TOROQ GODDA: Impjieg Protett:
Kooperattivi, Sheltered Workshops, Centri ta' Matul il-JumCamilleri, Joseph M (1996): ' TOROQ GODDA: Imjieg Protett: Kooperattivi, Sheltered Workshops, Centri ta' Matul il-Jum'. Diskors waqt Konferenza Nazzjonali: 'L-Impjieg u l-Persuni b'Dizabilità' organizzata mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità. Is-Sibt, 13 ta' Mejju 1995. Lukanda Dolmen, Qawra.
Introduzzjoni
"Bla dubju ta' xejn, wiehed mill-oqsma principali li jirrigwarda l-persuni b'dizabilità, l-familji taghhom u dawk li jghinuhom hu l-qasam tal-impjieg. Mhix ezagerazzjoni jekk nghidu li l-impjieg hu cavetta principali li l-maggoranza tal-persuni b' dizabilità jrid ikollhom biex jiksbu l-indipendenza u l-aqwa kwalità ta' hajja possibli." (L-Impieg u l- Persuni b'Dizabilità: Policy Nazzjonali, Sta Venera, 1995, p1)
Id-dokument ta' politika nazzjonali dwar l-Imjieg u l-Persuni b'Dizabilità jibda billi jenfasizza li l-impjieg hu aktar minn semplici attività biex wiehed jigbed il-paga u jkollu biex jghix. Fl-introduzzjoni tieghu ghad-dokument Dr Gonzi jaccenna fuq il-punt li 'l-impjieg hu cavetta principali' li biha persuna b'dizabilità tista' tiftah il-bieb ghal possibiltà ta' kwalità ta' hajja ahjar. L-ghan ahhari ta' kull persuna b'dizabilità hu li jghix hajja kemm jista' jkun indipendenti --- fi sens li tkun hajja fejn hemm rispett ghad-dinjità ta' l-individwu. (Diagram 1)
Biex il-potenzjal tal-persuna b'dizabilità tilhaq l-oghla kwalità jenhtieg li l-hajja taghna tkun mibnija fuq struttura soda, li flimkien ma pedament maghmul minn opportunitajiet indaqs u stima lejk innifsek, insibu sitt kolonni separati, imma, fl-istess hin, relatati. Dawn huma:
· attitudini pozittiva lejn persuni b'dizabilità;
· accessibilità fejn jidhlu bini, servizzi u informazzjoni;
· edukazzjoni mhux f-ambjent segregat ghal hin twil;
· tahrig adattat (skond ix-xoghol u l-abbiltà;
· impjieg siewi (xoghol marbut ma' hlas u status ragonevoli);
· indipendenza ekonomika (li taghmila possibli li persuna b'dizabilità tghollu l-kwalità tal-hajja taghha).
Ma' dawn irridu nzidu d-dritt ghall-assessment komprensiv sabiex jigu iddentifikati l-bzonnijiet specjali ta' l-individwu u sabiex dawn il-bzonnijiet jitpoggew fil-perspettiva korretta. B'hekk il-potenzjal personali tal-persuna b'dizabilità, jkun jista' jigi idendifikat u milhuq.' (L-Impjieg u l-Persuni b'Dizabilità: Policy Nazzjonali, Sta Venera, 1995). Dan it-tip ta' assessment, ikompli d-dokument,
· ghandu jibda malli tigi mgharufa d-dizabilità u ghandu jigi rrevedut minn zmien ghal zmien.
· ghandu jsir minn tim multi-dixxplinarju li jinkludi l-genituri u fejn hu possibbli l-individwu nnifsu.
· ghandu jinkludi rikmandazzjonijiet ghal ghajnuniet specjali u modifikazzjonijiet necessarji sabiex l-individwu jkun jista' jsib xoghol addattat ghall-kapacitajiet u l-potenzjal tieghu.
Ir-rwol tal-edukazzjoni fil-hajja ta' kull persuna b'dizabilità hi krucjali biex din tohrog il-massimu mill-individwu billi tighnu jizviluppa l-ghodda mehtiega biex dan ikun jista' jevolvi stima lejh iniffsu u jiksteb l-istima tas-socjetà in generali. Id-Dokument ta' Konsultazzjoni dwar l-Edukazzjoni jibda billi jemfasizza li rijorganizzazzjoni fis-sistema edukattiva tri trid tiffoka principalment fuq l-'outcomes'. L-istess dokument jispjega dawn l-'outcomes' hekk: 'li l-istudenti jitghallmu b'sucess u b'mod effettiv dak kollu li huma ntitolati ghalieh.' (Wain, et al., 1995: p.5). Dwar dan, nahseb li 'outcome' centrali ghal l-istudenti kollha, inkluzi dawk b'dizabilità, hu li l-edukazzjoni trawwem fihom il-hajra u l-hegga ghax-xoghol. (Camilleri, 1994). Ghalhekk nefasizza li it-tahrig vokazzjonali, li bhala principju dejjem ghandu jinbeda kmieni kemm jista jkun wara li tkun saret id-dijanozi, ghandu jkun parti integrali mill-kurrikulum ta' studenti b'dizabilità.
L-istess tahrig vokazzjonali ghandu jitkompla fic-Centri ta' Matul il-Jum, fix-Sheltered Workshops, jew mill-ETC. Persuni b'dizabilità li, ghal xi raguni jew ohra, jkollhom bzonn jibdlu x-xoghol taghhom ghandhom ukoll ikollhom id-dritt ghat-tahrig addattat.
Waqt li jkunu qed jigu pprovduti dawn is-servizzi ghandu dejjem ikun imhaddan il-principju ta' impjieg f'ambjent miftuh. Fl-istess hin wiehed irid izomm f'mohhu l-potenzjal massimu li jista' jilhaq kull individwu u ghalhekk is-sistema trid tkun wahda flessibbli li tippermetti li persuna, b'tahrig adattat u b'monitoring kontinwu, tkun tista' tghaddi minn fazi ghall-ohra u minn tip ta' servizz ghall-iehor.
Meta jkun sar l-assessment u jigi identifikat il-potenzjal tal-individwu, iridu jittiehdu decjizjonijiet importanti fid-dawl ta' diversi kriterji. Dawn il-kriterji ghandhom jokkonsidraw, fost ohrajn:
· it-tip u l-gravità tad-dizabilità tal-bniedem;
· l-intelligenza u l-livell ta' edukazzjoni tal-persuna; kif ukoll
· l-attitudini tal-individwu.
Wara dan jistghu jigru wahda minn tlett affarijiet:
· jista jigi deciz li l-persuna mill-ewwel tibda tinghata tahrig ghax-xoghol f'ambjent miftuh;
· jista jigi deciz li l-persuna b'tahrig u b'support tkun tista ssib impjieg siewi f'ambjent miftuh; jew
· jista jinstab li jkun ahjar ghal din il-persuni jekk jinstabilha impjieg f'ambjent protett, però dejjem bil-possibilità li din il-persuna 'tiggradwa' ghal xoghol f'ambjent miftuh.
Struttura gdida
L-effetti tal-ewwel possibiltà u l-mizuri li ghandhom jittiehdu digà gew diskusssi fid-dettal mill-kelliema ta' qabli. It-tieni u tielet possibiltajiet huma aktar komplikati. Il-persuni f'dawn il-kategoriji ghandhom potenzjal, pero' irid isir investiment qawwi ta' tahrig u sforz sostanzjali biex ix-xoghol li jistab ikun wiehed li jippermetti certu ammont ta' support tul perjodu ta' zmien. F'dawn il-kazijiet, huwa necessarju li l-assessment unit ikun jista jirreferi dawn l-individwi lil centri li jkunu specifikament intizi biex jaghtu dan it-tip ta' tahrig specjalizzat.
Il-Kummissjoni temmen li f'kazijiet bhal dawn l-Istat ghandu joffri tlett servizzi importanti:
· Sheltered Workshops
· Kooperattivi;
· Centri ta' Matul il-Jum. (ara diagram 2).
It-tlett soluzzjonijiet ghandhom jixtiehbu fil-fatt illi joffru ambjent ta' xoghol u/ jew attività b'livelli differenti ta' 'support' u li jkun adattat ghall-bzonnijiet tal-indvidwu, perà b'differenzi minn wiehed ghall-iehor.
Biex dan l-ghan jintahaq, hemm bzonn illi dawn l-agenzjiji jokkordinaw il-hidma taghhom mal-Korporazzjoni tal-Impjieg u Tahrig (maghrufa bhala l-ETC) fis-sens illi t-tahrig li jinghata ghandu jigi identifikat b'konsultazzjoni mill-vicin hafna mal-ETC stess. Barra minn dan, ghandhom ikunu n-nies ta' l-ETC li jezaminaw il-progress li jkun qieghed isir mill-individwi u li jiddeciedu jekk ikunx wasal iz-zmien li l-individwu jiccaqlaq mill-agenzjija biex jitpogga fuq impjieg f'ambjent miftuh. Jista jigri li individwu jistab li falla fit-tahrig tieghu ghal ragunijiet relatati mad-dizabilità tieghu u allura l-'assessment' ikollu jigi revedut u konsegwentament l-individwu jintbghat f'wahda mill-agenziji l-ohra. (ara diagram 3).
Jekk wiehed izomm quddiem ghajnejh il-proposti li qieghdin isiru fid-dokument dwar L-Impjieg u l-Persuni b'Dizabilità u fl-istruttura proposta hawn fuq, specjalment:
· il-funzjoni allokata ghall-kooperattivi
· ir-rwol gdid li hu propost ghax-'sheltered workshops', kif ukoll
· l-involviment qawwi li ghandu jkun hemm minn naha tal-ETC,
tohrog naturali l-proposta illi l-kooperattivi jsibu l-post naturali taghhom fi hdan il-Ministeru risponsabbli ghar-rizorsi umani. Mill-banda l-ohra c-Centri ta' Matul il-Jum isibu l-post naturali taghhom fi hdan il-Ministeru risponsabbli mill-Izvilupp Socjali.
Il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza dawn il-punti:
· ix-'sheltered workshops' m'ghandhomx ikunu estenzjoni tal-iskejjel, izda ghandhom ikunu responsabbiltà tal-ETC;
· l-assessment fil-bidu ghandu jevita t-tentazzjoni li jaghzel it-triq il-facli billi jaghmel assessment hafif u jaqta fil-qasir billi jirreferi l-kazijiet lic-Centri ta' Matul il-Jum, jew lix-'sheltered workshops'.
Pass iehor li jrid jittiehed huwa li jigi stabbilit min minn dawk li qieghdin jattendu llum fic-Centri ta' Tahrig ghall-Adulti, jista jigi trasferit ghal strutturi ohra, kif digà gie spjegat qabel. Dan ifisser illi jista jinstab min ikun jista jintegra ruhhu f'ambjent aktar miftuh bhal ma toffri l-kooperattiva. Digà rajna kif numru minn dawk li qieghdin jattendu ibbenefikaw mis-servizzi offruti mill-Eden Foundation billi l-ETC xtrat dawn is-servizzi minghand l-Eden. Mill-banda l-ohra, jistghu jinstabu numru ta' persuni li llumm qieghdin jattendu fic-Centri ta' Tahrig ghall-Adulti u li ghal perjodu mhux maghruf ser jibqghu jibbenefikaw milli jahdmu f'ambjent protett.
Sheltered Workshops
L-ewwel u qabel kollox l-ghan principali ta' kull sheltered workshop ghandu jkun li jipprepara l-persuna ghal xoghol siewi f'ambjent miftuh. (Helioscope, Winter 1994, No. 2, p. 6).
Dwar ix-''sheltered workshops'' il-Kummissjoni waslet ghal konkluzjoni li dawn ghandhom ikunu taht ir-risponsabbilità amministrattiva tal-Ministeru responsabbli mir-Rizorsi Umani. Ir-raguni principali hi li din il-parti tal-istruttura trid tkun inkwadrata f'qafas li jaghti aktar enfasi lejn ix-xoghol, anké jekk dan ix-xoghol ikun 'sheltered', jew f'ambjent protett u kontrollat. Dan ma jfissirx illi ma ghandux ikun hemm input qawwi minn naha tal-Ministeru tal-Izvilupp Socjali u partikolarment minn naha tad-Dipartiment ghal-Bzonnijiet Specjali. Wahda mir-ragunijiet ewwlenin ghaliex huwa mportanti li l-workshops jitpoggew taht l-istess Ministeru responsabbli ghax-xoghol f'pajjizna hu li dan jaghti messagg car illi x-xoghol m' huwiex xi 'beneficcju socjali', imma huwa dritt tal-individwu.
Il-kuncett ta' 'sheltered workshops' ghandu jinzamm wiesgha ghall-ahhar, u dan ghaliex il-klijenti ta' dan it-tip ta' servizz ser ikollhom kapacitajiet u bzonnijiet specjali. B'hekk waqt li m'hemmx dubbju li numru ta' dawn il-'workshops' ser jiffukaw fuq persuni b'dizabilità mentali, ohrajn ghandhom jipprovdu servizzi ghal persuni b'dizabilità fizika severa. Fil-kaz ta' persuni li ghandhom din it-tip ta' dizabilità fizika ghandna dejjem ikollna l-ghan ewwlieni li dawn jitharrgu biex isibu xoghol f'ambjent miftuh. Però jista' jkun li minhabba n-natura ta' dizabilità taghhom huma jibbenefikaw (forsi ghal perjodu limitat) minn xoghol produttiv f'ambjent protett. Dan anki biex inizjalment jizviluppaw aktar il-kapacitajiet taghhom kif ukoll jizviluppaw kunfidenza fihom innfushom.
Il-Kummissjoni tixtieq tigbed l-attenzjoni ghall-kategorija ta' persuni b'dizabilità li huma taparsi impjegati. Qed nirreferu ghal dawk il-persuni suppost impjegati imma li jinstabu mitluqin f'dipartimenti tal-Gvern ma jaghmlu xejn. Dan huwa l-impjieg b'karità --- zball li ghandu jigi rrangat. Ghalhekk l-istess ezercizzzju li ssemma ghandu jsir ghari-rigward ta' dawk il-persuni li huma digà mpjegati f'dipartimenti tal-Gvern jew f'xi Centrii, imma li l-potenzjal taghhom ma huwiex jigi utilizzat ghaliex ma gew moghtija ebda xoghol utili u produttiv.
Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, ix-'sheltered workshops' ghandhom jiffunzjonaw bhala centri li jokkupaw lill-klijenti li jattendu, f'xoghol li jkun addattat, interessanti u ta' beneficcju ghal-individwu. Id-differenza bejn il-kooperattivi u dawn il-workshops tkun fl-ghazla tal-kwalità u tip ta' xoghol, kif ukoll fil-metodi li jintuzaw fit-tmexxija taghhom.
Ghalhekk, l-ewwel pass li ghandu jittiehed huwa li jigi stabbilit b'mod car u professjonali x'inhuma l-attivitajiet li idejalment ghandhom ikunu parti mill-programm offrut min dawn il-workshops. Dan l-ezercizzju ghandu jinkludi l-kontribut ta' terapisti okkupazzjonali, kif ukoll rapprezentanti mill-ETC, mic-Centri ta' Matul il-Jum u mill-Eden Foundation. Peress illi huwa mahsub li dan l-ezercizzju ghandu jibqa jsir, jigi rivedut u aggornat wara certu perjodu ta' zmien, ikun tajjeb li jitwaqqaf grupp li jkun specifikament inkarigat b'din il-funzjoni. B'hekk ikunu jistghu jigu nvoluti organizzazzjoniet u assocjazzjonijiet ohra li zgur ghandhom kontribut x'jaghtu f'dan il-qasam.
Fl-istess waqt, qabel ma jigi stabbilit 'sheltered workshop', huwa essenzjali li jsir studji preliminarji ('feasibility studies') biex jigu stabbiliti t-tip u n-natura tal-attività ekonomika li tkun se ssir. Fl-istess waqt irid jigi stabbilit in-numru ta' persuni b'dizabilità li jkun lesti biex jidhlu jahdmu fl-entrapriza. Rizorsi umani fuq il-livelli ta' tmexxija u staff tekniku ta' support ghandhom jigu identifikati minn quddiem. (International Labour Office, Geneva, 2nd impression 1981, para. h.35)
Jista jkun illi kull workshop joffri varjetà shiha ta' attivitajiet skond il-bzonnijiet indvidwali. Dan ifisser illi ser ikun hemm bzonn investiment sostanzjali kemm f'makkinarju adattat kif ukoll f'supervisors kwalifikati biex jezercitaw din il-funzjonii. Il-filosofija tal-workshop ghandha dejjem tkun pozittiva, fis-sens illi l-hsieb ikun dejjem li l-individwu jigi mharreg f'qasam ta' xoghol li bil mod il-mod jista joffrilu pssibilitajiet ghal futur.
Jehtieg li tinghata attenzjoni ghall-kwalità ta' tahrig, impjieg u hlas li jinghata lill-persuni b'dizabilità li jkunu qed jahdmu f'dawn il-workshops. Hemm bzonn varjetà kemm f'dak li hu tahrig u kemm dak ta' opportunitajiet ghall-impjieg. Dan jinkludi, per ezempju, access ghat-teknologija tal-informatika fejn din tista' tintuza minn persuni b'dizabilità fizika kif ukoll minn persuni b'dizabilità mentali. Hemm bzonn ukoll li tinghata attenzjoni ghall-istatus legali u protezzjoni biex wiehed jassigura li dawn bl-ebda mod ma jigu sfruttati. (Helioscope, Winter 1994, No. 2, p.7)
Il-Kummissjoni thoss ukoll illi waqt li l-mira tal-attivitajiet ta' dawn il-'workshops' ghanda tkun preparament ghall-impjieg f'ambjent miftuh, madankollu parti mill-programm tax-sheltered workshop ghandu jinkludi tahrig f' 'life skills', coé attivitajiet li l-individwu ghandhu jitghallem biex ikun jista jkollu kwalità ta' hajja ahjar. Barra minn dan, ghandu jkun hemm ukoll servizz ta' 'welfare' ghal familji tal-persuni li jkunu qieghdin jattendu, bl-iskop illi l-beneficcju li johrog mill-attività tax-'sheltered workshop' ikun massimizzat bl-appogg tal-genituri. Ghalhekk, huwa necessarju wkoll illi f'dan l-ezercizzju kollu, l-genituri jigu nvoluti sal-massimu possibli.
Ghal diversi ragunijiet, hemm bzonn li jigi ikkonsidrat bir-reqqa l-mod kif ix-xoghol f'ambjent protett ghandu jipprepara l-persuni b'dizabilità biex jaghdu ghal xoghol f'ambjent miftuh. Illum qeghdin jigu studjati mezzi alternattivi li bihom ix-xoghol f'ambjent protett jista jservi ta' preparazzjoni ghall-persuna b'dizabilità biex din tkun tista timxi ghall-xoghol f'ambjent miftuh. Ezempji ta' dawn il-mezzi alternattivi huma:
· 'placement' individwali fuq il-post tax-xoghol li jinkludi servizz ta' support (din is-sistema digà qed tithaddem mill-Eden Foundation, p'certu success), jew
· gruppi ta' persuni b'dizabilità li jahdmu fuq 'contract work'. (Helioscope, 1994, No. 2, p. 6-7)
Ix-'sheltered workshops' jistghu jahdmu ferm ahjar jekk:
· isir kontroll ahjar fuq il-kwalità tal-prodott mahdum;
· flimkien mal-persuni b'dizabilità jigu impjegati numru ta' persuni bla dizabilità biex dawn tal-ahhar ikunu jistghu jaghmlu x-xoghol li ma jkunx jista' jsir mill-impjegati b'dizabilità;
· tinzamm rabta mill-vicin u jkun jezisti koordinament shih bejn il-Gvern u l-ghaqdiet volontarjiih
· jigu ngaggati nies b'esperjenza ta' 'marketing' biex dawn jizguraw li prodott isib is-suq relevanti;
· dawn il-workshops jinghataw esklussività jew prijorità ghal drittijiet ta' produzzjoni;
· fejn hu possibli, dawn jinbidlu f'entraprizi bhal kooperativi.
· (International Labour Office, 1981: para. h.34).
Il-Kooperattivi
Il-Ministeru responsabbli mill-izvilupp tar-Rizorsi Umani, flimkien ma' l-istrutturi l-ohra li jezistu fil-pajjiz, ghandhom joffru incentivi ghat-twaqqif ta' kooperattivi kummercjali li jkollhom fihom maggoranza ta' haddiema b'dizabilità. Il-Kummissjoni jidrilha li wasal iz-zmien li dan l-istrument jibda jintuza bhala mezz biex joffri opportunitajiet godda ghal persuni b'dizabilità fizika u/ jew mentali. Huwa joffri qafas legali li jista jkun adattat ghac-cirkostanzi partikolari ta' grupp ta' persuni b' dizabilità li minn banda wahda jsibuha difficli li jintegraw rwiehom f'ambjent miftuh, izda minn banda ohra jistghu jkunu produttivi f'ambjent protett.
It-twettiq ta' din il-politika ma ghandhiex iddghajjef il-principju illi l-ambjent tax-xoghol ghandu jkun wiehed integrat u ghalhekk, ghandha ssir enfasi specjali illi inizjattiva ta' kooperattiva tkun :
(a) wahda kummercjalment vijabbli;
(b) tirrendi pagi u salarji, lill-persuni kollha li jippartecipaw, ta' l-istess livell ta' dak li jkun qieghed jithallas fis-suq f'dak il-mument;
(c) tinvolvi l-impjieg ta' mhux anqas minn 50% u mhux aktar minn 75 % tal-haddiema li jkunu persuni b'dizabilità.
L-izvilupp ta' din it-tip ta' inizjattiva iggib maghha hafna vantaggi li principalment jistghu jigu identifikati hekk:
· soluzzjoni temporarja ghall-impjieg produttiv ghal certi persuni sakemm dawn isibu zbokk f'impjieg integrat;
· ezempju prattiku li juri lis-socjeta in generali illi persuni b'din it-tip ta' dizabilità jistghu jkunu produttivi;
· strument illi jkun 'self-managed' u allura liberu mill-burokrazija li tezisti f'oqsma ohra;
· forma ta' impjieg fejn il-persuni b'dizabilità u l-familjari taghhom jistghu jkollhom involviment aktar fl-ippjanar u t-tmexxija tal-entrapriza. (Helioscope, 1994, No. 2: pp. 6-7)
Dwar il-klijentela prospettiva tal-kooperattivi, nergghu insostnu dak li digà inghad fuq ix-'sheltered workshops', coé li dawn jistghu iservu l-bzonnijiet ta' persuni b'dizabilità fizika kemm dawk dizabilità mentali. Dan jista' jsir specjalment jekk ikun hemm investiment tajjeb fit-teknologija tal-informatika. Fl-Amerka u fl-Italja, biex naghti zewg ezempji biss, jezistu kooperattivi mmexxija fuq bazi ta' profitt li jahddmu persentagg assolut ta' persuni ghomja u li joffru servizzi relatati mal-informatika.
L-implimentazzjoni ta' inizjattiva bhal din ghandha tkun soggetta ghal principju kardinali tal-integrazzjoni, u allura l-kooperattiva trid toffri fiha nfisha ambjent integrat kemm fil-post li jintghazel kif ukoll fis-sistema amministrattiva taghha. Hemm zewg ragunijeit ewwlenin ghaliex id-dokument jaghmel enfasi qawwija li t-tahlita ta' haddiema ghanda tkun idejalment ta' 50 fil-mija persuni b'dizabilità u 50 fil-mija persuni bla dizabilità, u dawn huma:
· li jithaddem (din id-darba bil-kuntrarju!) l-principju ta' integrazzjoni u opportunitajiet indaqs; u li
· din il-kwalità ta' tahlita (fejn mhux aktar minn 75 fil-mija mill-haddiema fil-kooperattivi ghandhom dizabilità) tfisser li l-ghazla ta' xoghol li jsir jista jkun akbar, billi, kif ghidna qabel, persuni bla dizabilità ikunu jistghu jaghmlu x-xoghol li ma jkunx jista' jsir mill-impjegati b'dizabilità.
Qabel xejn, ghandhom jigu identifikati dawk is-setturi li jistghu jkunu idejali biex jinkiseb success fis-sens illi x-xoghol maghzul ikun jista' jaghti lill-kooperattiva l-mezz biex, kemm jista jkun, tiffinanzja lilha nfisha permezz tal-profitt li taghmel. Ghalhekk, ghandu jsir uzu minn ditti professjonali sabiex jippreparaw 'feasibility studies' wara li jigu decizi x'inhuma l-oqsma idejali. Dan ta' l-ahhar ikun process illi jrid jsir b'konsultazzjoni mill-vicin ma' l-ETC u agenziji ohra.
Huwa essenzjali li l-kooperattivi ghall-persuni b'dizabilità jinghataw assistenza mill-Gvern, f-forma ta' self u ghotjiet, specjalment meta dawn ikunu ghadhom kif twaqqfu. Dan it-tip ta' support finanzjarju hemm bzonnu biex issir nefqa kapitali biex jigi attrezzat il-post u jinxtara l-makkinarju u l-materja prima. Per ezempju, il-gvern Polakk inizjalment jaghti ghotjiet lill-kooperattivi ta' persuni b'dizabilità ghal perjodu ta' bejn 3 u 5 snin. Ghanda tinghata ukoll assistenza prattika f'dak li hu:
· marketing tal-prodott;
· ingagg u t-tahrig tal-istaff. (International Labour Office, 1981: para. e.28)
· self, jew ghotjiet minn organizzazzjonijiet volontarju, fondazzjonijiet, ETC;
· entraprizi industrijali li jixtiequ jaghtu support ghall-kooperativa ta' din ix-xorta. (p.e., billi jinghata xoghol fuq bazi ta' kuntratt);
· support internazzjonali (bilaterali, multi-bilaterali u sorzi ohrajn) (International Labour Office, Geneva, 2nd impression 1981, para. h.29).
Ic-Centri ta' Matul il-Jum
Id-servizz tac-Centri ta' Matul il-Jum huwa servizz iehor li jibqa necessarju biex ikopri l-bzonnijiet f'dawk il-kazijiet fejn id-dizabilità (principalment mentali) tant tkun gravi li ma jkunx fl-ahjar interess tal-individwu li jitbghat f'wiehed mix-'sheltered workshops'.
Hawnhekk, ghandna nkunu cari illi dawn ic-centri ma jiffunzjonawx sempliciment bhala centri fejn ma jsir assolutament xejn biex dawn il-persuni jkunu jistghu jghollu l-kwalità tal-hajja taghhom. Ghal kuntrarju, dawn ic-centri, filwaqt li jinkludu element ta' respite, xorta wahda ghandhom ikunu attrezzati b'tali mod li jikkoncentraw il-hidma taghhom fuq titjib ta' l-hekk imsejha 'life skills' tal-individwu.
Dawn ghandhom ikunu postijiet fejn ikun hemm 'input' qawwi ta' terapisti okkupazzjonali, edukaturi u social workers specjalizzati f'dan il-qasam. Ghandhom ikunu postijiet li jiggeneraw attività qawwija li tkun tinvolvi lill-genituri u membri tal-familja tal-persuna. Ghandhom ikunu postijiet li jaghtu ghajnuna u pariri f'dak li ghandu x'jaqsam mal-hajja tal-persuna b'dizabilità, fejn dawn ghandhom jinkludu 'issues' perrenjali bhal:
· l-kwistjoni ta' x'ser jigri mill-persuna meta l-genituri taghha jigu neqsin; u
· l-kwistjoni tal-edukazzjoni sesswali. (Vrancken, f'Dechesne, Pons & Schellen (eds.), 1981: p169; and Gething, 1986: 191).
Biss nerga' naccenna li dawn ghandhom ikunu postijiet fejn xorta wahda jsiru esperimenti kontinwi biex l-individwi jigu mressqa dejjem aktar lejn id-dinja tax-xoghol.
Ghalhekk dawn ic-Centri ta' Matul il-Jum ghandhom ikollhom element qawwi socjali li jkun jahdem fuq zewg fronti dak tal-individwu nnifsu kif ukoll dak tal-genituri. Ghaldaqstant, kif ighid tajjeb id-dokument ta' politika nazzjonali nnifsu, f'dawn ic-centri l-aspett predominanti ma jkunx ix-xoghol, izda l-izvilupp tal-persuna u tal-kwalità tal-hajja tieghu u tal-familja tieghu.
M'ghandiex tigi eliminata l-possibiltà li, anké f'dawn il-kazijiet, jigi rregistrat progress fil-potenzjal tal-individwu, tant li jkun jirrikjedi evalwazzjoni gdida tal-potenzjal tieghu. F'kazijiet bhal dawn, ghandu jkun possibli li l-individwu jigi trasferit ghal xi wiehed mill-istrutturi li digà ssemmew.
Rakkomandazzjonijiet
1. Il-Kummissjoni temmen li l-istruttra gdida proposta ser tkun ta' beneficcju immedjat ghac-Centri tat-Tahrig tal-Adulti ezistenti, ghal zewg ragunijiet principali:
1.1 L-ewwel, b'mod indirett, imma konkret, ser jizdiedu r-rizorsi tac-Centri u b'hekk jitaffa il-pressjoni li hemm bhalissa fuq il-membri tal-istaff. Dan minhabba li waqt li n-numru ta' persuni li qed jattendu bhalissa ser jonqos, ir-rizorsi finanzjarji, umani u teknici mhux ser jonqsu. Ghaldaqstant, ikun jista' jsir uzu aktar effettiv tar-rizorsi kollha tac-Centri.
1.2 It-tieni, l-istruttura gdida proposta tghati mira cara daqs il-kristall fejn iridu naslu: coé li persuni b'dizabilità li jattendu f'dawn ic-Centri 'jiggradwaw' ghal xoghol siewi f'ambjent protetti f' 'sheltered workshop'. Bla dubbju dan l-ghan iservi ukoll bhala incentiv individwalu u impenjattiv kemm ghall-careworkers, kif ukoll ghall-persuni b'dizabilità li jattendu dawn ic-Centri.
1.3 Naturalment il-principju li ghadni kif semmejt jghodd ukoll ghax-'sheltered workshops', fejn, wara li jkun zviluppa l-kapacitajiet tieghu il-klijent ghandu l-possibiltà li jihu triq ohra, coé, jimxi lejn xoghol f' kooperattiva, jew ghal impjieg f'ambjent miftuh.
2. Il-Kummissjoni temmen bil-qawwa kollha li wasal iz-zmien li l-ETC izzid sostanzjalment l-involviment taghha fis-settur tal-impjieg f'ambjent protett billi hi stess tiehu l-inizjattiva biex tiftah u tmexxi 'sheltered workshop'. Dan billi l-ETC digà ghandha access ghall-persuni b' 'management skills' essenzjali ghat-tmexxija ta' dawn it-tip t' azjendi anké fuq livell produttiv. Jekk ix-'sheltered workshop' jibda jahdem fuq livell produttiv, dan tista' jinbidel l-istruttura tieghu billi jsir kooperattiva.
3. Billi l-Kummissjoni u l-ETC aktar ma jmur dejjem qieghdin jikkooperaw u jjikollabboraw ma' xulxin fuq diversi livelli, u billi l-ETC hija rrapprezentata fuq il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità, nixtiequ nipporoponu li l-Kummissjoni jkollha rapprezentanza fuq il-Bord tal-ETC.
4. Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li titwaqqaf struttura semi-awtonoma biex tmexxi ic-Centri ta' Matul il-Jum u li l-Bord ta' Tmexxija ta' din l-istruttura jkollha raprezentanza qawwija minn naha tal-:
· ETC;
· Ministeru tar-Rizorsi Umani;
· Ministeru tal-Izvilupp Socjali;
· Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità u
· Eden Foundation.Konkluzjoni
Fl-ahhar nixtieq inzid li mizura principali li holqot hafna nteress fost persuni b'dizabilità f'Malta dan l-ahhar kienet dik li tikkoncerna legizlazzjoni anti-diskriminatorja fil-qasam ta' d-dizabilità. Fejn jidhol l-impjieg din it-tip ta' ligi ghandha l-vantagg ghaliex tirrikonoxxi l-fatt li huma ostakli fizici u dawk ta' attitudini li sikwit ifixklu l-persuni b'dizabilità milli jsibu x-xoghol mixtieq, jew li jiehdu promozzjoni. Ligi Opportunitajiet Indaqs tahseb ghall-bzonn li bini publiku jkun accessibli ghall-persuni li juzaw siggu tar-roti, jew li jinghata tahrig aktar specjalizzat ghall-persuna li ghandha dizabilità biex titghallem, biex din tizviluppa l-ghodod li ghandha bzonn biex issib impjieg siewi. (Helioscope, 1994, No. 2: p. 6).
Naghlaq billi ninsisti bil-qawwa kollha il--bzonn ta' ligi li tiggarantixxi opportunitajiet indaqs biex din tizgura li meta persuni b'dizabilità johlomu li jghixu hajja indipendenti, dawn jibnu l-holm taghhom fuq il-blat, mhux fuq ir-ramel, cio é fuq id-drittijiet u mhux fuq il-karità.
_________________________________________________
REFERENZICamilleri, J.M: Il-Persuna b'Dizabilità u l-Impjieg, diskors, Sta Venera, Mejju 1994
Dechesne, B.H.H., Pons, C., Schellen, A.M.C.M (eds.): Sexuality & Handicap, Woodhead-Faulkner, Cambridge, 1985.
Gething, L: Person to Person, 2nd edition, 1992.
Helioscope, Winter 1994, No. 2.
International Labour Office: Co-operatives for the disabled: organisation and development, International Labour Office, Geneva, 2nd impression 1981.
International Labour Office: International Labour Standards on Vocational Rehabilitation, ILO Geneva, 1984.
International Labour Office: Equitable Training and Employment Opportunities for Disabled Persons, ILO Geneva, Vocational Rehabilitation Branch, March 1993.
Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità: L-Impieg u l- Persuni b'Dizabilità: Policy Nazzjonali, Sta Venera, 1995.
Nazzjonijiet Uniti: Il-Programm Dinji ghall-Azzjoni dwar Persuni b'Dizabilità, Kap III: Xi proposti ghall-Implimentazzjoni tal-Programm Dinji Ghall-Azzjoni Dwar il-Persuni b'Dizabilità, New York, 1983, iv.(e), pp. 32-34.
Wain, K., et al: Tomorrow's Schools: Developing Effective Learning Cultures, Consultative document, 1995.