Lejn Sehem Shih mill-Persuni b'Dizabilità:
tibdil mehtieg fl-istituzzjonijiet u l-kultura ta' pajjiznaCamilleri, Joseph M. (1995): Lejn Sehem Shih mill-Persuni b'Dizabilità: tibdil mehtieg fl-istituzzjonijiet u l-kultura ta' pajjizna. Diskors waqt Serata muziko-letterarja f'JUM G.E.M. imtella' mill-Fondazzjoni Guúé Ellul Mercer. 17 ta' Novembru, 1995. Lukanda Les Lapins, Ta' Xbiex.
F' pajjijzna nahsbu li hawn madwar 10% tal-poplu, li bhali, ghandhom xi forma jew ohra ta' dizabilità li taffettwa l-hajja taghhom ta' kuljum --- min hafna, u min ftit. Ghaxra fil-mija dejjem tibqa minorità, imma minorità sostanzjali. Allura, fil-konfront lejn sehem shih fil-kultura ta' pajjijzna ghaliex ghad baqa daqsehekk x'isir biex noqorbu aktar lejn opportunitajiet indaqs. Ghaliex ghadna daqshekk kotra siekta?
Skond idejat sterjotipati, ahna nies li nbatu mill-apatija; inzommu s-skiet u nistennew loqma' l hawn u pjacir l hemm; jew dejjem infittixu xi parrinu biex jitkellem ghalina. Ma nafux x'irridu, niddejqu nsemmghu lehinna, nibzghu. Insomma qisu nibzghu nitkellmu ghalina nnfusna fuq livell nazzjonali biex niksbu drittijiet li setturi ohrajn tas-socjetà taghna ilhom igawduhom ghal zmien twil.
L-attegjament zbaljat li jezisti fost hafna nies quddiem l-esperjenza tad-dizabilità jghin mhux ftit biex din is-sitwazzjoni tibqa' minghajr ma titranga ruhha. Fuq livell generali in-nies ghadhom iharsu lejn il-persuni b'dizabilità b'sens ta' mghodrija li tissarraf f'generosità u f'atti karitatevoli.
Kien ikun wisq ahjar li kieku, flok niffukaw fuq l-individwu u fuq 'ix-xorti', inharsu lejn id-dizabilità bhala rejaltà socjali. Biex persuni b'dizabilità ikunu jistghu jaghtu sehem akbar fl-izvilupp tal-pajjiz irridu nharsu aktar 'l boghod mill-problemi immedjati taghna u, minflok, nibdew nikkonfrontaw il-vera 'issues' tad-dizabilità. Ghalhekk, persuni b'dizabilità, genituri u 'carers' iridu jqajjmu ghajta nazzjonali dwar l-'issues' li jaharqu u li huma ta' importanza dejjiema, bhal ma huma:
· opportunitajiet indaqs f'kull aspett tal-hajja (edukazzjoni; xoghol; hin liberu);
· rispett ghad-dinjità tal-individwu;
· accessibilità ghal servizzi, bini pubblici u ghal informazzjoni.
Dawn il-principji nistghu nsarrfuhom f' azzjoni konkreta, biss jekk inwettqu bidliet radikali f'diversi istitutzzjonijiet u fil-kultura tal-pajjiz. Minghajr din il-bidla il-holm taghna jibqa' ezattament ... holm.
Il-bidliet iridu jaslu frott tal-edukazzjoni kontinwa u legislazzjoni ghaqlija. L-ghan taghna m'huwiex li nimponu r-rieda taghna fuq is-socjetà, izda li naraw li s-socjetà taghraf il-kapacità (u nuqqas ta' kapacità) taghna u li, fis-socjetà, inisbu dawk l-istrutturi mehtiega biex ikollna l-oghla kwalità ta' hajja possibli.
Fl-opinjoni tieghi, l-ewwel bidla istituzzjonali trid tkun it-twettiq ta' legizlazzjoni anti-diskriminatorija. Din, waqt li tirrikonixxi d-drittijiet u d-dinjità ta' persuni b'dizabilità, tkun mahsuba biex twaqqaf kull diskriminazzjoni fuq bazi ta' dizabilità. Naf li hemm min jargumenta: 'Ahjar l-edukazzjoni, mhux il-legislazzjoni'. Biss, kif qal tajjeb Martin Luther King Jr: il-ligi mhix hemm biex tibdel il-qlub, izda biex trazzan lil min hu bla qalb. Jien nibqa' ninsisti li minghajr din it-tip ta' legislazzjoni ahna ser nibqghu niddependu mir-rieda tajba ta' persuni ohrajn --- nibqghu dejjem stmati bhala cittadini ta' klassi inferjuri.
Ahna nemmnu fid-dritt ta' persuni bla dizabilità ghall-edukazzjoni ma' persuni ohra li ghandhom dizabilità. Biex it-tfal b'dizabilità isibu posthom fis-sistema edukattiva din trid tkun aktar accessibli u toffri opportunitajiet indaqs f'dik li hi infrastruttura, fil-kurrikulum, fit-tahrig ta' ghalliema u assistenti specjalizzati, fl-attitudini tal-ghalliema kollha, fl-allokazzjoni ta' rizorsi ghat-taghlim ta' tfal b'dizabilità. Nixtieq nemfasizza li s-l-soluzzjoni ma tiddeppendix biss fuq finanzjament adekwat.
L-aktar bidla difficli li trid issir hi bidla fil-hsieb tradizzjonali. Hsieb li jsostni li tfal b'dizabilità u dawk minghajr dizabilità m'ghandhomx jithalltu. Forsi l-intenzjoni wara dan il-hsieb kienet wahda tajba, pero' dan jibqa' dejjem attegjament zbaljat u perikoluz. lllum il-principju ta' inkluzzjoni huwa accettat anki jekk mhux dejjem imwettaq. Insostni li fid-dawl ta' dan il-principju, l-iskejjel specjali, fil-maggoranza taghhom, ghandhom jibdew process biex jibidlu r-rwol taghhom. Maz-zmien dawn l-iskejjel ghandhom isiru centri ta' rizorsi specjalizzati ghall-edukazzjoni tat-tfal b'dizabilità. B'hekk dawn ic-centri, flimkien ma' ghalliema ta' esperjenza, ikunu jistghu jibdew joffru servizzi specjalizzati fl-iskejjel kollha.
Fl-ahjar interess tat-tfal, ghandu jsir assessment serju, minn tim multi-dixxiplinarju biex jidentifika l-kapacitajiet tal-persuna b'dizabilità sabiex il-beneficcji tal-process tal-inkluzjoni jitgawda minn kulhadd: tfal, genituri u ghalliema. Hawnhekk, tajjeb li nemfasizza punt kardinali, cjoé li l-genituri ghandhom jigu kkonsultati, u ghandhom jippartecipaw b'mod attiv, f'kull decizjoni li tikkoncerna lill-uliedhom b'dizabilità.
M'hemmx dubbju li jrid isir sforz serju u immedjat biex titejjeb l-accessibilità fizika fl-iskejjel kollha. Fl-istess waqt jinhtieg li l-ghalliema kollha jigu mharrga ahjar biex:
· jaccettaw id-differenzi kollha, inkluza d-differenza tad-dizabilità, u biex
· jaccettaw u jikkooperaw mal-'assistenti fit-taghlim' (jew 'facilitators') li, fejn ikun hemm bzonn biss jghinu lit-tfal b'dizabilità biex ilahhqu mal-kurrikulum.
Ma' dan nista' nzid li l-kurrikulum ukoll irid ikun accessibbli. Dan, minnu nnifsu, jrid ikun flessibbli bizzejjed biex l-ghanijiet tieghu jigu mwettqa b'modi differenti. Fl-ahhar mill-ahhar, kull bidla fil-kamp edukattiv ser tkun ta' xejn jekk is-sistema kompetittiva prezenti, --- sistema li tiffavorixxi lil min digà ghandu access ghall-aqwa rizorsi --- ma tinbidilx f'sistema ta' ko-operazzjoni.
Is-sistema edukattiva minn naha taghha trid taghraf tizviluppa fil-persuni b'dizabilità il-hajra ghax-xoghol. Fl-istess waqt trid tizviluppa fihom kapacitajiet li jkunu jiswewlhom aktar tard meta jigu biex ifittxu l-impjieg. Il-qasam tal-impjiegi irid ikun flessibbli bizzejjed biex:
· iqabbel ix-xoghol mal-kapacitajiet tal-individwu,
· jinfluwenza pozittivament lil min ihaddem, u fejn hemm bzonn,
· irrazzan id-diskriminazzjoni.
L-ghan ahhari tas-settur tal-impjiegi ghandu jkun li l-persuna b'dizabilità issib xoghol siewi. B'dan infisser, xoghol bi status u hlas ragonevoli --- u mhux xoghol b'karità!
Biex jintlahaqu dawn l-ghanijiet jenhtieg li jsiru numru ta' bidliet f'dan is-settur. Per ezempju, biex wiehed iqabbel il-kapacità tal-individwu mal-impjieg jirrikjedi 'approach' sistematiku u flessibbli ghall-problema. Fuq naha ghandek bosta persuni b'dizabilità li lesti jahdmu fis-suq miftuh, u fuq in-naha l-ohra ghandek bzonn struttura li toffri process ta' sapport kontinwu li jibda billi jsir 'assessment' minn tim multidixxiplinarju, ikompli b' tahrig adattat, wara dan isir 'placement' bis-sapport ta' 'job coach' u fl-ahharnett, jinstab impjieg permanenti.
Hu daqstant importanti li, sa fejn hu possibbli, dawk il-persuni li jahdmu f'ambjent protett isibu opportunitajiet ghal aktar zvilupp personali.
Jekk verament nemmnu fl-opportunitajiet indaqs, ghandna naraw li tinqata' darba ghal dejjem l-uzanza li sejhiet ghal applikazzjoni jinsistu li l-applikant ikun hieles minn kull difett fiziku u mentali. Minflok ghandha tiddahhal il-kultura ta' 'equal opportunities' employment' fejn kulhadd jinghata cans fuq mertu personali. Jien ma naqbilx mal-kuncett ta' xoghol riservat, pero' m'hemmx dubbju li certu xoghol hu addattat hafna biex isir minn persuni b'dizabilità. F'kazijiet bhal dawn, bejn l-applikanti li jkollhom l-istess kwalifiki, l-applikant b'dizabilità ghandu jinghata preferenza.
Kulhadd ghandu dritt li jahdem skond il-kapacitajiet tieghu, ghalhekk hemm bzonn livelli differenti ta' impjiegi, bhal: impjieg fis-suq hieles, u xoghol varjat f'ambjent protett, jew ma ko-operattivi.
Fuq livell uman, jehtieg neqirdu ghal kollox il-biza dwar x'se jigri mill-persuna b'dizabilità wara li jigu neqsin il-genituri, jew 'carer'. Hemm bzonn ta' hsieb gdid f'dan il-qasam. M'hemmx dubbju, per ezempju, li llum jezistu numru sostanzjali ta' persuni b'dizabilità fizika li jistghu jghixu hajja indipendenti minghajr komplikazzjonijiet u problemi.
Pero', ghal dak il-persentagg zghir ta' individwi li persuni li ghandhom dizabilità severa, hemm bzonn jigi zviluppat servizz ta' assistenza personali. Minn naha l-ohra, jezisti l-bzonn ta' djar zghar fil-kommunità biex dawn iservu l-bzonnijiet ta' persuni b'dizabilità mentali Zgur mhux accettabbli hu li xi hadd bhali jrid jghaddi hajjtu taht il-kundanna li xi darba ser jispicca jghix il-kumplament ta' hajjtu f' istituzzjoni!
Ghal genituri u 'carers' ohrajn jenhtiegu servizzi ta' respite, kemm dak rezidenzjali u kemm dak ta' serhan fid-dar tal-familja stess. Ghaldaqstant, jehtieg li titnaqqas kemm jista' jkun ic-centralizzazzjoni ta' servizzi essenzjali. Minflok, dawn ghandhom, kemm jista' jkun, jinghataw fil-kommunità.
Biss x'jiswa jekk f'darek tnaqqas id-dizabilità tieghek, jekk ma tistax tohrog barra? Mela, kull sforz irid isir biex l-ambjent fiziku jitjieb u li persuni b'dizabilità jimmassimizzaw il-mobbiltà taghhom. Dan jista' jsir billi, fost affarijiet ohra:
· l-ambjent fil-lokalitajiet taghna jsir accessbli ghal kulhadd --- inkluzi persuni b'dizabilità, (dan ghandu jkun wiehed mill-prijoritajiet ewlenin tal-kunsilli lokali kollha);
· jitwettqu regolamenti tal-bini li jezigu li kull bini pubbliku (knejjes, banek, centri lokali, qrati, l-parlament, ecc) ikun accessibili ghal kulhadd, inkluz persuni b'dizabilità --- dan ghandu jsir fi zmien ragonevoli;
· nizvilluppaw servizz ta' trasport pubbliku accessibbli.Kull persuna ghandha dritt ghall-informazzjoni. F'dan il-qasam il-principju ta' accessibilità ghandu jitwettaq billi tintuza teknologija adattat, kemm fil-kontenut u kemm fil-forma, biex il-messagg jiftiehem minn numru akbar ta' persuni, inkluzi persuni b'dizabilità sensorjali (neqsin mid-dawl, u/ jew smigh). Fil-qasam dejjem jikber tal-informatika jezisti l-periklu li certu hardware u software ma jkunx accessibbli ghal persuni b'dizabilità. Hemm bzonn li jigu ppublikati 'guidelines' f'dan il-qasam, u fl-istess waqt, ghandu jkun il-Gvern li jaghti ezempju billi jimxi skond dawn il-'guidelines'.
Semmejt wkoll li m'hawnx bizzejjed mexxejja effettivi fost il-persuni b'dizabilità. U b'dan ma rridx infisser nies bla dizabilità li jitkellmu ghalina. Minn dawn ghandna hafna --- uhud ghandhom imhabba genwina ghall-persuni b'dizabilità u ohrajn jaqdu l-interess personali taghhom biss. Qed nghid ghal persuni b'dizabilità nnfushom li lesti jsemmghu lehinhom ghal gid ta' kulhadd. Nies lesti li jisfruttaw ir-radju, televizjoni, u l-gazzetti biex iqajjmu dibattitu fuq kwistjonijiet importanti li semmejna qabel.
Biex persuni b'dizabilità jimxu lejn sehem aktar shih fil-kultura ta' pajjijzna jenhtieg impenn akbar minn dawk l-individwi li, waqt li ghandhom dizabilità, irnexxielhom jaghmlu certu success fil-hajja taghhom bhala professjonisti, politici, genituri, ecc. Jien ninkludi lili nnifsi fost dawk il-persuni b'dizabilità li gieli nilaghbu l-loghba zbaljata fejn taparsi ahna kompletament 'normali' u b'hekk naghtu daharna lil shabna b'dizabilità. Dan l-attegjament zbaljat ghall-ahhar qed jisraq minn fostna dawk in-nies li propju ghandhom l-ghodda mehtiega biex ikunu l-aqwa mexxejja ta' moviment nazzjonali ghal persuni b'dizabilità minn persuni b'dizabilità.
Veru li jehtieg li nwarrbu l-interess personali biss, u jehtieg li nrawwmu minn fostna mexxejja qalbiena. Imma, jehtieg ukoll li l-ewwel ahna (u specjalment iz-zghazagh) nigu nkluzi f'kull aspett tal-hajja tas-socjetà taghna; fuq livell lokali u fuq livell nazzjonali. Irridu nigu inkluzi u nsemmghu lehinna. Ghandna nigu nkluzi bi dritt u mhux bi pjacir, u ghandna nigu inkluzi fuq fuq livell ugwali bhala adulti li ghandna responsabiltàjiet daqs kemm ghandna drittijiet. Fil-mixja taghna lejn sehem shih fil-kultura ta' pajjizna, dan hu l-ewwel u l-aktar pass importanti.
_________________________________________________