.
![]() |
|
|
![]() |
Il-Ligi Opportunitajiet
Indaqs
|
Il-Ligi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Dizabilità) ta' l-2000 hija l-ewwel ligi fil-Kodici Legali Malti li tahseb biex tassigura d-drittijiet civili ta' sezzjoni wahda tal-poplu Malti u Ghawdxi. Il-bzonn li ssir ligi anti-diskriminatorja, jew wahda simili, kien ilu jinhass. Dan ghaliex kien jidher car li l-persuni b'dizabilità f'dawn il-gzejjer kienu verament qed ihabbtu wicchom ma' atti ta' diskriminazzjoni (li jidhru u li ma jidhrux) f'oqsma differenti tal-hajja.
Hekk insibu li policies u prattici diskriminatorji kienu (u ghadhom) inaqqru mill-kwalità ta' hajja ta' persuni b'dizabilità f'dak li hu edukazzjoni, xoghol, xiri ta' poloz ta' l-assigurazzjoni, akkommodazzjoni, accessibilità fuq livelli differenti u oghti ta' oggetti u servizzi. Filwaqt li kulhadd jifhem li l-vera bidla dejjiema u profonda tigi bil-perswazjoni u l-kelma t-tajba, fuq livell pragmatiku ngharfu li l-kelma t-tajba wahedha m'hiex bizzejjed. Minbarra li taghti hafna sahha lill-argumenti favur l-opportunitajiet indaqs, ligi anti-diskriminatorja ghandha l-vantagg li thaffef il-pass tal-bidla. Dan taghmlu billi teziegi li kull individwu, jew organizzazzjoni, li trid tkun konformi maghha ghandu jaghmel dan billi jaghti soluzzjonijiet u deadlines ragonevoli.
Il-Ligi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Dizabilità) ghaddiet mill-Parlament Malta fit-19 ta' Jannar ta' l-2000 u fi Frar ta l-istess sena twaqqfet b'mod statutorju l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità. Il-Kummissjoni inghatat ir-responsabilità li: tircievi l-ilmenti dwar allegat atti ta' diskriminazzjoni, li tinvestiga dawn l-ilmenti, li tinnegozja mal-partijiet kollha koncernati biex b'hekk tinstab konkluzjoni li tkun gusta ghal kulhadd, u li tidhol il-Qorti, BISS bhala l-ahhar pass, u wara li jkun sar kull sforz iehor ragonevoli biex tintlahaq konkluzjoni negozjata. Infatti, il-Kummissjoni temmen bis-shih u temfasizza dan il-punt: is-success ta' din il-ligi ma jitkejjilx bin-numri ta' kazijiet li tkun fethet fil-Qorti, imma fin-numru ta' kazijiet fejn intlahqet konkluzjoni ragonevoli u negozjata.
Din il-pubblikazzjoni tahseb biex taghti stampa ta' kif il-Kummissjoni haddmet din il-Ligi minn Jannar 2000 s'issa. Barra milli jaghti harsa generali, dan il-ktejjeb jahseb ukoll biex jaghti serje ta' case studies l-aktar importanti migbura minn fost il-kazijiet li s'issa hdimna, jew qeghdin nahdmu, fuqhom.
L-ghanijiet ewlenin ta' din il-pubblikazzjoni huma tnejn:
Joseph M. Camilleri, Marianne Debono
CHAIR Koordinatrici (TLOI)
Il-Ligi Opportunitajiet (Persuni b'Dizabilita) ghaddiet mill-Parlament Malti fid-19 ta' Jannar 2000. Wara konsultazzjoni wiesgha, il-Ligi dahlet kollha fis-sehh fl-1 ta' Ottubru 2000. Biex tkun tista' thaddem din il-Ligi, il-Kummissjoni waqqfet taqsima zghira fi hdan is-segretarjat tal-Kummissjoni. Din it-taqsima tinkonsisti f'ufficjal gholi full-time, is-sinjura Marianne Debono li twiegeb direttament lid-Direttur Ezekuttiv tal-Kummissjoni. Din it-Taqsima ghandha ukoll avukata, Dr Doreen Clarke li tahdem ma' din it-Taqsima fuq bazi regolari imma part-time. It-taqsima wkoll minn zmien ghal zmien tixtri servizzi professjonali ohra skond il-bzonn. Dan jinkludi s-servizz ta' perit u tat-tabib.
Il-Kummissjoni mill-ewwel bdiet tircievi ilmenti dwar diskriminazzjoni u bdiet
tahdem biex isolviehom. Il- Ligi tipprevedi sitt oqsma li fihom wiehed jista'
jressaq ilment. Dawn huma:
· Ix-Xoghol
· L-Edukazzjoni
· L-Access
· L-Ghoti ta' Oggetti u Servizzi
· L-Assigurazzjoni
· Id-Djar
Matul dan il-perjodu, il-Kummissjoni rceviet 92 ilment u minnhom ghalqet 36. L-akbar numru, kif kien mistieni kienu dwar access. Fil-fatt dawn jammontaw ghal ftit aktar min-nofs il-kazijiet kollha li dahlu (53 fil-mija tal-kazijiet kollha). L-anqas li dahlu kien fil-qasam tad-djar u fl-assigurazzjoni. Il-kazijiet kollha jinqasmu hekk:
| INVESTIGAZZJONI DWAR ILMENTI TA' DISKRIMINAZZJONI | |||
| Tip ta' Ilment |
Total
|
Maghluqa
|
Ghadhom jigu Diskussi
|
| Xoghol |
13
|
10
|
3
|
| Edukazzjoni |
10
|
4
|
6
|
| Access |
48
|
10
|
38
|
| Ghoti ta' Oggetti u Servizzi |
18
|
10
|
8
|
| Assigurazzjoni |
2
|
1
|
1
|
| Djar |
1
|
1
|
-
|
| Total |
92
|
36
|
56
|
L-ilmenti huma kontra diversi entitajiet li jistghu jigu maqsuma hekk:
| ILMENTI TA' DISKRIMINAZZJONI | ||
| Tip ta' Organizzazzjoni |
Numru
|
Persentagg
|
| Gvern |
37
|
40
|
| Parastatali |
21
|
23
|
| Kunsilli Lokali |
6
|
7
|
| Knisja |
9
|
10
|
| Privat |
17
|
20
|
| Mhux Maghruf |
2
|
2
|
| Total |
92
|
100
|
L-akbar numru ta' ilmenti saru kontra l-Gvern u jekk wiehed jinkludi l-entitajiet iffinanzjati mill-Gvern (Parastatali u Kunsilli Lokali) dan il-percentwal jitla' ghal 70 fil-mija tal-kazijiet kollha li gew jew qed jigu investigati.
Matul dan il-perjodu, il-Kummissjoni rnexxielha taghlaq 36 ilment jew 26 fil-mija tal-kazijiet kollha. Fi ftit aktar minn terz taghhom, 14-il ilment, gie stabbilit li kien hemm diskriminazzjoni u l-Kummissjoni rnexxielha ssib soluzzjoni ragonevoli u accettabli ghat-tliet nahat, jigifieri ghal qed jaghmel l-ilment, kontra min qed isir l-ilment u l-Kummissjoni stess. Madwar terz iehor, il-Kummissjoni qieset li ma kienx hemm diskriminazzjoni minhabba dizabilita. Ta min jiftakar li f'dawn il-kazijiet, l-individwu xorta jibqalu d-dritt li jmexxi l-kaz hu nnifsu. It-terz l-iehor inghalqu jew ghax min ghamel l-ilment ma kompliex isegwi il-kaz (5 ilmenti) jew inkella l-Kummissjoni rreferiet l-ilment li xi entita ohra bhal ma' huma l-Unions jew l-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig. Kien hemm zewg kazijiet fejn il-Kummissjoni talbet li min qed iressaq l-ilment biex l-ewwel jipprova jsib soluzzjoni hu stess kontra min qed jaghmel l-ilment, anke jekk ikun mehtieg bis-sapport tal-Kummissjoni stess. Il-Ligi ghandha tintuza wara li jkunu ntuzaw mezzi ordinarji bhal per ezempju li tressaq l-ilment direttament li min allegatament qed jiddiskrimina.
Ghalhekk il-kazijiet maghluqa jistghu jinqasmu hekk:
| ILMENTI TA' DISKRIMINAZZJONI | ||
|
Numru
|
Persentagg
|
|
| Solvuti |
14
|
39
|
| Ma kienx hemm diskriminazzjoni |
13
|
36
|
| Riferuti lill-entitajiet ohra |
4
|
11
|
| Waqghu l-ilment |
5
|
14
|
| Total |
36
|
100
|
Il-kazijiet li ghadhom miftuhin jinsabu f'diversi fazijiet. Uhud minn dawn il-kazijiet l-aktar importanti huma rraportati fid-dettal f'dan il-ktieb bhala "case studies".
Ghodda importanti biex il-Kummissjoni tkun tista' thaddem din il-Ligi huma
r-regolamenti. Il-Kummissjoni hejjiet zewg settijiet ta' regolamenti:
a) Regolament ta' Procedura ghall-Investigazzjonijietta' Ilmenti;
b) Regoli dwar il-Procedura quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Civili ghall-Finijiet
tal-Artikoli 33 u 34 tal-Att dwar Opportunitjiaet Indaqs Persuni b'Dizabilita.
L-ewwel sett gew accettati u gew ippubblikati fil-Gazetta tal-Gvern bhala Avviz Legali Numru 13 tal-2001 waqt li t-tieni sett intbaghtu lill-Ministeru ghall-Politika Socjali biex jintbaghtu lill-Prim Imhallef bhala l-President tal-Qrati Maltin. Fil-prezent il-Kummissjoni qed tahdem biex jigu emendati r-regolamenti li gew ippubblikati fil-gazetta tal-Gvern fid-dawl tal-esperejnza miksuba.
Il-Kummissjoni tghallmet hafna f'din l-ewwel sena minn mindu dahlet fis-sehh
il-Ligi. Forsi t-tibdil konkrett li sar kien wiehed hafna izghar milli xtaqna.
Li hu zgur hu li ahna qeghdin parti minn process ta' bidla fl-attitudni ta'
kif is-Socjeta Maltija titratta lill-persuni b'dizabilita. Bdil ta' attitudni
hu process twil li jinhtieg hafna tenacita pacenzjuza. Bil-pacenzja, bil-perwazzjoni
u l-persevernza il-Kummissjoni tkompli tahdem biex il-persuni b'dizabilita u
l-familji taghhom ikollhom l-oghla kwalita ta' hajja possibli. Il-Ligi Opportunitajiet
Indaqs (Persuni b'Dizabilita) hi wahda mill-ahjar ghodda taghha.
1. Ministeru ta' l-Edukazzjoni
a) Skejjel Statali.
Saru diskussjonijiet bejn iz-zewg nahat. Id-Divizjoni kkommettiet ruhha li ghal hames snin li gejjin talloka minimu ta' Lm100,000 fis-sena biex l-iskejjel isiru aktar accessibbli ghal kulhadd. Wieghdet ukoll li meta timmaterjalizza l-proposta li l-iskejjel jinghataw Lm60 miljun ghat-tkabbir u manutenzjoni, parti minn din is-somma tintuza ghal dan il-ghan.
Id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni hejja programm kif ser jintefqu dawn il-flus u sar ftehim bejn id-Divizjoni u l-Kummissjoni biex din ta' l-ahhar tghin billi tipprovdi servizzi professjonali mehtiega u d-Divizjoni tkopri l-ispejjes.
Kien hemm qbil ukoll li :
a) l-iskejjel l-godda jkunu kompletament accessibbli ghal kulhadd skond il-linji
gwida tal-KNPD.
b) il-Kummissjoni tigi kkonsulta mid-Divizjoni qabel hi tissottometti applikazzjonijiet
lill-Awtorita tal-Ippjanar.
b) Il-Kavalier ta' San Gakbu
Sar ilment mit-Taqsima LOI li partijiet minn dan il-kumpess mhux accessibbli ghall-persuni b'dizabilita b'riferenza partikolari ghat-tijatru principali u l-pugamani mat-turgien u r-rampi. Saru diversi rapprezentazzjonijiet mat-tmexxija tac-Centru u anke tal-Ministeru u hemm qbil li dan ix-xoghol irid isir. Il-Ministeru ma accettax li jaghti data sa meta dan ix-xoghol irid isir.
Il-hidma principali dwar dan il-kaz hi din:
19 ta' Dicembru 2000 TLOI resqet l-ilment lill-Management ta' Kavalier tah San
Gakbu (KSG).
24 ta' Jannar 2001 TLOI baghtet reminder.
6 ta' Frar 2001 TLOI baghtet it tieni reminder.
17 ta' Frar 2001 TLOI baghtet ittra legali biex ikollha twegiba.
21 ta' Frar 2001 KSG informa lit-TLOI li kienu qed jiddiskutu mal-perit taghhom.
26 ta' Frar 2001 TLOI talbet timeframe biex isiru l- modifici mehtiega.
1 ta' Marzu 2001 KSG talbu laqgha biex jigu diskussi l-prijoritajiet f'dawn
il-modifici.
12 ta' Marzu 2001 It-TLOI baghtet il-linji gwida tal-KNPD u regghet talbet timeframe
biex jitlesta x-xoghol.
2 ta' April 2001 TLOI baghtet reminder iehor.
18 ta' Mejju 2001 Ic-Cermen qal li ufficjali tal-KNPD, b'dispjacir ma setghux
jippartecpaw fil-Festival of the Senses li kien ser isir f'dan ic-Centru minhabba
li dan il-kaz kien ghadu mhux rizolt.
23 ta' Mejju 2001 It-TLOI baghtet ittra legali biex KSG jaghtu t-timeframe mitlub
minnha.
21 ta' Gunju 2001 TLOI talbet l-intervent tal-Ministeru tal-Edukazzjoni responsabli
mit-tmexxija ta' dan ic-Centru.
5 ta' Lulju 2001 Saret laqgha bejn iz-zewg partijiet f' KSG fil-prezenza ta'
ufficjal tal-Ministeru.
20 ta' Lulju 2001 TLOI rceviet il-minuti tal-laqgha tal-05.07.2001.
25 ta' Lulju 2001 Ic-Cermen baghat iffakkar lill-Ministeru rigward l-implimentazzjoni
tal-ftehim milhuq.
3 ta' Awissu 2001 Il-Ministeru tal-Edukazzjoni informa lit-TLOI li ma jistax
jaghti timeframe biex jitlesta x-xoghol.
4 ta' Awissu 2001 TLOI ssuggeriet timeframes ghal kull fazi tax-xoghol li kien
hemm ftehim dwaru.
2. Ministeru tal-Gustizzja
a) Il-Qorti
It-Taqsima LOI resqet kaz ta' diskriminazzjoni kontra l-qorti minhabba li ma hemmx access adekwat mill-entratura principali tal-Qorti. Saru diversi diskussjonijiet biex din is-sitwazzjoni titranga. Fil-prezent hemm proposta accettabbli mill-Qorti u beda x-xoghol biex din tigi implimentata.
Il-hidma principali dwar dan il-kaz hi din:
26 ta' Mejju 2000 TLOI resqet l-ilment lill-Qorti dwar in-nuqqas ta' access
fiziku ghall-kulhadd fid-dahla principali.
21 ta' Gunju 2000 Il-Qorti qalet li x-xoghol mehtieg kien beda.
9 ta' Awissu 2000 TLOI baghetet reminder.
18 ta' Settembru 2000 Il-Qorti infurmat lit-TLOI li saret rampa temporanja tal-injam
u l-pjanti ghar-rampa permanenti kienu ghand l-Awtorita tal-Ippjanar.
4 ta' Ottubru 2000 Il-Ministeru tal-Gustizzja talab lit-TLOI ghall-informazzjoni
dwar l-Access ghall-Qorti u talab konsultazzjoni wara programm li deher fuq
it-TV lokali.
10 ta' Ottubru 2000 It-TLOI baghtet il-korrispondenza kollha relevanti lill-Ministeru.
18 ta' Ottubru 2000 Il-Qorti baghtet is-site-plans ghar-rampa.
11 ta' Jannar 2001 It-TLOI baghtet ir-rapport professjonali mhejji mill-perit
tal-Kummissjoni lill-Qorti.
8 ta' Marzu 2001 It-TLOI talbet timeframe meta ser jitlesta x-xoghol.
2 ta' April 2001 It-TLOI kitbet lill-Awtorita tal-Ippjanar biex jithaffef il-process.
6 ta' April 2001 L-Awtorita tal-Ippjanar infurmat lit-TLOI li din l-applikazzjoni
kienet approvata f'Marzu 1997 u l-file kien maghluq.
6 ta' April 2001 It-TLOI infurmat il-Qorti li jekk ix-xoghol mhux ser jibda
sal-30 ta' April, kienu ser jittiehdu passi legali.
16 ta' April 2001 Il-Qorti qalet li kienu qed jistennew estenzjoni tal-permess
mill-Awtorita tal-Ippjanar.
25 ta' April 2001 Il-Qorti infurmat lit-TLOI li kienu kitbu lid-Dipartiment
tax-Xogholijiet biex jibda x-xoghol.
23 ta' Mejju 2001 TLOI baghtet ittra legali fejn talbet id-data meta x-xoghol
mehtieg kien ser jitlesta u fakkret li r-responsabilita li l-Qorti tkun accessibbli
ghal kulhadd hi tal-Amministrazzjoni tal-Qorti.
30 ta' Lulju 2001 Saret laqgha bejn il-perit tal-KNPD u tal-Qorti.
16 ta' Awissu 2001 Il-Qorti baghtet memo bit-tlett proposti li gew diskussi.
29 ta' Awissu 2001 Giet deciza liema proposta hi accettabli ghaz-zewg nahat
u bdiet il-hidma biex tigi implimentata.
3. Ministeru tal-Intern
F'Mejju 2001, it-Taqsima LOI ressqet ilment li l-bini tal-Ministeru ta' l-Intern responsabli mill-Awtorita tal-Ippjanar mhux fizikament accessibbli. Sar qbil, li bhala l-ewwel pass, is-sular t'isfel isir accessibbli. It-TlOI talbet li tinghata data sa meta dan ix-xoghol ikun lest.
4. Ministeru tat-Trasport u Telekomunikazzjoni
a) Dipartitment tat-Toroq
It-Taqsima LOI irceviet diversi ilmenti dwar toroq li qed jigu rrangati u
li mhumiex isiru skond il-Principji ta' Access ghal Kulhadd l-aktar fejn jidhlu
a) il-wiesgha tal-bankieni
b) l-gholi tal-bankieni
c) rampi tajbin fl-irjus tal-bankieni u f'postijiet strategijci
d) ghamara tat-triq li ma tostokalax.
It-Taqsima LOI ghamlet diversi rapprezentazzjonjiet mad-Dipartiment tat-Toroq u mal-Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni. Wara diversi diskussjonijiet, f'Lulju d-Dipartiment tat-Toroq hareg cirkulari dwar kif dawn il-principji ghandhom jitpoggew fil-prattika. Dan id-Diparitment ukoll intrabat bil-miktub li Triq Psaila, B'kara tkun accessibbli ghal kulhadd.
Fid-dawl tal-investiment qawwi li l-Gvern qed jaghmel f'dan il-qasam u minhabba l-importantza li dan l-izvilupp ghandu fuq il-kwalita ta' hajja ta' persuni b'dizabilita fizika, il-Kummissjoni ddecidiet li tibda taghmel rapport dettaljat dwar kull triq li tigi rranagata mill-gdida u li dan ir-rapport, barra li jintbaghat lill-awtoritajiet koncernati, jintbaghat ukoll lill-media kollha. L-ewwel rapport sar dwar Triq Valletta, Mosta.
Il-hidma principali dwar dan il-kaz hi din:
2 ta' Ottubru 2000 TLOI gharfet lid-Dipartiment tat-Toroq (DT) bl-ilmenti dwar
ir-rampi fil-bankini godda fi Triq Wignacourt f'B'Kara.
6 ta' Novembru 2000 TLOI gharfet lid-DT bl-ilment dwar ix-xoghol gdid mhux accessibbli
li qed isir fi Triq Karm Galea B'Kara.
6 ta' Dicembru 2000 TLOI baghtet ittra legali minhabba li ma rceviet l-ebda
risposta.
15 ta' Jannar 2001 TLOI baghtet draft tal-protest legali li kien ser jitressaq
kontra d-Dipartiment. Din il-korrispondenza giet ikkupjata lill-Ministeri ghall-Politika
Socjali u tat-Trasport.
27 ta' Frar 2001 TLOI baghtet it-tieni reminder.
13 ta' Marzu 2001 TLOI gharfet lid-Dipartiment bl-ilment dwar ix-xoghol gdid
mhux accessibbli f'Moroni Street, Gzira.
21 ta' Marzu 2001 TLOI talbet li l-intervent tal-Ministeru tat-Trasport.
22 ta' Marzu 2001 Laqgha bejn id-Diretturi tal-KNPD u d-Direttur tad-DT.
23 ta' Marzu 2001 Ittra bid-dettalji dwar il-kazijiet pendenti lill-Assistent
Direttur ta' DT.
23 ta' Mejju 2001 It-TLOI baghtet ittra legali lid-DT biex ikollha risposta
ghat-talbiet taghha.
15 ta' Gunju 2001 Sar qbil li DT johrog cirkulari dwar din il-problema lil kull
min fid-Dipartiment ghandu x'jaqsam mal-accessibilita tat-toroq.
25 ta' Gunju 2001 TLOI gharfet lid-Dt bl-ilment iehor li jirrigwardja ix-xoghol
gdid mhux accessibbli li qed isir fi Triq Psaila,B'Kara.
5 ta' Lulju 2001 Id-Direttur tad-DT gharraf lill-TLOI li c-cirkulari harget
u li DT ser jirranga r-rampi li saru hziena fi Triq Psaila, B'kara.
24 ta' Awissu 2001 KNPD tiddeciedi li taghmel rapport dettaljat dwar l-accessibilita
fit-toroq li qed isiru mill-gdid.
1 ta' Settembru 2001 TLOI tibghat l-ewwel rapport dwar Triq Valletta, Mosta
lill-Ministeru tat-Trasport u lid-DT.
7 ta' Sttembru 2001 TLOI tibghat dan ir-rapport lill-media kollha.
5. Ministeru tas-Sahha
a) Bini Evans
Dan il-bini mhux accessibbli u fih kienu jsiru t-testijiet lill-persuni b'dizabilita biex jinghataw licenzja tas-sewqan jew ezenzjoni mill-hlas fuq dazju tal-karozzi. Sar qbil bejn it-TLOI u d-Divizjoni tas-Sahha (DS) li fuq bazi temporanja dawn it-testijiet jibdew isiru fic-Centru tas-Sahha, tal-Furjana li hu accessibbli. Komplew id-diskussjonijiet biex il-bini Evans, li fih hemm tliet organizzazzjonijiet, (id-Divizjoni tas-Sahha, l-Awtorita tal-iStandards u l-Kummissjoni Eletorali) isir accessibbli ghal kulhadd. Din il-hidma ghadda ghaddejja.
b) Sptar San Luqa
It-TLOI rceviet diversi ilmenti dwar problemi ta' accessibilita fl-Isptar San
Luqa. Dawn kinu jinkludu
* id-dhul princpali tal-Isptar
* id-dhul ghall-Canteen u ghad-Dipartiment tal-Outpatients
* it-toilets ghad-Dipartimenti tal-Outpatients u tal-Emergenza
* aktar parkegg riservat quddiem id-Dipartiment tal-Outpatients.
Wara diversi interventi mit-TLOI saret rampa tajba ghall-access principali ta' dan l-Isptar. It-talbiet l-ohra ghadhom qed jigu diskussi.
Il-hidma principali dwar dan il-kaz hi din:
3 ta' April 2000 TLOI resqet l-ilment lid-Divizjoni tas-Sahha (DS).
17 ta' Gunju 2000 DS informa lit-TLOI li kienu ser jiehdu mizuri temporanji
biex jitjieb l-access.
2 ta' Awissu 2000 TLOI baghtet reminder.
16 ta' Settembru 2000 TLOI talbet lill-Ministeru jintervjeni biex jara li t-tibdil
mehtieg isir.
2 ta' Ottubru 2000 TLOI talbet laqgha mal-Ministru ghax bqajna bla twegieba.
11 ta' Ottubru 2000 DS infurmaw lit-TLOI li l-applikazjoni lill-Awtroita tal-Ippjanar
tresqet fit 3 ta' Lulju 2001 pero din kienet intilfet. Ghalhekk din kellha ssir
mill-gdid.
16 ta' Ottubru 2000 DS infurmaw lit-TLOI li l-ilment kien f'idejn il-Hospital
Management Committee (HMC).
21 ta' Ottubru 2000 TLOI interveniet mal-Awtorita' tal-Ippjanar biex il-process
jithaffef.
12 ta' Frar 2001 TLOI baghtet reminder lill-HMC.
11 ta' April 2001 TLOI taw zmien sal-31 ta' Mejju 2001 biex ix-xoghol ikun lest.
15 ta' Mejju 2001 Laqgha bejn it-TLOI u l-HMC. Ir-rampa tal-bieb principali
tal-Isptar tlestiet. Gew diskussi l-modifikazzjonijiet li kien ghad baqa' x'jsiru.
13 ta' Gunju 2001 TLOI baghtet reminder.
25 ta' Lulju 2001 TLOI baghtet reminder iehor.
2 ta' Awissu 2001 It-TLOI giet mgharrfa li x-xoghol kien ghadda f'idejn is-Supretendent
u l-Project Manager tal-Isptar.
14 ta' Settembru 2001 Il-Project Manager informa lit-TLOI li huma qed jahdmu
fuq dawn il-punti.
c) Sptar Boffa
Kien hemm ilment li f'dan l-isptar ma kienx hemm parkegg riservat ghall-persuni b'dizabilita. Wara rapprezentazzjoni minn TLOI dan il-parkegg sar. Saru diskussjonijiet ukoll biex ikun hemm toilet accessibbli ghall-persuni b'dizabilita fl-Outpatients ta' dan l-isptar. Kien hemm qbil dwar dan u x-xoghol diga beda.
d) Centru tas-Sahha Gzira
Sar ilment dwar dan ic-Centru li mhux accessibbli. It-TLOI giet infurmata li hemm kawza fil-Qorti dwar dan il-bini. Il-Kummissjoni qed tinvestiga kif hi tista' tghin biex dan ic-Centru jsir accessibbli.
6. Knejjes Ewlenien
a) Kattidral tal-Imdina
Sar ilment mit-Taqsima LIO dwar access fiziku ghal kulhadd f'din il-knisja. Wara diskussjonijiet saret rampa tajba fuq iz-zuntier u rampa temporanja mit-triq ghaz-zuntier b'impenn li din isir ahjar u b'mod permanenti meta ssir r-rijabilitazzjoni tal-pjazza kollha.
b) Haz-Zebbug
Persuna b'dizabilita li tuza siggu tar-roti talbet li jkun hemm access ghall-knisja biex hi tkun tista' tidhol f'dan il-bini miftuh ghall-pubbliku. Saru diversi diskusjonijiet u kien hemm ukoll l-interventi ta' Mons A Depasquale, Isqof Awziljarju. Ix-xoghol maggur tlesta pero ghad baqa' targa zghira li trid titranga.
Il-hidma principali dwar dan il-kaz hi din:
3 ta' April 2000 It-TLOI resqet l-ilment lill-Arcipriet dwar in-nuqqas ta' access
fiziku ghall-kulhadd fil-Knisja ta' Haz-Zebbug.
9 ta' Awissu 2000 Wara li t-TLOI baghtet diversi reminders minghajr risposta,
it-TLOI infurmat lill-Arcipriet li kienet ser tiehu passi legali. Din il-korrispondenza
giet ikkuppjata lill-Mons Arcisqof.
18 ta' Ottubru 2000 TLOI baghtet reminder.
24 ta' Ottubru 2000 L-Awtorita tal-Ippjanar hareg il-permess mehtieg.
9 ta' Jannar 2001 TLOI tat sal-15 ta' Frar biex jitlesta x-xoghol mehtieg.
3 ta' Frar 2001 L-Arcipriet kiteb fejn qal li qed isib diffikultajiet biex isib
kuntrattur li jaghmel ix-xoghol u talab estensjoni taz-zmien.
8 ta' Marzu 2001 TLOI estendiet iz-zmien sal-5 ta' April biex isir ix-xoghol.
14 ta' Marzu 2001 L-Arcipriet talab laqgha mal-perit tal-Kummissjoni u l-Kuntrattur.
28 ta' Marzu 2001 Ic-Cermen tal-Kummissjoni ltaqgha mal-Vigarju Generali dwar
il-kaz.
11 ta' April 2001 TLOI regghet estendiet iz-zmien sat-30 ta' April biex isir
ix-xoghol.
11 ta' April 2001 L-Arcipriet infurma lit-TLOI ix-xoghol kien ser jitlesta sat-23
ta' Mejju 2001. It-TLOI accettat din id-data gdida.
30 ta' Mejju 2001 TLOI baghtet reminder lill-Arcipriet.
6 ta' Gunju 2001 L-Arcipriet informa lit-TLOI li x-xoghol ikun lest.
18 ta' Lulju 2001 Il-perit tal-KNPD infurmana lit-TLOI li kien fadal xi xoghol
xi jsir.
25 ta' Lulju 2001 It-TLOI informat lill-Vigarju Generali b'din is-sitwazzjoni.
27 ta' Lulju 2001 It-TLOI tat xahar zmien biex jitlesta x-xoghol skond ir-rapport
tal-perit.
c) Knisja ta' San Frangisk, il-Qawra
Persuni b'dizabilita li juzaw siggu tar-roti ghamlu ilment li minkejja li din il-knisja hi wahda gdida l-livell ta' accessibilita fizika ma kienx sodisfacenti. Saru diversi rapprezentazzjonijiet, inkluz mal-Provincjal tal-Ordni Frangiskani Minuri l-aktar biex il-komunita Frangiskana taghti data sa meta jitlesta ix-xoghol li hemm qbil dwaru. Il-Provincja Frangiskana qed isostni li hi ma tistax tintrabat b'dati minhabba li din il-hidma hi ffinanzjata mill-Providenza. Il-Kummissjoni assolutament ma tistax taccetta din il-posizzjoni. Fil-prezent qed tistudja kif l-ahjar li tkompli titratta dan il-kaz.
Punt iehor importanti li tqajjem kien dwar l-accessibilita ghall-altar u l-fonti tal-Maghmudija. L-Awtoritajiet tal-Knisja qed isostnu li ma ghandux ikun hemm access permenenti permezz ta' rampi ghal din il-parti tal-knisja minhabba ragunijiet liturgici. Il-Kummissjoni ressqet dokumenti ta' pajjizi ohra fejn din il-problema ma tezistiex. Diskussjoni dwar dan il-punt ghadhom ghaddejjin.
Il-hidma principali dwar dan il-kaz hi din:
20 ta' Ottubru 2000 TLOI resqet ilment lir-Rettur tal-Knisja San Frangisk, il-Qawra
dwar l-accessibilita fizika.
15 ta' Dicembru 2001 Wara diversi reminders, it-TLOI baghtet ittra legali biex
ikollha twegieba ghall-ilment taghha.
28 ta' Dicembru 2000 Ghaddiet korrispondenza bejn iz-zewg nahat.
8 ta' Frar 2001 TLOI baghtet ittra legali wara li nbidel ir-Rettur u xorta baqghet
minghajr risposta.
7 ta' Marzu 2001 TLOI baghtet ittra legali ohra flimkien ma' kopja tar-rapport
dwar il-modifikazzjonijiet mehtiega li kien diga intbaghat fil-bidu meta nfetah
dan il-kaz.
28 ta' Marzu 2001 Saret laqgha bejn ic-Cermen tal-KNPD u l-Vigarju Generali
fejn gie diskuss ukoll dan il-kaz.
27 ta' April 2001 Ir-Rettur baghat rapport tal-perit tieghu u talab laqgha bejn
iz-zewg nahat.
21 ta' Mejju 2001 Saret laqgha bejn ic-Cermen tal-KNPD u l-Provincjal tal-Patrijiet
Frangiskani Minuri.
19 ta' Gunju 2001 Saret laqgha bejn iz-zewg nahat inkluz il-periti.
5 ta' Lulju 2001 It-TLOI rceviet ir-rapport tal-perit tal-Knisja.
6 ta' Lulju 2001 Ic-Cermen tal-KNPD informa lir-Rettur li dan ir-rapport ma
kienx accettabli ghall-KNPD minhabba li ma kienx fih id-deadlines mitluba.
11 ta' Lulju 2001 Ir-Rettur informa lit-TLOI li ma jistax jaghti deadlines.
25 ta' Lulju 2001 Saret diskussjoni dwar dan il-kaz bejn ic-Cermen tal-KNPD
u l-Provincjal.
14 ta' Awissu 2001 Il-perit tal-KNPD hejja rapport dwar ix-xoghol li kien ghad
baqa' x'issir.
3 ta' Settembru 2001 It-TLOI baghtet ittra legali lir-Rettur biex ikollha twegieba.
11 ta' Settembru 2001 Il-Provincjal informa lit-TLOI li hu ma kienx lest li
jaghti deadlines dwar meta x-xoghol miftiehem jitlesta.
d) Knisja Parrokjali, Xewkija
Persuna b'dizabilita li tuza siggu tar-roti talbet li jkun hemm access adekwat ghal din il-knisja. Wara interventi tat-Taqsima LOI, il-parocca, bl-ghajnuna tal-Kunsill Lokali, ghamlet rampa adekwata ghal din il-knisja.
Il-hidma principali dwar dan il-kaz hi din:
12 ta' Lulju 2000 TLOI resqet l-ilment lill-Arcipriet tax-Xewkija.
12 ta' Awissu 2000 TLOI offriet is-servizzi tal-perit taghha.
9 ta' Jannar 2001 L-Arcipriet informa lit-TLOI li l-perit taghhom kien ser jhejji
l-pjanta mehtiega.
10 ta' Jannar 2001 It-TLOI infurmat lill-Arcipriet li huwa ragonevoli li x-xoghol
jitlesta sal-ahhar ta' Marzu 2001.
6 ta' Frar 2001 It-TLOI talbet li l-pjanti mibghuta mill-perit tal-parocca ssirulhom
xi tibdil biex isiru skond il-linji gwida tal-KNPD.
22 ta' Frar 2001 Il-perit tal-parocca baghat pjanti godda skond dawn il-linji
gwida.
3 ta' April 2001 It-TLOI ikkonfermat li x-xoghol kien sar.
7. Maltapost
a) Fergha ta' B'kara
It-Taqsima LOI ressqet ilment minhabba li r-rinovazzjoni estensiva li saret f'din il-fergha ma sarx skond il-Linji Gwida tal-Kummissjoni. Sar rapport mill-Kummissjoni li fih talbet li jsir certu tibdil primarjament fir-rampa ta' barra. Hemm qbil li din isir fi zmien ragoenevoli maqbul bejn iz-zewg nahat.
Kien hemm qbil ukoll li meta jkun ser isir rinovazzjoni ta' ferghat ohra il-Kummissjoni tigi kkonsultata qabel.
b) Gholi tal-Kaxxi tal-Ittri
Persuna b'dizabilita ta' statura qasira ghamlet ilment li l-kaxxi tal-ittri l-kbar godda huma gholjin wisq. Saru diskussjonijiet bejn iz-zewg nahat. Il-kumpanija ghada ma accettatx li timxi fuq il-linja gwida li dawn ma jkunux ghola minn 120cm.
Il-hidma principali dwar dan il-kaz hi din:
16 ta' Marzu 2001 TLOI resqet l-ilment lill-Maltapost u talbet laqgha.
26 ta' Marzu 2001 Maltapost infurmaw lit-TLOI li kienu ser jinvestigaw l-ilment.
3 ta' Lulju 2001 Laqgha bejn iz-zewg nahat.
2 ta' Awissu 2001 TLOI baghtet reminder.
8 ta' Awissu 2001 Maltapost talbu li l-kaz jigi sospiz sakemm jitlesta ezercizzju
li studenti universitarju kienu qed jaghmlu fuq dan is-suggett.
11 ta' Awissu 2001 TLOI ma accettatx din it-talba.
26 ta' Settembru 2001 It-TLOI baghtet ittra legali biex ikollna risposta.
8. Universita ta' Malta
a) Dar l-Istudent
Il-Kummissjoni ilha s-snin tahdem biex dan il-bini importanti fl-Universita jkun accessibli ghal kulhadd. Bl-introduzzjoni tal-Ligi, it-Taqsima LOI ghamlet talba formali biex dan il-bini jkun accessibbli ghal kulhadd. Hemm qbil bejn iz-zewg nahat li x-xoghol rikjest irid isir pero s'issa l-anqas ghada saret applikazzjoni lill-Awtorita tal-Ippjanar.
Il-hidma principali dwar dan il-kaz hi din:
28 ta' Frar 2001 TLOI resqet l-ilment lill-Universita' dwar in-nuqqas ta' access
fi Student House.
22 ta' Marzu 2001 TLOI baghtet reminder.
27 ta' Marzu 2001 L-Universita infurmat lit-TLOI li kien ghad baqa' zewg sulari
x'jizdiedu fi Student House.
3 ta' April 2001 TLOI talbet data ragonevoli meta ser jitlestew ix-xoghol mehtieg.
3 ta' Mejju 2001 TLOI baghtet reminder.
22 ta' Mejju 2001 L-Universita nfurmat lit-TLOI li Student House hija prijorita.
Huma kienu ser jinfurmaw lit-TLOI meta japplikaw ghall-permess tal-Awtorita'
tal-Ippjanar.
8 ta' Lulju 2001 It-TLOI baghtet reminder.
b) Bini Mikiel Anton Vassalli
Minkejja li dan il-post gdid, li hu l-entratura principali tal-Universita,
gie ddikjarat accessibbli ghal kulhadd, it-Taqsima resqet ilmenti dwar problemi
li kien hemm. Dawn huma
a) li saret kantina li kienet qed taghlaq l-access ghall-persuni li ghandhom
dizabilita fizika
b) il-palk tas-swali principali ma kienux accessibbli.
Minkejja li l-ewwel problema hi wahda relattivament zghira, l-Kummissjoni ghad ma rnexxielx ssolvieha.
9. Bank of Valletta
It-Taqsima Ligi Opportunitajiet Indaqs (TLOI) rceviet ilment partikolari fuq il-fergha tal-Bank of Valletta (BOV) tal-Gzira. Iz-zewg nahat fethu diskussjonjiet komprensivi, li jinkludu oqsma ohra barra access fiziku bhal ma huwa:
a) Arrangamenti specjali lill-persuni li ghandhom l-Karta tal-Identita Specjali. Fil-fatt intlahaq ftehim biex dawn il-persuni li ghandhom nuqqas ta' mobilita jkunu jistghu jiehdu servizz bi prijorita jigifieri li jkunu jistghu jaqbzu l-kju.
b) Servizzi lill-klijenti ghomja. Il-bank qabel li klijenti ghomja jkunu jistghu jinqdew minghajr il-bzonn li jkollhom jiehdu maghhom xhud. Minflok ix-xhud ikun tal-bank stess.
c) Tahrig ghall-personnel tal-bank biex huma jkunu aktar mharga kif jistghu jaqdu klijenti b'dizabilita. Dan it-tahrig li ser jinghata mill-Kummissjoni bl-involviment ta' persuni b'dizabilita diversa. Fil-fatt dan diga beda.
d) Access ghal ATMs. Il-BOV diga gew ordna magni li huma accessibbli ghal kulhadd.
Rigward l-access fiziku, il-progress hu aktar bil-mod. Il-Bank tana rapport dettaljat dwar l-accessibilita fizika ta' kull fergha tieghu. Il-Kummissjoni ghandha dubbji serji dwar dan ir-rapport. Fil-prezent il-periti tal-Bank u tal-Kummissjoni qed jivverifkaw dan ir-rapport biex ikunu jistghu jkomplu d-diskussjonjiiet.
Il-hidma principali dwar dan il-kaz hi din:
3 ta' Lulju 2000 TLOI gharfet lill-BOV bl-ilmenti li rceviet.
12 ta' Lulju 2000 BOV jghid li x-xoghol mehtieg mhux teknikament possibli li
jsir.
17 ta' Awissu 2000 Laqgha bejn il-periti taz-zewg nahat.
11 ta' Ottubru 2000 BOV jghidu li ma jaqblux mal-modifikazzjonijiet li hemm
bzonn.
18 ta' Ottubru 2000 TLOI tissugerixxi li l-kaz jitressaq arbitragg.
19 ta' Decembru 2000 TLOI tipproponi li ssir laqgha biex jitfassal pjan komprensiv
li jinkludi l-accessibilita fizika tal-ferghat kollha, accessibilita tal-ATMs,
tahrig tal-personnel, il-politika dwar ir-reklutagg, il-beneficcji ghal persuni
li ghandhom l-Karta tal-Identita Specjali (KIS), Servizzi ghall-Klijenti Ghomja,
ecc.
15 ta' Frar 2001 Laqgha bejn iz-zewg nahat biex jigi diskuss dan il-ftehim.
23 ta' Frar 2001 L-ewwel minn sensiela ta' laqghat bejn Direttur, KNPD u Perit
tal-BOV biex jithejja rapport dettaljat dwar l-access fiziku ta' kull fergha
tal-Bank.
19 ta' Marzu 2001 Laqgha bejn Direttur, KNPD u Manager tal-BOV rigward arrangamenti
ghall-persuni li ghandhom l-KIS u Klijenti ghomja.
25 ta' April 2001 BOV johorgu cirkulari dwar il-ftehim li ntlahaq mal-KNPD ghal
dawk li ghandhom il-KIS.
13 ta' Lulju 2001 It-TLOI ircceviet aktar ilmenti dwar ferghat tal-BOV.
21 ta' Lulju 2001 Il-perit tal-BOV ipprezenta rapport dettaljat dwar l-acessibilita
ta' kull fergha.
31 ta' Lulju 2001 Laqgha bejn iz-zewg nahat biex jigi diskuss il-progress.
17 ta' Awissu 2001 Beda t-tahrig tal-personnel tal-BOV.
20 ta' Settembru 2001 Laqgha bejn il-periti tal-KNPD u BOV.
10. HSBC plc
It-TLOI kellna lmenti dwar accessibblita ghal kulhadd f'uhud mill-ferghat ta' dan il-Bank. Minhabba li din il-kumpanija kienet ghaddejja fi programm estensiv ta' modernizzar tal-ferghat taghha, sar ftehim globali ghal ferghat kollha u li jinkludi oqsma ohra. Il-punti principali ta' dan il-ftehim huma li l-bank:
a) jahdem biex izomm kull impjegat tieghu li jsir persuna b'dizabilita waqt
l-impjieg tieghu;
b) jikkonsulta mal-ETC halli sa fejn hu possibli, jirrekluta haddiema b'dizabilita
adatti;
c) jassigura li kull bini gdid tieghu jkun accessibbli ghal kulhadd;
d) jahdem li fi zmien tliet snin, 50 fil-mija tal-bini tieghu jkun fizikament
accessibbli ghal kulhadd, inkluz il-haddiema kollha tieghu;
e) jahdem biex fi zmien tliet snin, 90 fil-mija tal-bini tieghu jkunu fizikament
accessibbli ghall-klijenti kollha tieghu;
f) jahdem biex fi zmien hames snin l-ATMs kollha tieghu jkunu fizikament accessibbli
ghal kulhadd;
g) joffri tahrig lill-impjegati tieghu, l-aktar dawk li ghandhom kuntatt dirett
mal-klijenti, biex ikunu aktar konxji tal-politika ta' opportunitajiet indaqs
li l-bank qed ihaddan.
h) joffri servizz ahjar lill-klijenti ghomja u ma jibqax jitlob li l-klijent
ghami jkun akkumpanjat minn xhud anke meta dawn jiffirmaw xi dokument tal-bank.
Il-hidma principali dwar dan il-kaz hi din:
8 ta' Novembru 2000 TLOI resqet talba biex isir diskussjoni dwar ftehim globali
ghall-implimentazzjoni ta' din il-Ligi.
23 ta' Novembru 2000 Laqgha bejn iz-zewg nahat. Qbil fi principji generali.
4 ta' Dicembru 2000 L-ewwel proposti pprezentati mill-HSBC.
26 ta' Dicembru 2000 Kontro-proposti tal-KNPD.
22 ta' Jannar 2001 Gie diskuss l-ewwel abbozz tal-ftehim.
28 ta' Marzu 2001 Gie inizjallat il-ftehim bejn iz-zewg nahat.
4 ta' Mejju 2001 Il-ftehim gie ffirmat formalment.
11. Stabilimenti li Jbieghu Affarijiet tal-Persuni b'Dizabilita
a) Invicta
It-Taqsima LOI fethet diskussjonijiet ma' hames kumpaniji biex l-istabiliment minn fejn ibieghu affarijiet ghall-persuni b'dizabilita (siggijiet tar-roti, sodod jitilghu u jinzlu, ecc) jkunu accessibbli. Fid-diskusjonijiet li saru mad-Ditta Invicta kien hemm qbil dwar ix-xoghol li hemm bzonn isir. It-TLOI talbet li tinghata data sa meta dan ix-xoghol ikun lesta. Issa t-TLOI giet infurmata li dan ix-xoghol tlesta u baqa' biss li dan jigi kkonfermat mill-perit tat-TLOI.
Il-hidma principali dwar dan il-kaz hi din:
20 ta' Ottubru 2000 TLOI resqet l-ilment lill-Invicta Ltd.
30 ta' Novembru 2001 TLOI talbet timeframe meta l-modifikazzjonijiet li hemm
bzonn jistghu ikunu lesti.
31 ta' Jannar 2001 It-TLOI baghtet lill-Invicta timeframes ragonevoli flimkien
ma' kopja tad-Design Guidelines tal-KNPD.
13 ta' Marzu 2001 TLOI baghtet ittra legali biex ikollha risposta.
16 ta' Marzu 2001 L-Invicta infurmat lit-TLOI li x-xoghol kien ser jibda fit-23
ta' Marzu 2001.
25 ta' Gunju 2001 TLOI baghtet reminder.
2 ta' Awissu 2001 TLOI baghtet ittra legali biex ikollha risposta.
6 ta' Awissu 2001 L-Invicta talbet estensjoni ta' zmien.
30 ta' Awissu 2001 L-Invicta infurmat lit-TLOI li x-xoghol kien ser jitlesta
sal-15 ta' Settembru 2001.
25 ta' Settembru 2001 L-Invicta infurmat lit-TLOI li x-xoghol tlesta.
b) Medicat
Din hi kumpanija ohra li tbiegh l-affarijiet ghall-persuni b'dizabilita u li ma kellhiex access fiziku adekwat. Minhabba li l-bini tieghu ma setghax jitranga, din il-kumpanija ddecidiet li tibdel il-premises taghha u anke ghamlet applikazzjoni mal-Awtorita tal-Ippjanar dwar dan. Minhabba li dan jinvolvi investiment kbir, iz-zewg nahat qed jahdmu biex iz-zmien mehtieg biex din il-kumpanija tkun fizikament accessibbli ghal kulhadd ikun l-iqsar possibli u ragonevoli.
Il-hidma principali dwar dan il-kaz hi din:
20 ta' Ottubru 2000 TLOI resqet l-ilment lill-Medicat Ltd.
21 ta' Dicembru 2000 Medicat tat ragunijiet ghala mhux accessibbli.
3 ta' Frar 2001 Wara diskussjonijiet, il-Medicat informa lit-TLOI li huma qed
jippjanaw li ser jibnu showroom gdida u li sas-sena 2002 ikunu fil-post il-gdid
li jkun accessibbli.
12 ta' Marzu 2001 TLOI talbet lill-Medicat Ltd proposta u timeframe aktar konkreti.
9 ta' Lulju 2001 Il-Medicat applikat ghall-permess u dan hareg mill-Awtorita'
tal-Ippjanar.
c) Michelle Peresso
It-TLOI irceviet ilment li l-bini ta' Michelle Peresso, minkejja li kellu rampa, ma kienx accessibbli ghall-persuni li juzaw siggu tar-roti. Wara diksussjonijiet bejn iz-zewg nahat kien hemm qbil li l-bini ghandu jkollu access adekwat ghall-persuni li juzaw siggu tar-roti. Biss din id-ditta rrifjutat li taghti deadline sa meta jkun lest ix-xoghol. Ghalhekk il-Kummissjoni fethet kawza kontra din id-Ditta. Il-kawza bdiet tinstema' quddiem l-Imhallef J.R. Micallef li ma setax ikompli jisma' din il-kawza minhabba li ghal xi zmien kien l-avukat tal-Kummissjoni. Fil-prezent il-kawza qeghda quddiem l-Imhallef Arrigo biex jisma' l-oggezzjonijiet preliminari li d-Ditta Peresso qed taghmel.
Il-hidma principali dwar dan il-kaz hi din:
17 ta' April 2000 TLOI rceviet l-ilment.
20 ta' April 2000 TLOI resqet l-ilment lid-Ditta Michele Peresso Ltd.
9 ta' Mejju 2000 L-ewwel reazzjoni tad-Ditta Peresso.
1 ta' Gunju 2000 Saret laqgha bejn it-TLOI u d-ditta Peresso. Sar qbil li x-xoghol
jitlesta sa Ottubru 2000.
9 ta' Awissu 2000 TLOI baghtet reminder.
21 ta' Awissu 2000 Id-Ditta Peresso ma taccettax li kien hemm qbil li x-xoghol
kellu jitlesta sa Ottubru 2000.
12 ta' Settembru 2000 Id-Ditta Peresso baghtet il-pjanti tal-perit taghha biex
jigu vvettjati mill-perit tal-KNPD.
18 ta' Settembru 2000 It-TLOI baghtet lid-Ditta Peresso r-rappor li l-perit
taghha ghamel dwar il-pjanti tal-perit tad-Ditta Peresso.
11 ta' Ottubru 2000 TLOI baghtet reminder.
6 ta' Novembru 2000 TLOI baghtet ittra legali biex ikollha twegieba.
17 ta' Novembru 2000 L-avukati tad-Ditta Peresso talbu informazzjoni taht liema
parti tal-Ligi l-KNPD qed tagixxi.
24 ta' Novembru 2000 Twegieba tal-avukat tal-KNPD.
6 ta' Dicembru 2000 It-TLOI tipprezenta protest gudizzjarju fil-Prim'Awla tal-Qorti.
18 ta' Dicembru 2000 Kontro protest mill-avukati tad-Ditta Peresso.
19 ta' Dicembru 2000 KNPD tipproponi li jkun hemm medjatur.
6 ta' Jannar 2001 It-TLOI tibghat remindar dwar il-medjatur.
19 ta' Jannar 2001 Id-Ditta Peresso tibghat pjanti godda.
26 ta' Jannar 2001 It-TLOI titlob lid-ditta Peresso biex japplika ghall-permess
tal-Awtorita tal-Ippjanar immedjatament.
2 ta' Frar 2001 Id-Ditta Peresso ma taccettax li zzomm lit-TLOI infurmata.
8 ta' Frar 2001 TLOI baghtet ittra legali lid-Ditta Peresso biex ikollha twegieba.
7 ta' Marzu 2001 TLOI baghtet ittra legali lid-Ditta Peresso biex immorru arbitragg
kif jitolbu r-regolamenti.
14 ta' Marzu 2001 KNPD fethet kawza fil-Prim'Awla talQorti Civili kontra d-Ditta
Peresso. Il-KNPD taghti konferenza stampa dwar il-kaz.
15 ta' Marzu 2001 Konferenza stampa mid-Ditta Peresso fejn stqarr li kien applika
mal-Awtorita tal-Ippjanar ghall-permess biex jaghmel ix-xoghol mitlub mill-KNPD.
10 ta' Mejju 2001 Il-kaz deher quddiem l-Imhallef J Micallef.
d) Technoline Ltd
It-Taqsima LOI ressqet ilment minhabba li din id-ditta topera minn bini li mhux accessibbli minkejja li tbiegh affarijiet ghall-persuni b'dizabilita. Wara diversi diskussjonijiet, hemm qbil li x-xoghol mehtieg isir fi zmien stipulat u li hemm qbil dwaru bejn iz-zewg nahat.
Il-hidma principali dwar dan il-kaz hi din:
20 ta' Ottubru 2000 TLOI resqet l-ilment lit-Technoline Ltd.
30 ta' Novembru 2000 TLOI talbet li tinghata data ragonevoli meta ser jitlestew
il-modifikazzjonijiet mehtiega.
24 ta' Jannar 2001 Id-Ditta Technoline baghtet il-proposti taghha kif ser isir
dan.
30 ta' Jannar 2001 It-TLOI regghet talbet li tinghata data meta x-xoghol kien
ser ikun lest.
13 ta' Marzu 2001 It-TLOI baghtet ittra legali ghax baqghet bla risposta.
15 ta' Marzu 2001 It-Technoline infurmat lit-TLOI li ser tapplika lill-PA sa
April 2001.
9 ta' April 2001 Il-Perit tat-Technoline talab laqgha.
19 ta' April 2001 It-Technoline baghtu kopja tal-applikazzjoni. Irrizulta li
l-modifici ma kienux skond il-linji gwida tal-KNPD.
25 ta' Mejju 2001 It-TLOI baghtet ittra legali fejn tat zmien ragonevoli biex
ix-xoghol jitlesta.
8 ta' Gunju 2001 It-Technoline infurmaw li kienu ordnaw stair climber u talbu
l-opinjoni tat-TLOI.
11 ta' Gunju 2001 It-TLOI uriet riservi dwar l-istairclimber.
4 ta' Lulju 2001 It-Technoline infurmaw lit-TLOI li kienu ser jinstallaw platform
lift u jaghmlu l-modifici strutturali li kien hemm bzonn minflok.
20 ta' Lulju 2001 It-Technoline applikaw ghall-permess mill-gdid
8 ta' Awissu 2001 Il-perit tal-KNPD fir-rapport tieghu talab pjanti godda
22 ta' Awissu 2001 Technoline ta data ragonevoli meta ser ilesti x-xoghol. It-TOLI
accettat din id-data.
1. Facilitators Assenti
Genituri ta' persuni b'dizabilita resqu ilment li meta l-facilitator j/tkun assenti, l-istudent b'dizabilita jintbaghat id-dar. Il-Kummissjoni ressqet dan l-ilment lid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni fejn intahaq ftehim li d-Divizjoni twaqqaf grupp ta' supply support workers biex jaghmlu dan ix-xoghol meta l-facilitator tkun assenti. Din il-grupp twaqqaf u issa qed jahdem.
Il-hidma principali dwar dan il-kaz hi din:
14 ta' Marzu 2000 TLOI resqet l - ewwel ilment li rceviet lid-Divizjoni.
17 ta' Ottubru 2000 TLOI resqet it - tieni ilment li rceviet lid-Divizjoni.
16 ta' Frar 2001 TLOI resqet it-tielet ilment li rceviet lid-Divizjoni.
19 ta' Frar 2001 TLOI resqet ir-raba' ilment li rceviet lid-Divizjoni.
27 ta' April 2000 TLOI ipprezentat proposti biex tinstab soluzzjoni ragonevoli.
23 ta' Frar 2001 TLOI baghtet reminder.
5 ta' Mejju 2001 TLOI baghtet reminder iehor.
1 ta' Gunju 2001 Il-grupp ta' supply support workers beda jahdem.
2. Facilitators fl-Iskejjel Indipendenti
Genitur ressqet ilment ta' diskriminazzjoni mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni minhabba li dan ma jipprovdiex facilitators lill-istudenti b'dizabilita li jattendu skejjel indipendenti. Il-Kummissjoni ressqet dan il-kaz quddiem il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ghall-kummenti tieghu.
3. Facilitator/Ners ghall-Studenta
Genituri ta' student b'dizabilita li ghandha bzonn facilitator/ners ressqu ilment li d-Divizjoni ma pprovdiex dan is-servizz u ghalhekk din l-istudenta mhix tmur skola. Id-Divizjoni qabel li ghandu jipprovdi dan is-servizz u hadem bla success matul is-sena skolastika kollha 2000-2001 biex jipprovdi dan is-servizz.
Il-hidma principali dwar dan il-kaz hi din:
28 ta Dicembru 2000 It-TLOI resqet l-ilment lid-Divizjoni tal-Edukazzjoni (DE).
24 ta Jannar 2001 It-TLOI giet infurmata li d-DE ddecieda li jimpjega ners u
beda l-proceduri.
19 ta' April 2001 Id-DE baghat kopja tat-talba tieghu lill-Ufficju tal-Prim
Ministru (MPO) u lid-Divizjoni tas-Sahha.
26 ta' April 2001 Id-DE baghat kopja tal-permess tal-MPO.
18 ta' Mejju 2001 It-TLOI baghtet reminder.
21 ta' Gunju 2001 It-TLOI tat sal-1 ta' Settembru 2001 biex tinstab soluzzjoni.
23 ta' Lulju 2001 Id-DE qal li ma jistax jaghti data meta din it-tifla tkun
tista' tibda tmur l-iskola bis-sapport li ghandha bzonn.
14 ta' Settembru 2001 Il-KNPD resqet dan il-kaz quddiem il-Ministeru tal-Edukazzjoni.
Dan ikkonferma li ma jistax jaghti data meta din it-tifla tkun tista' tibda
tmur l-iskola bis-sapport li ghandha bzonn.
1. Awtorita tat-Trasport
Persuna b'dizabilita ressaq ilment kontra l-Awtorita tat-Trasport fejn allega li hu ma nghatax x-xoghol li applika ghalih minhabba d-dizabilita tieghu. Wara diskussjonijiet bejn il-partijiet kollha koncernati, rrizulta li kienet ser tohrog sejha gdida ghal l-istess impjieg. Fil-fatt din il-persuna accetta li terga' tapplika u eventwalment inghata dan l-impjieg.
Il-hidma principali dwar dan il-kaz hi din:
6 ta' Gunju 2000 It-TLOI resqet l-ilment lill-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku
(ATP).
23 ta' Awissu 2000 ATP rreferiet lit-TLOI ghand l-Ufficcju tal-Prim Ministru
(l-MPO).
20 ta' Ottubru 2000 TLOI baghtet ittra legali.
22 ta' Frar 2001 Saret laqgha bejn iz-zewg nahat.
30 ta' Marzu 2001 ATP gharfet lit-TLOI li kienu ser jercghu johorgu applikazzjoni
godda ghal dan il-post.
12 ta' Mejju 2001 ATP gharfet lit-TLOI li l-persuna kkoncernata kienet applkat
u intaghzlet ghal dan il-post.
2. Maltapost
Persuna b'nuqqas ta' smigh mhux sever ressqet ilment li l-Maltapost ma accettatx li timpjegah bhala pustier minhabba li din il-Kumpanija allegat li hu ma jistax jkollu licenzja tas-sewqan ta' mutur. It-Taqsma kkonfermat li din il-persuna hi eligibli ghal din l-licenzja u ser ikomplu bid-diskussjonijiet.
Il-hidma principali dwar dan il-kaz hi din:
16 ta' Lulju 2001 It-TLOI resqet l- ilment lill-Maltapost.
20 ta' Lulju 2001 Il-Maltapost qalet li qed tinvestiga l-ilment.
16 ta' Awissu 2001 Il-Maltapost qalet li l-persuna ma setax ikollha licenzja
tas-sewqan ta' mutur minhabba d-dizabilita taghha.
21 ta' Awissu 2001 TLOI infurnat lill-Maltapost li l-awtoritajiet lokali u l-Gwida
mahruga mill-Unjoni Ewropea jindikaw li din il-persuna hi eligibli biex ikollha
din il-licenzja.
3 ta' Settembru 2001 Maltapost qalet, fost l-ohrajn, li hi ghandha arrangament
mal-ETC biex timpjega persuni b'dizabilita.
3. Ministeru tas-Sahha
Nursing aid b'dizabilita ressaq ilment li hu ma nghatax overtime minhabba d-dizabilita tieghu. Wara investigazzjoni instab, li l-overtime kien hemm bzonnu fis-swali tal-isptar u li din il-persuna, minhabba s-sigurta tieghu u tal-pazjenti, ma setax jahdem fis-swali. Il-kaz inghalaq billi nstab li ma kienx hemm diskriminazzjoni.
Il-hidma principali dwar dan il-kaz hi din:
29 ta' Jannar 2001 TLOI resqet l-ilment lid-Divizjoni tas-Sahha (DS).
27 ta' Frar 2001 Id-DS tat ir-ragunijiet ghala din il-persuna ma kienx qed jinghata
overtime.
1 ta' Marzu 2001 It-TLOI gharrfet lil min ressaq l-ilment li hi kellha bzonn
taghmel rapport mediku indipendenti dwar dan l-ilmnent.
27 ta' Gunju 2001 Il-persuna accetta li jsir dan ir-rapport.
20 ta' Awissu 2001 Ir-rapport mediku indika li minhabba raguni tas-sigurta l-overtime
ma setax jinghata.
1. Public Broadcasting Services
It-Taqsima rciviet ilment kontra PBS li ma kienx hemm ahbarijiet bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija. PBS qablet li, mill-1 ta' Ottubru 2000 tipprovdi dan is-servizz, ghall-ewwel tliet darbiet fil-gimgha b'impenn li ziedhom malli jkun hawn ir-rizorsi umani. Fil-fatt f'Ottubru 2001, dawn l-ahbarijiet ser jigu estizi ghall-5 darbiet fil-gimgha.
2. Parkegg Riservat Hdejn il-Post tax-Xoghol.
a) Ministeru tas-Sahha
Haddiem b'dizabilita talab parkegg riservat fil-parkegg tal-Isptar San Luqa. Id-Divizjoni tas-Sahha laqa' din it-talba.
Il-hidma principali dwar dan il-kaz hi din:
15 ta' Novembru 2000 It-TLOI resqet l- ilment lid-Divizjoni tas-Sahha (DS).
15 ta' Dicembru 2000 It-TLOI baghtet reminder.
30 ta' Jannar 2001 Id-DS qabel li jipprovdi Reserved Parking Bay ghal din il-persuna.
b) Kunsill Lokali, Pieta
Haddiem b'dizabilita talab parkegg riservat barra l-Isptar San Luqa. Wara diskussjonijiiet bejn il-Kunsill Lokali tal-Pieta, il-Bord ghall-Kontroll tat-Traffiku u t-Taqsima LOI, sar qbil li jsir parkegg riservat ghall-persuni b'dizabilita qrib il-post tax-xoghol ta' din il-persuna. Il-Kunsill wera l-opinjoni li dan ghandu jkun wiehed generali biex dan il-parkegg jintuza minn persuni b'dizabilita ohra meta ma jkunx qed jintuza mill-persuna koncernata. Din il-persuna ma accettatx dan l-arrangament u d-diskussjonijiet ghaddhom ghaddejjin.
Il-hidma principali dwar dan il-kaz hi din:
20 ta' Marzu 2001 It-TLOI resqet l-ilment lit-Traffic Control Board (TCB).
29 ta' Marzu 2001 It-TCB talab lill-Ministeru tat-Trasport x'inhi il-policy
f'dan ir-rigward.
25 ta' April 2001 It-TCB u l-Ministeru tat-Trasport qablu li m'ghandux jinghata
reserved parking personali hdejn il-post tax-xoghol.
23 ta' Mejju 2001 It-TLOI ssuggerixxa li l-ilment jmur arbitragg.
21 ta' Gunju 2001 It-TLOI infurmat lill-Ministeru fuq il-kaz.
2 ta' Awissu 2001 It-TLOI kitbet lill- Kunsill Lokali Pieta dwar il-kaz.
9 ta' Awissu 2001 It-TLOI giet infurmat li l-awtoritajiet kienu lesti li jaghtu
Reserved Parking generali qrib l-post tax-xoghol.
25 ta' Awissu 2001 Il-persuna li ghamlet l-ilment ma qablitx ma' dan l-arrangament.
3. Servizz ta' Breakdown-Towing
a) CAA Ltd u MET Ltd
L-Ghaqda tal-Persuni Neqsin mis-Smigh ressqu ilment li l-membri neqsin mis-smigh
taghhom jistghu jaccessaw dan is-servizz ta' emergenza bl-SMS biss. Huma talbu
lil hames kumpaniji biex jibdew jipprovdu dan is-servizz. Il-Kumpanija CAA Ltd
accettat mill-ewwel u ghalhekk din l-Ghaqda rreferit il-kaz tal-4 kumpaniji
l-ohra lill-Kummissjoni minhabba li huma sostnew li dawn qed jiksru l-Ligi Opportunitajiet
Indaqs. It-TLOI ressqet dan l-ilment lil dawn l-erba' kumpaniji b'dawn ir-rizultati
a) il-kumpanija MET Ltd, bhac-CAA Ltd accettaw it-talba tal-Ghaqda
b) il-kumpaniji RMF Ltd u SBT Ltd talbu aktar taghrif u d-diskussjonijiet ghadhom
ghaddejjin.
c) il-kumpanija XTC Ltd ma wiegbet xejn.
L-Informazzjoni hawn migbura hija suggetta ghal-din in-notifika.