.
![]() |
|
|
Bla dubju ta' xejn, wiehed mill-oqsma principali li jirrigwarda l-persuni b'dizabilità, l-familji taghhom u dawk li jghinuhom hu l-qasam tal-impjieg. Mhix ezagerazzjoni jekk nghidu li l-impjieg hu cavetta principali li l-maggoranza tal-persuni b' dizabilità jrid ikollhom biex jiksbu l-indipendenza u l-aqwa kwalità ta' hajja possibli.
Ghalhekk, hu necessarju li kull rizorsa disponibbli f'kull livell ghandha tigi uzata fl-isforzi taghna biex ninkoraggixxu, nharrgu u nsostnu lill-persuni b' dizabilità meta huma jippruvaw jakkwistaw impjieg produttiv, siewi u li joffri dhul finanzjarju adekwat. Dan ix-xoghol ghandu jkun ugwali minn kull aspett ghal xoghol simili li ghandhom persuni minghajr dizabilità. Dan id-dokument jipprova jittratta dawn l-aspetti u juri t-triq li zviluppi futuri f'dan il-qasam ghandhom jiehdu.
Dan id-dokument hu maqsum fi tlett partijiet. L-Ewwel Taqsima (li tinkludi t-tabelli u graphs li hemm fl-appendici) tippruva taghti stampa, l-aktar cara possibli, tas-sitwazzjoni lokali kif kienet sa Íunju 1994. It-Tieni Taqsima tikkonsisti f'materjal relevanti ghall-impjieg ta' persuna b' dizabilità mehud mill-Programm Dinji ghall-Azzjoni dwar Persuni b'Dizabilità. Fit-Tielet Taqsima l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità tipprezenta policy komprensiva nazzjonali f'dan il-qasam.
Ezercizju krucjali fil-preparazzjoni ta' dan id-dokument dwar il-policy nazzjonali kien il-konsultazzjoni li ghamilna ma' numru kbir ta' persuni u organizzazzjonijiet involuti f'dan il-qasam Dawn jinkludi persuni b' dizabilità u l-organizzazzjonijiet taghhom, ministeri, organizzazzjonijiet parastatali, partiti politici, unions u assocjazzjonijiet ta' min ihaddem. L-abbozz ta' dan id-dokument kien iccirkulata bl-aktar mod wiesa. B'hekk, dan id-dokument ghandu l-appogg u l-konsensus tal-partijiet principali kollha involuti. B'mod specjali dan id-dokument ghandu l-appogg u l-konsensus tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u Rizorsi Umani u tal-Korporazzjoni tal-Impjiegi u t-Tahrig. Mhux hekk biss, imma uhud mir-rakkomandazzjonijiet li hemm fit-Tielet Taqsima digà bdew jigu implimentati.
Dr Lawrence Gonzi
President, Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità
(1) Il-Ligijiet tal-Pajjiz
(a) Il-Kostituzzjoni ta' Malta
1.0 Skond l-ewwel artiklu tal-Kostituzzjoni taghna, "Malta hija repubblika demokratika bbazata fuq ix-xoghol u fuq ir-rispett ghad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta' l-individwu".
1.1 Il-Kostituzzjoni tistabilixxi bhala principju l-obbligu ta' l-Istat li jirrikonoxxi illi kull cittadin Malti ghandu d-dritt ghax-xoghol u fl-artiklu 7 tal-Kostituzzjoni ta' Malta hemm stabbilit illi:
"L-Istat jirrikonoxxi d-dritt tac-cittadini kollha ghal xoghol u ghandu jgib 'il quddiem dawk il-kondizzjonijiet li jaghmlu dan id-dritt effettiv"
1.2 L-istess Kostituzzjoni tkompli tpoggi obbligu fuq l-Istat Malti, li jipprotegi x-xoghol u li jipprovdi ghat-tharrig professjonali jew ta' vokazzjoni u miljorament tal-haddiema (artiklu 12). Barra minn dan, hemm stabbilit ukoll illi persuni b'dizabilità u persuni li ma jkunux kapaci ghal xoghol ghandhom dritt ghal edukazzjoni u tharrig ta' vokazzjoni (artiklu 17(3)).
1.3 Ghandu jinghad illi l-artikoli tal-Kostituzzjoni li gew msemmija hawn fuq ma humiex ‘ezegwibbli’ f'xi qorti, izda l-principji li hemm fihom huma b'dan kollu fondamentali ghall-iggvernar tal-pajjiz u jkun l-iskop ta' l-Istat li japplika dawn il-principji fl-ghemil ta' ligijiet. (artiklu 21).
(b) L-Att dwar l-Impjieg ta' Persuni Inkapacitati - Att Nru II ta' l-1969, Kapitolu 210 tal-Ligijiet ta' Malta
1.4 Din il-ligi stabbiliet:
(a) it-twaqqif tar-Registru ta’ persuni b’dizabilità, li ghandu jinzamm u jigi amministrat mid-Direttur tax-Xoghol (art. 5);
(b) li azjendi u istituzzjonijiet li jimpjiegaw mhux anqas minn ghoxrin (20) haddiem ghandhom ukoll jimpjegaw kwota (fil-prezent 2%) ta’ persuni b’dizabilità maghzula minn dan ir-registru (art 15(8)). Din il-percentwali tigi stabbilita mill-Ministru responsabbli minn dan il-qasam wara konsultazzjoni mal-Kumitat imsemmi fil-para. (c) hawn taht (art. 16(2)).
(c) id-dritt tal-Ministru li jispecifika klassijiet specjali ta' impjieg bhala impjieg rizervat (art. 19) ghal persuni b'dizabilità.
(d) it-twaqqif ta' Kumitat Konsultattiv dwar ir-Ristabbilment ta' Persuni Inkapacitati ("Disablement Resettlement Advisory Committee"), sabiex tkun tista’ tinforza l-ligi f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ impjieg adegwat u kompatibbli ma’ dik il-persuna li jkollha xi dizabilità u sabiex tippromwovi opportunitajiet ghal persuni b'dizabilità biex jiksbu u jzommu impjieg (art. 24).
(e) it-twaqqif ta' Ufficcjal fid-Dipartiment tax-Xoghol, maghruf bhala Ufficcjal ghar-Ristabbilment ta' Persuni Inkapacitati ("Disablement Resettlement Officer"). Id-DRO ghandu diversi dmirijiet, fosthom dak li jqieghed persuni registrati f'impjieg xieraq (art. 25). Id-Disablement Resettlement Unit jista’ jipprovdi jew jaghmel arrangamenti ghal provedimenti minn xi dipartiment tal-Gvern jew mod iehor biex jinghataw xi:
i. servizzi mahsuba biex jiggwidaw persuni b’dizabilità fl-ghazla ta’ l-impjieg jew xoghol ghal rashom;
ii. korsijiet ghat-tahrig ta’ persuni b’dizabilità li jkollhom bzonn ta’ tahrig biex jaghmilhom kompetenti biex jiehdu impjieg jew jahdmu ghal rashom;
iii. korsijiet ta’ rijabilitazzjoni industrijali fejn isir tahrig fiziku, ezercizzju u okkupazzjoni li jwasslu ghall-ghoti mill-gdid ta’ abbilità, li bihom persuni b’dizabilità jottjenu mill-gdid dik l-abbiltà li jahdmu bhala impjegati jew jahdmu ghal rashom bhal ma kienu qabel ma kellhom id-dizabilità;
iv. servizzi ta’ ristabbiliment ta’ persuni bid-dizabilità fejn dawn il-facilitajiet jkunu mahsuba biex iqieghdu f’impjieg xieraq persuni hekk registrati.
(f) li ksur ta’ xi dispozizzjoni tal-ligi jew ta' xi regolamenti maghmulin bis-sahha taghha, jkun reat punibbli b'multa ta' mhux izjed minn Lm 100 jew prigunerija ghal mhux aktar minn tliet xhur, jew it-tnejn flimkien (art. 29).
(c) L-Att li jirregola l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg - Att Nru XI ta' l-1952 - Kapitolu 135 tal-Ligijiet ta' Malta
1.5 Fost hwejjeg ohra, dan l-Att jipprovdi ghal protezzjoni ta’ l-impjieg ta' persuna matul xi perijodu ta' inkapacità ghax-xoghol, kagunata b'korriment b'disgrazzja li tigri mill-impjieg u waqt l-impjieg jew minn xi mard li jigi mix-xoghol li ghalihom hemm kumpens skond l-Att dwar is-Sigurtà Socjali (Kap. 147 tal-Ligijiet ta' Malta).
(d) L-Att Dwar is-Sigurtà Socjali - Att Nru X tal-1987
1.6 Dan l-att jipprovdi inter alia illi persuni li jircievu penzjoni mhux kontributorja jkunu jistghu jkomplu jircievu dik il-penzjoni, anké jekk ikollhom dhul iehor minn xoghol part-time, basta d-dhul totali taghhom ma jkunx jaqbez il-paga minima nazzjonali. Jekk dan id-dhul ikun izjed mill-paga minima nazzjonali, allura l-penzjoni tonqos pro rata.
(e) L-Att Dwar l-Izvilupp Industrijali - Att Nru XXI tal- 1988
1.7 Dan l-Att jipprovdi ghal :
i. incentiv lill-kumpaniji li jikkwalifikaw taht il-ligi, sabiex jorganizzaw programmi ta' tahrig li jzidu s-sengha u l-kapacità tal-haddiema taghhom. Dawn l-incentivi jiehdu l-forma ta' tnaqqis mit-Taxxa tad-Dhul u huma mizjuda sostanzjalment jekk il-programmi jkunu intizi kompletament jew principalment ghal persuni b'dizabilità (art. 10(1)).
ii. ghotja ghal tahrig (grant) lil dawk il-kumpaniji li jkollhom impjegati full-time b'kuntratt ta' xoghol indefinit (bla limitu ta' zmien) u li jkunu qeghdin jircievu tahrig li jkollu x'jaqsam ma’ l-attivitajiet ta' dawk il-kumpaniji. Fil-kazijiet fejn l-impjegat ikun persuna b'dizabilità, din l-ghotja tista’ titla’ sa tliet kwarti tal-paga minima fil-gimgha ghal kull gimgha ta' tahrig sa massimu ta' 48 gimgha (art. 19(2)).
(2) Is-servizzi ezistenti fil-pajjiz
2.0 Mill-informazzjoni moghtija lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità jirrizulta dan li gej :
(a) Id-Disablement Resettlement Unit
2.1 Dan il-Unit huwa stabbilit fi hdan l-Ufficcju tax-Xoghol (Labour Office), il-Belt Valletta.
2.2 Skond rapport pubblikat mid-Dipartiment tax-Xoghol, sa April tal-1994, kien hemm 649 persuni b’dizabilità li qeghdin jirregistraw ghal xoghol permanenti fl-Ewwel u t-Tieni parti tar-Registru. Dawn il-persuni huma maqsuma hekk:
(i) Persuni li qeghdin jirregistraw ghax-xoghol
|
Irgiel |
Nisa |
Total 2 |
|
|
Malta |
235 |
67 |
302 |
|
Ghawdex |
74 |
16 |
90 |
|
TOTAL 1 |
309 |
83 |
392 |
(ii) Persuni li m’humiex qeghdin jirregistraw
ghax-xoghol
|
Irgiel |
Nisa |
Total 2 |
|
|
Malta |
131 |
48 |
179 |
|
Ghawdex |
54 |
24 |
78 |
|
TOTAL 1 |
185 |
72 |
257 |
2.3 Dawk il-persuni b'dizabilità li japplikaw biex jirregistraw f'dan ir-Registru, ikollhom jidhru quddiem bord kompost minn:
· Ufficjal Mediku
· Social Worker (meta jkun jista’ jattendi)
· id-Disablement Resettlement Officer (DRO).
(b) Il-Korporazzjoni Ghax-Xoghol u Tahrig (ETC)
2.4 Il-funzjoni ewlenija tal-ETC hi li tipprovdi tahrig u ssib l-impjieg ghal dawk li jirregistraw ghax-xoghol, inkluz dawk li jirregistraw bhala persuni b'dizabilità. It-twettiq ta' din il-funzjoni, jirrikjedi li ssir analizi ("assessment") tal-kapacitajiet u talenti ta' kull individwu li jirregistra ghax-xoghol, inkluz dawk bi bzonnijiet specjali, biex:
· tghin fil-preparazzjoni ta’ dawn il-persuni ghad-dinja tax-xoghol;
· titkellem mal-employers prospettivi u tghin biex tinholoq attitudni pozittiva;
· tipprovdi skemi ta’ tahrig jew ghajnuna biex tiffacilita l-impjieg.
2.5 Skond rapporti ppubblikati mill-Korporazzjoni, bejn Novembru 1993 u April 1994 l-ETC haddmet tliet skemi li kellhom l-ghan specifiku li jinstab xoghol ghall-persuni b’dizabilità. Ir-rizultati kienu dawn :
|
Skema |
Data |
Placements |
|
Direct Placements |
Nov ’93-April ‘94 |
20 |
|
Employment & Training Placement |
Jan-Frar ‘94 |
3 |
|
On Line |
Nov ‘93-April ‘94 |
12 |
(c) Id-Dipartiment tal-Familja u Assistenza Socjali
2.6 Id-Dipartiment tal-Familja u Assistenza Socjali ghandu hames Centri tal-Adulti:
· tlieta ghal persuni b’dizabilità mentali;
· wiehed ghal persuni ghomja;
· wiehed f'Ghawdex;
· taqsima fic-Istituto Vincenzo Bugeja, Centru Hidma Socjali ghall-persuni b'dizabilità fizika
2.7 L-ghanijiet tac-Centru huma:
· li jghin lill-persuni b’dizabilità jizviluppaw mentalment, emozzjonalment u fizikament billi jokkupaw irwiehhom f’xoghlijiet facli biex b’hekk jigu ppreparati ghal hajja u ghad-dinja tax-xoghol;
· li joffri opportunità ghal hinijiet ta’ mistrieh lill-genituri ta’ dawn il-persuni waqt li dawn ikunu jattendu fic-Centru;
· li jghin u jeduka l-genituri li ghandhom ulied b’dizabilità permezz ta’ kuntatti u laqghat.
2.8 Ic-Centri tal-Adulti ghall-persuni b’dizabilità mentali jinstabu fi Fleur-de-Lys, l-Imtarfa u Hal-Far. Dawn joffru attivitajiet ta’ natura socjali, religjuza, edukattiva, u ‘l hekk imsejjah ‘occupational work’. Il-persuni kollha li jattendu dawn ic-centri jircievu l-penzjoni mhux kontributorja ghal persuni b’dizabilità.
2.9 Ic-Centru tal-Ghomja li jinstab Santa Venera joffri attivitajiet vokazzjonali (l-aktar xoghol tal-qasab u manifattura ta’ spallieri) flimkien ma’ attivitajiet ohrajn.
2.10 Ic-Centru t’Ghawdex jahseb ghall-bzonnijiet ta’ persuni b’dizabilità mentali u persuni ghomja. Ic-centru l-gdid f’Ghawdex twaqqaf permezz ta' "joint venture" bejn l-Ghaqda Handikappati Ghawdxin, l-awtoritajiet ekklezjastici Ghawdxin u l-Gvern ta' Malta. Dan ic-Centru jservi biex jinghata tahrig lil "trainees" u dan kemm f'oqsma ta' xoghol li huwa adattat, kif ukoll fil-bzonnijiet personali taghhom
2.11 Ic-Istituto Vincenzo Bugeja, Centru Hidma Socjali li qieghed f'Santa Venera, jigbor fih numru ta' persuni b’dizabilità fizika li whud minnhom jinghataw xoghol fic-centru stess b'mod li jkollhom l-ewwel esperjenza li tista’ sservihom bhala tahrig ghal impjieg prospettiv.
(d) Is-Servizz Ghajnuniet Specjali
2.12.1 Permezz tas-Servizz Ghajnuniet Specjali il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità toffri konsulenza, pariri u ghajnuna finanzjarja lil persuni b’dizabilità sabiex ikunu jistghu jghixu hajja aktar indipendenti u biex ikunu jistghu isibu xoghol addattat.
2.12.2 Minn April 1992, dan is-servizz ipprocessa madwar 380 applikazzjoni ghal assistenza finanzjarja fuq numru varjat ta’ apparat waqt li 60 persuna xtaqu biss jiehdu pariri specifici dwar l-apparat ghalihom.
(e) Il-Fondazzjoni Eden
2.13 L-ghan ahhari tal-Fondazzjoni Eden hu li tghin persuni b’dizabilità ta’ zvilupp (‘developmental disability’) jizviluppaw l-abilitajiet u l-personalità taghhom, kif ukoll biex jghixu hajja kemm jista’ jkun indipendenti u jintegraw ruhhom fil-komunità. Ghal dan il-ghan, din il-Fondazzjoni tipprovdi Programm ta’ Tahrig ghal adulti (gewwa l-Eden Ability Centre f'Bulebel).
2.14 Dan il-programm, jinkludi ezercizzju fejn jigi identifikat xoghol adattat u jinghata tahrig fuq il-post tax-xoghol, assistit minn ‘Job Coaches’ li jipprovdu s-’support’ mehtieg biex il-haddiema godda jintegraw ruhhom fuq il-post tax-xoghol.
(f) Il-Fond ghar-Rijabilitazzjoni tal-Handikappati, Kordin
2.15 Ic-Centru ta' Kordin ghandu r-rwol li jservi bhala mezz biex jghin lill-persuni b'dizabilità fil-process ta' tranzizzjoni ghal hajja aktar indipendenti. Dan jinkludi tahrig sabiex il-persuna tkun tista’ ssib impjieg b'kundizzjonijiet xierqa fil-qasam industrijali, klerikali ecc.
| Privacy
policy | Disclaimer / Copyright Notice
Accessibility | Contact Us |
![]() |