Iz-Zghazagh u l-Opportunitajiet Indaqs

Camilleri, Joseph M. (2000): 'Iz-zghazagh u l-opportunitajiet indaqs', diskors fl-okkazjoni ta' Konferenza Nazzjonali fuq iz-Zghazagh bit-tema 'Iz-zghazagh … forza pozittiva ghall-bidla, organizzata mill-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh. Is-Sibt, 4 ta' Marzu, 2000 fil-Lukanda Crowne Plaza, Sliema. MALTA.


Diz-abilità, jew Diz-abilità?

Meta thares lejn il-programm tal-konferenza u tara li s-suggett li ghandi nittratta huwa 'l-opportunitajiet indaqs u z-zghazagh', tista tikonkkludi li hemm kontradizzjoni. F'dan is-sens. Il-maggoranza tas-socjetà thares lejna l-persuni b'dizabilità bhala nies 'anqas ixxurtjati', imsejkna, nies minghajr kapacitajiet, wara kollox, bla ma noqoghdu noghmoduha, il-kelma diz-abilità, ghall-maggoranza hekk tfisser. Dan ghaliex is-socjetà taghna, bhal hafna socjetajiet ohra, ghadha tiggudika lilna l-persuni b'dizabilità fuq il-bazi tan-nuqqasijiet bijologici taghna: nuqqasijiet fizici jew mentali.

Mela jekk ahna wkoll se nharsu lejn il-kelma dizabilità bhala nuqqas funzjonali ta-gisem jew tal-mohh, ahna wkoll nistghu niefqu hawn u ma noqoghdux nitkellmu fuq opportunitajiet indaqs. U dan ghaliex, minghajr xi intervent divin li jfejjaqna lkoll, ahna QATT ma nistghu inkunu indaqs fuq livell ta' bijologija. Dan ifisser li jekk irridu nitkellmu fuq opportunitajiet indaqs u l-persuni b'dizabilità irridu ninqatghu mill-ambjent purament mediku u nharsu lejn id-dizabilità minn lenti differenti: il-lenti socjali.

Illum, il-persuni b'dizabilità ta' madwar id-dinja qed jaghmlu din id-distinzjoni fil-hajja taghhom. Huma jsejjhu l-kundizzjoni bijologika ta' hajjithom bhala 'nuqqas' (fiziku, jew mentali) filwaqt li jsejjhu l-inugwaljanzi socjali li huma jesperjenzaw fil-hajja ta' kuljum bhala 'dizabilità'. Allura, nistghu nghidu li hija:

"... s-socjetà li tikkawza d-dizabilità [...]. Id-dizabilità hija zvantagg zejjed impost fuqna barra minn nuqqasijiet fizici u mentali li digà jezistu. Id-dizabilità tizviluppa meta ahna nkunu izolati bla bzonn u eskluzi minn partecipazzjoni shiha fis-socjetà taghna. Ghalhekk, il-persuni b'dizabilità huma grupp socjali li jsofri minn diskriminazzjoni.

Ahna niddefinixxu 'nuqqas' bhala limitazzjoni, (jew nuqqas komplet) ta' parti mill-gisem, jew mill-mekkanizmu tal-gisem. Ghalina 'd-dizabilità' hija l-izvantagg jew restrizzjoni fuq l-attività ikkawzata minn organizzazzjoni socjali kontemporanja li ma taghtix kas il-bzonnijiet ta' nies li ghandhom nuqqasijiet (fizici, jew mentali) u li b'dan il-mod teskludihom minn partecipazzjoni shiha f'attivitajiet socjali." (UPIAS, 1976: p. 14).

Ha nispjega ftit ahjar. Ezempju ta' organizzazzjonijiet socjali huma: s-sistema ta' l-Edukazzjoni, il-process ta' l-Impjieg, azjendi u kumpaniji privati, is-sistema tal-Ligi u s-sistema Politika, sahansitra l-element socjali tal-hin liberu u divertiment. Dawn kollha flimkien jiddiskriminaw kontra persuni b'dizabilità jekk b'xi mod jeskluduna milli ngawdu kwalità xierqa fil-hajja ta' kuljum. L-effett ta' din l-eskluzjoni huwa wiehed immedjat u profond: ezilju socjali.

Skond l-Età u s-Sess

Età (snin)
Irgiel
Nisa'
Total
10 to 14 178 112 290
15 to 19 209 135 344
20 to 24 163 110 273
25 to 29 157 88 245

Tabella nru. 1


Il-persentaggi li jidhru f'din it-tabella huma kkalkulati minn fuq total ta' 6,340 persuni li huma rregistrati bhala persuni b'dizabilità mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Sahha (l-World Health Organisation) tikkalkula li 10% tal-popolazzjoni ta' pajjiz zviluppat (bhal Malta) ghandha xi forma ta' dizabilità permanenti. B'hekk nistghu naraw li n-numri vera ta' persuni b'dizabilità huma ferm oghla minn dawk li jidhru fit-tabella. Ghalhekk, m'ahniex qed nitkellmu fuq numru negligibbli ta' Maltin u Ghawdxin. Dawn iz-zghazagh kollha, b'xi mod, jew iehor, qed jissieltu ghal kwalità ta' hajja ahjar.
Meta nghidu li z-zghazagh b'dizabilità ta' llum qed jissieltu ghal opportunitajiet indaqs, huma qed jithabtu fuq il-livelli li semmejt hawn fuq. Tajjeb ghalhekk li nharsu lejhom b'daqxejn aktar reqqa.


L-Opportunitajiet indaqs u l-edukazzjoni

Nibdew bl-edukazzjoni, ghaliex l-edukazzjoni hija l-bidu u t-tmiem ta' kwalità tajba fil-hajja taghna. Is-sistema edukattiva fil-gzejjer taghna verament saret aktar konxja tal-bzonnijiet edukattivi ta' tfal u zghazagh b'dizabilità. Nistghu inzidu ma' dan li, grazzi ghall-insistenza tal-genituri, illum sirna aktar lesti ngharfu l-potenzjal qawwi li ghandhom tfal u zghazagh b'dizabilità. Billi m'ghadniex kuntenti li dawn it-tfal jitwarrbu mill-kumplament ta' shabhom u jinghalqu fi skola segregata, biex wara jmorru hajjithom f'xi centru ta' matul il-jum, illum qed ninsistu li l-maggoranza ta' dawn it-tfal ghandhom jigu edukati fil-mainstream, cjoé, ma' tfal minghajr dizabilità.

Biss, filwaqt li ghamilna pass kbir fil-mentalità, ghadna m'ahniex naghmlu sforz bizzejjed biex naghtu r-rizorsi li hemm bzonn biex l-edukazzjoni ta' dawn it-tfal u zghazagh b'dizabilità tkun success. Billi npoggu tifel, jew tifla, b'dizabilità fi klassi ma' tfal minghajr dizabilità ma jfissirx li l-individwu qed jitghallem, jew li qed jigi accettat minn shabu. Il-process ta' inkluzjoni huwa wiehed twil, kumpless u jehtieg appogg shih b'rizorsi finanzjarji, umani u teknici adattati. S'issa ghadna l-boghod minn dan. Kif ghadna l-boghod milli l-iskejjel kollha ta' l-istat, tal-knisja u privati, jkunu fizikament accessibbli ghal kulhadd.

Fl-ahhar ghandna l-kurrikulu u s-sistema ta' l-edukazzjoni shiha. Biex it-tfal u zghazagh b'dizabilità jkollhom opportunitajiet indaqs fil-kamp edukattiv, jehtieg ukoll li l-ewwelnett il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali l-gdid ikun verament accessibbli ghal tfal u zghazagh b'kapacitajiet differenti u li jitghallmu b'pass differenti. Jekk il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali se jkun wiehed li jagevola biss lil min hu l-aktar kapaci u min digà ghandu l-ahjar rizorsi, allura aktar zghazagh b'dizabilità se jibqghu barra.

It-tieni nett is-sistema edukattiva taghna hija wahda li mill-ewwel twahhal it-tikketti, ghaliex, nghiduha kif inhi, l-istreaming hekk jaghmel: min hu ma' l-istilel u min mal-gdur! L-akbar ghadu ta' l-inkluzjoni fis-sistema edukattiva huwa l-istreaming. Biss dan ma jfissirx li rridu naqbdu u nhottu dak li bnejna u b'hekk inwettqu revoluzzjoni. Le. Imma jrid ikollna l-kuragg li nimxu skond it-triq it-tajba. Jekk verament ghandna vizjoni ta' pajjiz inklussiv --- pajjiz fejn kulhadd ghandu sehem u hadd ma jibqa' barra, irridu niehdu l-passi mehtiega biex naslu ghal din it-triq. Bil-hsieb u b'pass meqjus --- izda mhux bil-lajma --- irridu nibdew nizviluppaw sistema edukattiva aktar gusta u li verament toffri opportunitajiet indaqs ghal kulhadd.


L-Opportunitajiet indaqs u l-impjieg

Aktar u aktar tfal u zghazagh b'dizabilità, u l-genituri taghhom, qeghdin jaghzlu li jfittxu impjieg wara li jispiccaw l-iskola. Tletin sena ilu, s-socjetà taghna lanqas kienet tohlom li persuna b'dizabilità severa kienet tista', jew trid, tahdem. Tant kienu baxxi l-aspetattivi li kellha s-socjetà taghna ghall-persuni b'dizabilità li kienet kuntenta taccetta li ahna nibqghu nigbdu pensjoni ghall-hajjitna, imma mhux li nigu mharrga biex insibu impjieg siewi. Biss iz-zghazagh b'dizabilità ta' llum m'humiex kuntenti b'dan.

Iz-zghazagh b'dizabilità ta' llum iridu, anzi, jesigu li jahdmu. Dan ghaliex huma jgharfu li minghajr indipendenza finanzjarja, qatt ma jista' jkollhom ghazliet f'hajjithom, u b'hekk qatt ma jistghu verament ikunu indipendenti. Imma anki hawn hekk insibu policies u prattika li tiddiskrimina kontra li zghazagh b'dizabilità jsibu impjieg. Sfortunatament, minn jimpjega ghadu jibza' jaghti x-xoghol lil zghazagh b'dizabilità. Ghad hawn wisq zghazagh b'dizabilità li hekk kif japplikaw ghal job u jghidu li ghandhom dizabilità jigu mwarrba immedjatament u minghajr l-ebda raguni valida. Naturalment, daqqa ta' harta bhal din meta tkun ghadek fiz-zghozija tfarraklek il-fiducja fik innifsek u twaqqalek il-morale sa' l-qiegh nett!

Fil-konfront ta' l-impjieg irridu naraw sforz aktar pro-attiv u assertiv minn naha tal-Korporazzjoni tat-Tahrig u l-Impjiegi, l-ETC. Tajjeb li nippruvaw nipperswadu lil min ihaddem biex jaccetta zghazagh b'dizabilità bhala impjegati, imma bil-kelma t-tajba biss m'ahniex qed naslu bizzejjed. Jekk hemm bzonn, ghandna nesigu b'aktar insistenza li s-sistema tal-kwota li tissemma fil-ligi ta' l-1969 dwar l-impjieg ta' persuni b'dizabilità tigi nfurzata. B'hekk kull kumpanija u azjenda li timpjega aktar minn 20 haddiem trid timpjega maghha 2% li jkollhom xi forma ta' dizabilità permanenti. U ahna nemmnu li dan jista' jsir minghajr ma tieqaf il-produzzjoni, minghajr ma jonqsu l-profitti u minghajr ma tfalli il-kumpanija!

L-ambjent tax-xoghol ukoll irid ikun wiehed li jirrifletti l-opportunitajiet indaqs. Minbarra li kull post tax-xoghol, biz-zmien, ghandu jkun fizikament accessibbli, irridu wkoll indahhlu aktar ugwaljanzi f'dak li hu access ghall-mezzi ta' komunikazzjoni, ghall-mezzi ta' informazzjoni kif ukoll fil-kundizzjonijiet tax-xoghol. Biex zghazagh b'dizabilità verament igawdu minn opportunitajiet indaqs fil-qasam tax-xoghol irridu naraw jidhol il-flexitime, il-job sharing u t-teleworking. Kollha kuncetti li smajna bihom, pero' hawn Malta ghadna ma bdejniex inwettquhom.

Ejja niftakru li jekk incahhdu liz-zghazagh b'dizabilità minn impjieg siewi, qed nikkundannawhom ghal hajja ta' dipendenza assoluta. Qed incahhduhom mill-futur li jixirqilhom: futur indipendenti, futur fejn ic-cavetta ta' l-ghazliet hija f'idejhom, u mhux f'idejn haddiehor.


L-Opportunitajiet indaqs u l-hin liberu

Zghazagh b'dizabilità bl-ebda mod m'huma differenti minn zghazagh minghajr dizabilità. Minbarra n-nuqqas fiziku, jew mentali, dawn iz-zghazagh ghandhom l-istess holm, l-istess xewqat, l-istess interessi. Wara l-istudju, jew gimgha ta' xoghol, zghazagh b'dizabilità jkunu jridu jiddevertu ma' shabhom. Ifittxu postijiet tad-divertiment, bhal discos, cinemas, hwienet, restaurents, clubs, ecc. Ohrajn jinteressaw ruhhom fl-isport u jiehdu pjacir jattendu xi partita, jew jippartecipaw f'xi attività. Hemm ohrajn li jidhlu membri f'xi ghaqda. Fl-aspettattivi u x-xewqat mela huma kollha kemm huma bhal shabhom.

Huma differenti biss meta jigu biex iwettqu dawn l-aspettattivi u xewqat. Ghaliex anki hawn hekk isibu ostakli kbar, ostakli msejsa minn socjetà li ghadha twarrab lil min jitqies bhala differenti, jew mhux 'normali'. Hafna mill-postijiet tad-divertiment m'humiex fizakment accessibbli. U m'ahniex qed nghidu ghal postijiet li nbnew hafna snin ilu. Qed nitkellmu fuq discos u cinemas li nbnew f'dawn l-ahhar hames snin, meta, suppost, kienet tezisti kuxjenza dwar il-persuni b'dizabilità! Bhal li kieku, zghazagh b'dizabilità m'ghandhomx dritt jiddevertu ma' shabhom, bhal li kieku zghazagh b'dizabilità huma xi speci ta' barra min hawn li mhux posthom mal-kumplament taz-zghazagh Maltin. L-opportunitajiet indaqs f'dan il-qasam jezistu fuq livell ta' principju, izda mhux fuq livell prattiku, ghalhekk zghazagh b'dizabilità jsibu l-ghazliet taghhom imnaqqra, kif inhi mnaqqra l-kwalità ta' hajja taghhom.


L-Opportunitajiet indaqs u s-servizzi essenzjali

Fil-hajja, kollox katina. U l-katina li tghaqqad l-oqsma differenti ta' hajjitna hija l-katina tas-servizzi. Wara li nistudjaw, irridu nsibu l-impjieg, malli nsibu x-xoghol jkollna bzonn is-servizzi ta' trasport, tal-banek, tal-hwienet tan-negozju, ta' l-industriji tal-bini u tal-manifattura. Dan ghaliex ma tistax tiekol il-flus tal-karti, ma tistax tibni dar bil-muniti. Trid, b'xi mod, tittrasforma l-flus li ghandek fil-but f'prodotti u servizzi li jtejjbulek il-kwalità ta' hajtek.

Ghalhekk huwa krucjali li s-servizzi u prodotti f'pajjizna jkunu msejsa b'tali mod li jaqdu l-bzonnijiet ta' l-akbar maggoranza ta' nies possibli. Imma, dawn is-servizzi u prodotti jaqdu l-bzonnijiet ta' zghazagh b'dizabilità?

· Zghazagh b'nuqqas ta' smigh qeghdin isibu servizz tat-text telefon f'postijiet centrali, bhal l-arjuport, bhal f'Paceville; qeghdin jiehdu servizz tajjeb minn fuq il-mezzi tax-xandir, partikolarment it-televizjoni?

· Zghazagh ghomja jistghu johorgu barra minghajr periklu, jistghu jinqdew fil-Bank wehedhom, jistghu juzaw ATM wahedhom biex jigbdu flushom , jistghu juzaw il-flus tal-karti minghajr diffikultà, jistghu jivvutaw b'mod konfidenzjali, kif jixtiequ huma stess?

· Zghazagh b'nuqqas mentali jistghu ikunu zguri li se jsibu ghajnuna u sapport meta jkollhom bzonnhom, jistghu isibu informazzjoni li tinghata b'mod semplici, jistghu johorgu wahedhom minghajr ma jsibu min jiddiehak bihom u jfixkilhom?

· Zghazagh b'nuqqas ta' mobilità jistghu jirkbu karozza tal-linja wahedhom, jistghu juzaw ATM wahedhom biex jigbdu flushom, jistghu jmorru jinqdew f'kwalunkwé ministeru, jew dipartiment tal-Gvern minghajr ma jkollhom jitolbu l-ghajnuna, jistghu johorgu mal-hbieb u jkunu zguri li se jsibu imqar toilet wahda accessibbli fl-inhawi?

Kif stajtu tobsru, r-risposta ghal dawn id-domandi kollha hi: LE. Ghan-nies b'dizabilità: tfal, zghazagh, adulti u anzjani, l-ambjent socjali ta' pajjizna ghadu qisu gungla selvagga. Ghadna nghixu f'ambjent li hu ostili wisq biex il-persuni b'dizabilità Maltin u Ghawdxin jhossuhom ugwali ghal shabhom bla dizabilità. X'nistghu naghmlu biex intejjbu s-sitwazzjoni prezenti?


L-Opportunitajiet indaqs u l-ligi

Ahna nemmnu li jehtieg nipprovdu servizzi individwalizzati u opportunitajiet indaqs f'oqsma essenzjali, bhal m'huma l-edukazzjoni u l-impjiegi, dan sabiex iz-zghazagh b'dizabilità jkunu jistghu jizviluppaw ruhhom sal-massimu possibbli. Biss, barra milli nizviluppaw il-potenzjali ta' l-individwu b'dizabilità, irridu wkoll nahdmu fuq il-livell tas-socjetà. Jekk ma nibdlux is-socjetà, l-ebda avvanz m'hu ser ikun profond, jew dejjiemi.

Biex nibdlu s-socjetà mill-eghruq, irridu nahdmu fuq zewg binarji: irridu nedukaw, u rridu nillegislaw. Irridu nkomplu bl-isforzi taghna biex inqajjmu kuxjenza fil-poplu Malti u Ghawdxi dwar oqsma li huma importanti fil-hajja ta' persuni b'dizabilità. Irridu wkoll nissensibilizaw lis-socjetà taghna dwar il-PERSUNA. Irridu nifhmu l-importanza li niffukaw fuq il-persuna, qabel ma niffissaw fuq id-dizabilità.

Dan naghmluh mhux biss billi nitkellmu fil-pubbliku, imma naghmluh ukoll billi nkunu vizibbli, billi nippartecipaw f'kull attività u f'kull livell, kemm dak lokali, u kemm dak internazzjonali. Hawn hekk intom iz-zghazagh ghandkom sehem importanti x'taghtu. Li kieku kull wiehed u wahda minnkom kellkom tassiguraw li persuna b'dizabilità tkun inkluza b'mod rejali f'kull attività li intom tippartecipaw fiha, allura ftit ikunu dawk iz-zghazagh b'dizabilità li jispiccaw wahedhom wara l-hin ta' l-iskola --- hekk li jispiccaw f'dezert ta' izolament fil-weekends, jew waqt il-vakanzi.

Imma, nedukaw kemm nedukaw, dejjem se jibqa' minoranza zghira imma qawwija ta' nies li jibqghu jiddiskriminaw kontrina. Dan jigri f'kull pajjiz u lil kull minorità. Dawn in-nies ma jifhmux bil-kelma t-tajba. Huma qatt ma jaghmlu l-hanut taghhom accessibbli, qatt m'huma se jimpjegaw persuna b'dizabilità, dejjem se jkasbru lil min hu aktar dghajjef minnhom. Ghal dawn hemm rimedja wahda biss: is-sahha tal-ligi.

Kien ghalhekk li bhala minoranza, l-persuni b'dizabilità Maltin u Ghawdxin hassejna l-bzonn li jkollna ligi li tiggarantixxi d-drittijiet civili taghna. Hekk hu li l-Ligi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Dizabilità) ma taghtina l-ebda privileggi, ma tgholliniex aktar minn haddiehor, imma sservi bhala tarka biex tipprotegina milli nigu mkasbra minn min hu b'sahhtu u bla qalb.

Fl-opinjoni tieghi, il-Ligi Opportunitajiet Indaqs hija l-isbah wirt li ahna, l-generazzjoni 'anzjana' ta' Maltin b'dizabilità, stajna nhallu lil shabna Maltin zghazagh b'dizabilità. Fejn ahna ghixna l-maggoranza ta' hajjitna bhala nies invizibbli u bla vuci, tallaba li niddependu fuq il-karità u l-buona volontà tal-kumplament tas-socjetà taghna, iz-zghazagh b'dizabilità ta' llum ghandhom l-ghodda essenzjali biex jghidu: Jien u int INDAQS. Jien ghandi DRITT naghmel l-ghazliet li nixtieq jien, nghix hajti kif nixtieq jien, nghix fil-qalba tal-komunità, mhux imwarrab il-boghod minn kulhadd, nghix b'dinjità u nghix bis-sapport kollu li ghandi bzonn. Inti tista' tkun habib, jew habiba tieghi, niehu pjacir jekk toffrili l-ghajnuna, imma m'inix se nhallik tikkontrollani.


Konkluzjoni

Fir-rejaltà ghadna l-boghod milli nilhqu dan l-idejal, biss nistghu nghidu li, bhala socjetà, wasalna daqxejn aktar qrib id-destinazzjoni mixtieqa. Qabel ma naghlaq irrid nemfasizza li wehedna, l-persuni b'dizabilità, flimkien mal-qraba u l-hbieb taghna m'ahniex se naslu. L-isforzi biex nibnu socjetà aktar gusta w inklussiva jridu jigu minna lkoll, b'hekk biss se naslu. Ghandna bzonn l-ghajnuna taghkom iz-zghazagh.

L-ewwelnett, intom, zghazagh minghajr dizabilità, tridu thossu sens ta' solidarjetà ma' shabkom li ghandhom dizabilità. Tintilfux f'dinja ckejkna ta' interessi personali, bla ma jimpurtakom mis-socjetà madwarkom. Hudu interess fil-mod kif qed jitmexxa l-pajjiz, fil-mod kif qed jinghataw is-servizzi, fil-mod kif qed jigi zviluppat l-ambjent mibni u dak naturali. Araw li ssemmghu lehinkom meta jigu biex jittiehdu decizjonijiet importanti. Imma araw ukoll li meta titkellmu tkunu qed twasslu l-istampa kollha, li tkun qed tinkludu l-ilwien kollha ta' abilitajiet u dizabilitajiet li huma parti mill-hajja ta' kull zghazugh u zghazugha. Oqghodu attenti li l-fora taz-zghazagh ikunu jinkludu anki l-minoritajiet, u mhux li dawn il-fora jigu ddominati biss mill-aktar gruppi b'sahhithom, gruppi li jmexxu skond l-interessi personali.

Iz-zghazagh b'dizabilità qed jghamlu hilithom biex itejjbu mhux biss il-kwalità tal-hajja taghhom stess, imma biex jibdlu l-istrutturi tas-socjetà biex b'hekk inkunu nistghu nghixu f'kommunità aktar toleranti u wahda li ma teskludi l-hadd. INT li m'ghandekx dizabilità x'qed taghmel biex nilhqu din il-vizjoni? Qieghed taghti sehemek biex turi li z-zghazagh huma verament 'forza pozittiva ghall-bidla"?

_________________________________________________


BIBLIOGRAPHY

Bezzina, F. (ed.) (1993): Special Education in Malta: National Policy, Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità, Malta.

Bezzina, F. (ed.) (1995): Persons with Disability and Employment: A National Policy, Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità, Malta.

Department of Information (2000): Equal Opportunities (Persons with Disability) Act, Department of Information, Malta.

Union of the Physically Impaired Against Segregation and The Disability Alliance (1976): Fundamental Principles of Disability. London. Union of the Physically Impaired Against Segregation.

United Nations (1993): The Standard Rules on Equalisation of Opportunities for Persons with Disabilities (A/RES/48/96), United Nations Resolution adopted by the General Assembly at its 48th session on 20 December 1993).

World Conference on Special Needs Education (1994): The Salamanca Statement and Framework for Action on Special Needs Education, (World Conference on Special Needs Education: Access and Quality, Salamanca, Spain, 7-10 June, 1994).

_________________________________________________


Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità
Survey Nazzjonali dwar id-Dizabilità 1999

Skond l-Età u s-Sess

Età (snin)
Irgiel
Nisa'
Total
%
10 to 14 178 112 290 4.57
15 to 19 209 135 344 5.43
20 to 24 163 110 273 4.31
25 to 29 157 88 245 3.86

Il-persentaggi li jidhru b'din it-tabella huma kkalkulati minn fuq total ta' 6,340 perssuni li huma rregistrati bhala persuni b'dizabilità mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità.

previous page