukoll tal-qraba taæhom. Il-korsijiet isiru bil-partecipazzjoni shiha ta' persuni b'Dizabilita`jiet differenti.
Matul l-1998, barra minn laqæat li gew organizzatti fuq livell lokali, inæataw 90 sieæa lectures lil 342 student ta' l-Università jew tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni. B'kollox gew sottomessi ‘l fuq minn 500 assignment li kollha ttrattaw qasam jew iehor tad-dizabilità.
18. Riforma fil-Qasam tas-Sahha Mentali
Il-Kummissjoni organizzat Konferenza Stampa biex tissapportja r-rapport tal-Ombudsman dwar l-isptar Monte Carmeli u talbet lill-Ombudsman u lis-Socjeta` kollha biex tkompli f’din it-triq halli r-riformi mehtiega dwar il-qasam tas-Sahha Mentali jsehhu fl-iqsar zmien possibli. Il-Kummissjoni ser tkompli taghti sehemha biex jintlahaq dan il-ghan. Il-Kummissjoni accettat ukoll b’entuzjazmu n-nomina tas-Sur Joe Camilleri, Chairman KNPD, fuq il-Kummissjoni Nazzjonali dwar is-Sahha Mentali. Iz-zewg Kummissjonijiet qed jistudjaw il-possibilita` li jkun hemm rapprezentant tal-Kummissjoni Nazzjonali dwar is-Sahha Mentali fuq il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilita`.
19. Seminar dwar il-Persuni b’Dizabilita` u l-Bijoetika
F’11 ta’ Dicembru 1998 il-Kummissjoni dwar il-Bijoetika organizat seminar dwar il-Persuni b’Dizabilita` u l-Bijoetika. Fih hadu sehem esperti f’dan il-qasam, ministri, persuni b’dizabilita` infushom u anke genituri ta’ persuni b’dizabilita`. Fil-prezent, iz-zewg kummissjonijiet qed jahdmu biex dawn id-diskorsi jigu stampati u ccirkulati lil dawk kollha interessati f’dan il-qasam.
20. Hinijiet tas-Segretarjat tal-Kummissjoni
Is-segretarjat tal-Kummissjoni kienet ilha thoss il-htiega li jkollha hinijiet fejn hi tkun tista’ tikkoncentra fuq hidmietha minghajr hafna interuzzjonijiet. Ghalhekk gie deciz li l-ufficini tal-Kummissjoni jkunu miftuhin ghall-pubbliku f’dawn il-hinijiet:
|
Gurnata |
Fil-Ghodu |
Wara Nofs in-Nhar |
|
It-Tnejn, l-Erbgha u l-Hamis |
8.15 a.m. – 12.00p.m. |
1.30p.m. – 4.30p.m. |
|
It-Tlieta u l-Gimgha |
8.15a.m. – 12.00pm. |
(Maghluqin ghall-pubbliku) |
21. Kors Baziku tal-Kompjuters ghall-Attivisti tal-Ghaqdiet
Il-Kummissjoni flimkien mal-Korporazzjoni tal-Impjiegi u t-Tahrig organizzat kors baziku tal-kompjuters ghall-attivisti tal-Ghaqdiet li jahdmu mal-persuni b’dizabilita` u l-familji taghhom. Il-kors kien ippjanat li jsir Santa Venera imma minhabba diversi problemi sar fl-ufficini tal-ETC f’Hal Far. Minhabba f’hekk, il-Korporazzjoni pprovdiet ukoll trasport mill-Belt Valletta u lura. Il-partecipanti ser jinghataw certifikat ta’ attendenza fi tmiem dan il-kors.
22. Il-Konferenza Internazzjonali dwar id-Down Syndrome
Il-Kummissjoni flimkien mal-Ministeru ghall-Politika Socjali jemmnu li persuni li huma involuti f’dan il-qasam ghandhom id-dmir li jzommu ruhhom aggornati dwar x’qed jigri f’dan il-qasam anke fuq il-livell internazzjonali. Ghalhekk kemm il-Ministeru kif ukoll il-Kummissjoni accettaw talba tal-Ghaqda Maltija tad-Down Syndrome biex nisponsorjaw il-partecipazzjoni tal-akbar numru possibbli ta’ Maltin biex jattendu r-Raba’ Konferenza Ewropea dwar id-Down Syndrome li saret f’Malta bejn l-10 u t-13 Marzu 1999.
23. Ricerka tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija
Ftit tal-gimghat ilu l-Ghaqdiet li jahdmu mal-persuni neqsin mis-smigh inghaqdu flimkien mal-Istitut tal-Lingwistika tal-Universita` biex waqqfu l-Fondazzjoni Zvilupp tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Il-Kummissjoni dejjem tat l-appogg lil dan il-qasam. Ghal dan il-ghan, fuq rakkomandazzjoni ta’ din il-Fondazzjoni, il-Kummissjoni talbet lill-Ministeru tal-Ambjent biex is-Sur Karl Borg, li jahdem ma’ dan il-Ministeru jigi sekondat mal-Kummissjoni zewg nofs ta’ nhari fil-Gimgha biex ikun jista’ jghin f’din ir-ricerka. Din it-talba giet milqugha.
24. Servizzi tal-KNPD – Ir-Registru tal-Persuni b’Dizabilita`
F’kull harga ta’ Indaqs ser naghtu harsa ddettaljata dwar xi servizz li taghti l-Kummissjoni. F’din il-harga ser nitkellmu fuq ir-Registru tal-Persuni b’Dizabilita`.
Ir-Registru tal-Persuni b’Dizabilita`’ gie mwaqqaf fl-1992. Dan sar wara li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilita`’ baghtet zewg ittri f’kull dar f’Malta u Ghawdex. Hi stiednet lil kull persuna li ghandha xi tip ta’ Dizabilita`’ sabiex timla kwestjonarju maghmul apposta.
Kunfidenzjalita` dwar it-taghrif miksub
Il-Kummissjoni hi marbuta li l-informazzjoni li tigbor zzommha kunfidenzjali u ma tghaddiha lil hadd. Il-Kummissjoni hadet diversi mizuri biex tipprotegi din il-kunfidenzjalita`.
Il-Kummissjoni minn dejjem hasset il-bzonn li ghandu jkollha xi tip ta’ statistika li tista’ tghin lilha u lill-Gvern fid-decizjonijiet taghhom kemm meta jippjanaw il-policies kif ukoll meta tippjana servizzi ghall-persuni b’dizabilita`. Ghaldaqstant l-iskop ta’ dan ir-Registru huwa li l-Kummissjoni tkun f’pozizzjoni li jkollha din it-tip ta’ statistika kemm jista’ jkun iddettaljata ta’ persuni b’Dizabilita`’ flimkien mal-bzonnijiet taghhom u tal-familji taghhom.
Il-Kummissjoni hejjiet kwestjonarju fejn kull persuna b’Dizabilita`’ li tapplika ghal xi servizz min-naha tal-Kummissjoni qed tigi mitluba timla dan il-kwestjonarju.
Il-Kwestjonarju jikkonsisti f’diversi mistoqsijiet li huma maqsuma f’sitt taqsimiet:
Il-Kummissjoni ghandha programm apposta fuq il-kompjuters taghha sabiex l-informazzjoni li tigi migbura minn kull kwestjonarju li jigi mimli, tiddahhal fih biex hekk din tkun tista’ tigi analizzata.
Kopji ta’ dan il-kwestjonarju (bil-Malti jew bl-Ingliz) jistghu jinkisbu mill-Ufficini tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilita`. Fil-prezent, l-ufficjal inkarigat minn dan is-servizz hija s-Sinjura Sylvana Caruana u tista’ tigi kkuntattjata bit-telefon 448521 waqt il-hinijiet tal-ufficcju.
Il-Kummissjoni ghandha l-hsieb li fil-futur qrib tirrevedi dan il-Kwestjonarju sabiex l-iskop li ghalih dan gie fformulat ikun jista’ jintlahaq ahjar. Wiehed mill-ewwel passi li qed tiehu l-Kummissjoni hu li kull persuna b’dizabilita`’ li tkun tixtieq tapplika ghal xi servizz min-naha tal-Kummissjoni u jinstab li tkun diga` mliet dan il-Kwestjonarju aktar minn 5 snin ilu, din terga’ tintalab li timlieh sabiex l-informazzjoni fuq din il-persuna tkun aggornata.
Fl-1994 il-Kummissjoni harget l-ewwel Rapport iddettaljat dwar l-Istatistika migbura minn dan il-kwestjonarju. Barra minnhekk fir-Rapport Annwali tal-Kummissjoni, li jigi ppubblikat kull sena, il-Kummissjoni tiehu hsieb li tippubblika xi statistika b’mod generali dwar dan il-kwestjonarju.
|
Persuni b’Dizabilita`’ li wiegbu l-Kwestjonarju minn Jannar sa Dicembru, 1998 |
521 |
|
Total ta’ persuni b’dizabilita` rregistrati mal-Kummissjoni sa Dicembru, 1998 |
6230 |