DUMBO jew kif l-iljunfant ‘differenti’ isib postu fil-komunità.
Mill-film ta’ Walt DisneyNoti ghall-ghalliema ta’ l-Iskejjel Primarji fl-okkazjoni tal-Gimgha tal-Persuni b’Dizabilità 1996. Ippreparati minn Joseph M. Camilleri, Chair, Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilità u persuna b’nuqqas ta’ mobilità.
KUMMENTI dwar oqsma tad-dizabilità
EZEMPJI
MILL-FILM
1.
Fil-bidu naraw il-herqa (tal-genituri kollha) ta’ l-omm gdida li jkollha l-baby ‘perfett’ u l-ferh li ggib maghha tarbija gdida.
"Here is a baby
with eyes of blue.
Sent from Heaven
straight to you."
2.
Immedjatament, naraw l-ewwel xokk u l-misthija meta kulhadd jinduna li t-tarbija hi ‘differenti’.
3.
Dan isir dizappunt u r-rabja fl-omm meta shabha l-iljunfanti adulti jwarrbu lilha u lit-tarbija taghha u jwaqqghuhom ghaz-zufjett.
Jumbo??
You mean DUMBO!!"
4.
Naraw kif il-iljunfanti adulti jibdlu isem it-tarbija, minn Jumbo --- li tfisser ‘iljunfant’ bil-lingwa Swahili (jewahjar, tfisser: "Int wiehed minna!"), ghal Dumbo --- li jfisser "Ikrah, injorant, m’int kapaci ghal xejn).
5.
Wahedhom l-omm u t-tarbija jilaghbu b’mod naturali, ghax hi taccetta’ l Dumbo kif inhu.
6.
Ix-xokk kbir meta s-socjetà kollha tiddiehek b’Dumbo (waqt il-parata) u hu stess l-anqas jinduna, ghax ghadu innocenti.
The Circus Parade
7.
Tifel, li hu stess ghandu widnejn kbar, jipprova jwaqqa’ lil Dumbo ghaz-zuffjett. Minflok ma’ thalli ‘l Dumbo jitghallem ifendi ftit ghal rasu, omm Dumbo taqbadha bhal fernezija u naraw kif tispicca tipprottegi lil binha b’mod aggressiv ghall-ahhar. (Ezempju car ta’ ‘overprotection’).
8.
Hafna genituri jizviluppaw karattru aggressiv biex jipprotegu lit-tfal taghhom b’dizabilità u biex jiehdu d-drittijiet taghhom. Is-socjetà tqishom bhal imgienen meta jaghmlu hekk, u tifittex biex twarrabhom (bhal ma’ jigri lil omm Dumbo).
DANGER
Mad Elephant!
9.
Naraw il-mod krudil kif l-iljunfanti l-ohrajn iwahhlu fih meta tinqala’ xi problema (kollox it-tort tieghu) u kif jaghtuh dawn jispiccaw ituh darhom.
"It’s all the fault of that
F-R-E-A-K!"
10.
Il-misthija u l-izolament terribbli li jsib ruhu fih Dumbo meta ommu tigi separata minnu (hafna tfal b’dizabilità jqattghu zmien twil fi sptarijiet, jew maghluqin f’kamarthom, maqtughin mill-familja u mill-kumplament tas-socjetà). Fl-istess waqt kull stima fih innifsu tispicca malli jigi sseparat minn ommu.
11.
Dumbo jaghraf li hu nqata’ barra mill-grupp ghaliex huwa ‘differenti’ mill-iljunfanti kollha l-ohrajn. Jibda jemmen fil-qlajja li hu jgib xorti hazina fuq kollox u fuq kulhadd --- jemmen li l-affarijiet hziena jigru ghax hu ‘hazin’.
12.
Il-migja ta’ Mortimer Mouse turina l-importanza tal-’gar it-tajjeb’ (a good neighbour) li minnufih accetta lil Dumbo kif inhu, minghajr ma’ pprova jibdlu, u kif (a) l-imhabba u s-sapport ta’ dan il-habib gdid taghti lil Dumbo aktar fiducja fih innifshu u r-rieda biex jipprova jaddatta u jintegra ruhu.
"What’s wrong with his ears? I think they’re cute."
13.
L-ewwel attentat biex Dumbo ‘jintegra’ ruhu ifalli bl-ikrah ghaliex is-socjetà ma taccettax lil Dumbo kif inhu, imma tipprova tisfurzah ikun ‘normali’ billi tahbilu d-differenzi.
14.
Minhabba dan il-falliment Dumbo jitlef kull fiducja fih innifu, u l-istess jaghmel Mortimer Mouse. Biss fost id-dwejjaq kollha taghhom, l-imhabba ta’ omm Dumbo izzommilhom hajja l-fiducja fihom stess. U ghal waqt wiehed Dumbo isir ‘normali’ meta jitwennes ma’ ommu bhal ma jaghmlu l-annimali ckejkna l-ohra.
In-Ninni Nanna
"Baby Mine"
15.
Dumbo tilef kull interess fil-hajja, huwa prigunier tieghu nnifsu daqs kemm hi priguniera ommu. Imma, ta’ sikwit, grajja, jew laqgha, ‘ta’ kumbinazzjoni’ tista’ tibdel il-hajja taghna. Dumbo jaqbu s-sulluzzu. Hu u Mortimer jixorbu ftit ilma, li, bla ma jindunaw huwa mhallat max-xampanja u ghal ftit zmien jaharbu mir-rejaltà ghad-dinja tal-holm.
16.
L-ghada jsibu ruhhom fost grupp ta’ ghasafar suwed li, ghal bidu, anki dawn jiddiehqu bid-differenzi ta’ Mortimer (ragel zghir) u Dumbo (iljunfant b’widnejn daqs gwienah t’ajruplan). Dan sakemm Moritmer iffakkarhom li huma wkoll nies imwarrba u li l-kumplament tas-socjetà ma tridx taf bihom.
17.
L-ghasafar jibdlu l-attitudini negattiva taghhom meta jibdew jaraw li d-differenzi li jezistu bejnhom u bejn Mortimer u Dumbo m’humiex daqshekk importanti.
"Lookee here, brother.
We done
seen the Light!"
18.
L-ghasafar suwed jaqtughha li jghinu lil Dumbo biex dan isib postu fis-socjetà. Huma jafu li biex Dumbo ‘jirnexxi’, jrid jaghmel sforzi kwazi ‘mirakoluzi’, biex jaqta’ l-ktajjen li qed izommuh prigunier tieghu innifsu u jikseb il-libertà (billi joghla lejn is-smewwiet).
19.
Billi bilfors dejjem kellhom jghixu bl-ingann, l-ghasafar suwed ifaqqsu bicca ‘ngann’. Huma jgieghlu lill-Dumbo jemmen li bil-qawwa tar-’rixa mirakoluza’ hu jista’ jaghmel l-impossibbli.
"Ya gotta use a lotta ‘Chology’. Ya know, like, ‘Psy-Chology’"
20.
L-ingann jahdem. Ghax, mimli bil-’qawwa’ tar-’rixa mirakoluza’ Dumbo jerga’ jipprova jintegra ruhu fis-socjetà. Imma din id-darba ma jippruvax jahbi l-verità, imma juza d-differenzi tieghu biex jghinuh isib postu fis-socjetà.
21.
Meta jitlef ir-rixa (il-fiducja fil-mirakli) Dumbo ikun ser jaqbdu ‘breakdown’ (litteralment, ikun ser jikkraxxja). Biss, Mortimer (il-gar it-tajjeb, li qatt ma ngannah) jipperswadi lil Dumbo li jista’ jirnexxi biss jekk ikollu ftit fiducja fil-kapacitajiet tieghu stess. Kif l-iljunfant ‘b’dizabilità’ jaghraf dan, huwa jwettaq ‘l-impossibbli’ billi jikseb il-libertà u jtir.
"You, CAN do it!
You CAN fly!"
"I’ve seen just abou’ ev’rything, when I see a elephant fly!"
22.
Id-differenzi ta’ Dumbo geghluh jghix esperjenzi u jiltaqa’ ma’ nies, tajbin u hziena. Dawn l-esperjenzi kollha tawh il-qawwa biex jizviluppa stima lejh innifsu u lejn haddiehor. Din il-kwalità qatghetu mill-kumplament tal-folla u ghamlitu individwu ‘specjali’, mahbub u stmat minn kulhadd.
Fuq it-tren tal-kummidja, Dumbo (akkumpanjat minn ommu u ‘l-gar it-tajjeb’) BISS mill-annimali kollha jirkeb fuq vagun ‘individwalizzat’.