Lejn Kultura tal-Hajja
Camilleri, Joseph M. (1995): Lejn Kultura tal-Óajja. Artiklu ppubblikat fir-rivista Óuíieía.
F' Malta hawn madwar 35,000 persuna (10%), li bhali, ghandhom xi forma ta' dizabilità li taffettwa l-hajja taghhom ta' kuljum --- min hafna, u min ftit. Ghaxra fil-mija dejjem tibqa minorità, imma minorità sostanzjali. Allura, fil-konfornt lejn kultura tal-hajja, ghaliex m'hawnx moviment qawwi nazzjonali biex titejjeb il-hajja taghna, u ghaliex hawn nuqqas kbir ta' mexxejja fostna?Tezisti wisqi apatija fostna. Inzommu s-skiet u nistennew loqma l'hawn u pjacir l'hemm; jew dejjem infittixu xi parrinu biex jitkellem ghalina. Ma' nafux x'irridu, niddejjqu nsemmghu lehhina, niibzghu. Insomma m'hawnx ghajta fuq livell nazzjonali ghad-drittijiet ta' persuni b'dizabilità minna nnfusna!
Ghaliex ma' ninghaqdux biex flimkien nimxu lejn kultura tal-hajja bhal ma ghamlu qabilna l-ewwel haddiema li nghaqdu f'unions; is-suwed fl-Amerika u fl-Afrika t'Isfel fil-glieda kontra s-segregazzjoni u l-apartheid, u n-nisa li sahqu ghad-drittijiet taghhom?
Nahseb li hemm zewg ragunijiet ewwlenin. L-ewwel, bqajna maqsumin f'bicciet ghaliex il-bzonnijiet taghna jvarjaw hafna ghax id-dizabilitàjiet huma differenti. It-tieni ghaliex il-persuni b'dizabilità m'ghandhomx bizzejjed mexxejja effettivi fosthom.
Haga logika li l-bzonnijiet ta' persuna ghamja, m'humiex l-istess bhal dawk ta' persuna li ma tisma' xejn jew tisma' ftit. Il-bzonnijiet ta' persuna b'dizabilità mentali huma differenti minn dawk ta' persuna li tuza siggu tar-roti. Ghalhekk, il-persuni b'dizabilità m'humiex maghqudin bl-istess ghanijiet personali, kif kienu w ghadhom in-nisa', s-suwed, il-haddiema. Mela biex il-persuni b'dizabilità jimxu lejn kultura tal-hajja iridu l-ewwel jaghrfu d-differenza bejn interessi individwali u interessi generali.
Sikwit ikun difficili li nhabbtu wiccna mal-hajja ta' madwarna, u ghalhekk hafna minna, flimkien ma' genituri u 'carers' ninghalaqu f'dinja ckejkna taghna. Hadd u xejn ma jezisti hlief l-interessi personali taghna. Nitolbu u niggieldu ghal kull ma jolqotna mill-vicin, u ghal kumplament ma jimpurtana minn xejn u minn hadd. Ma naghtu l-ebda sapport ghal inizjattivi ohra.
Jezisiti biss il-qliegh personali, bhal:
· li persuna li ma tixmax iddahhal it-'text telephone';
· li persuna li ma tarax ikolla tnaqqis fil-kont tat-telefon;
· li persuni li tuza s-siggu tar-roti iddahhal karozza 'duty free';
· li persuna b'dizabilità mentali txtri kompjuter ghal uzu personali taghha.
Bla dubbju biex nimxu lejna kultura tal-hajja irridu nwarrbu l-interess personali. Fortunatament hawn ukoll numru dejjem jikber ta' persuni b'dizabilità, genituri u 'carers' li lesti li jaghmlu dan u lesti li jqajjmu ghajta nazzjonali dwar l-'issues' li jaharqu u li huma ta' importanza dejjiema, bhal:
· opportunitajiet indaqs f'kull aspett tal-hajja (edukazzjoni; xoghol; hin liberu);
· rispett ghad-dinjità tal-individwu;
· accessibilità ghal servizzi, bini pubblici u ghal informazzjoni.Semmejt wkoll li m'hawnx bizzejjed mexxejja effettivi fost il-persuni b'dizabilità. U b'dan ma rridx infisser nies bla dizabilità li jitkellmu ghalina. Minn dawn ghandna hafna --- uhud ghandhom imhabba genwina ghall-persuni b'dizabilità u ohrajn jaqdu l-interess personali taghhom biss. Le, qed nghid ghal persuni b'dizabilità nnfushom li lesti jsemmghu lehinhom ghal gid ta' kulhadd. Nies lesti li jisfruttaw ir-radju, televizjoni, u l-gazzetti biex iqajjmu dibattitu fuq kwistjonijiet importanti li semmejna qabel.
Biex persuni b'dizabilità ikunu jistghu jimxu lejn kultura tal-hajja nahseb li jenhtieg impenn akbar minn dawk l-individwi li, waqt li ghandhom dizabilità, irnexxielhom jaghmlu certu success fil-hajja taghhom bhala professjonisti, politici, genituri, ecc. Dawn gieli jilghabu loghba zbaljata fejn taparsi huma kompletament 'normali' u ghalhekk jaghtu darhom lil shabhom li ghandhom dizabilità. Dan l-attegjament zbaljat ghal-ahhar qed jisraq minn fostna dawk in-nies li propju ghandhom l-ghodda mehtiega biex ikunu l-aqwa mexxejja ta' muviment nazzjonali ghal persuni b'dizabilità minn persuni b'dizabilità.
Vera li jeótieí li nwarrbu l-interess personali biss, u jeótieí li nrawwmu minn fostna mexxejja qalbiena. Imma, jeótieí ukoll li l-ewwel aóna (u specjalment iz-zæazaæ) niíu nkluúi f'kull aspett tal-óajja tas-socjetà taæna; fuq livell tal-parocca kif ukoll fuq livell nazzjonali. Irridu niíu nkluúi u nsemmæu leóinna, mhux biss f'óaríiet u 'parties', imma l-iújed f'laqæat fejn isiru diskussjonijiet dwar kwistjonijiet importanti. Góandna niíu nkluzi bóala dritt u mhux pjacir, u æandna niíu nkluúi fuq fuq livell ugwali bóala adulti li æandna responsabiltà daqs kemm æandna drittijiet. Fil-mixja taæna lejn kultura tal-óajja, dan hu l-ewwel u l-aktar pass importanti.
_________________________________________________