Skejjel ghall-Kulhadd ghas-Seklu 21: Lejn Aktar Accessibilità
Camilleri, Joseph M. (1996): 'Skejjel ghall-Kulhadd ghas-Seklu 21: Lejn Aktar Accessibilità'. Diskors moghti waqt konferenza ghall-edukaturi u periti bit-tema: Lejn Skejjel Moderni ghas-Seklu 2100. Organizzata mill-Malta Labour Party. Il-Hadd, 6 ta' Ottubru, 1996. Centru Laburista, Mile End Road, Harmurn. Malta.
Introduzzjoni
Qawl Amerikan jghid: 'Jekk trid bicca mid-dundjan, ejja poggi mal-mejda.' F'ismi u f'isem il-persuni b'dizabilita' kollha nixtieq nuri l-apprezzament tieghi talli gejna mistiedna mal-mejda sabiex flimkien nitkellmu dwar dawk il-partijiet tad-dundjan tal-Edukazzjoni li, fl-oppinjoni taghna, ghandhom ikunu s-sehem taghna.
Minghajr ma nidhol fid-dettal, u aktar milli nitkellem fuq il-progress li m'hemmx dubbju li sar matul is-snin f'dan il-qasam, behsiebni nghati harsa wiesgha fuq il-bidliet importanti li jehtieg li jitwettqu sabiex persuni b'dizabilita' ikunu ppreparati ahjar biex jiltqghu l-isfidi tas-Seklu 21.
Qabel ma nibda niddiskuti l-issues propji, xtaqt naqsam maghkom esperjenza personali.
Testimonjanza
Fl-1958 l-ewwel xokk li hadu ommi u missieri kif gejna lura Malta wara sena' ta' kura medika f'l-Ingilterra, kien meta qalulhom li, minhabba d-dizabilitajiet fizici severi li kelli, posti kien fi skola 'specjali'. Huma hassew li ma kellhomx ghazla ghajr li, b'sagrificju kbir finanzjarju, jibghatuni fi skola tal-knisja fil-lokal taghna.
Hemmhekk, gejt accettat minn shabi, u f'qasir zmien bdejt naghmel progress. Wara assenza ta' tliet snin u nofs ohra ghal kura fl-Ingilterra ergajt lura fl-istess skola, fejn assorbejtt ruhi fil-hajja ta' student 'normali'. Spiccajt il-Form V, studjat l-A-Levels wahdi u mbghad dhalt fl-Universita' ta' Malta fejn studjat il-letteratura Ingliza, u wara il-pedagogija biex ikkwalifikajt bhala ghalliem.
Min ma jharisx fil-fond wisq, malajr jahseb li din l-istorja hi ezempju haj tas-success tas-sistema edukattiva Maltija. Biss nista' naccertakom illi kull pulzier progress kien dovut ghal silta kontinwa li jien, u specjalment il-genituri tieghi, ghamilna kontra s-sistema edukattiva ezistenti. Glieda kontra attitudinijiet negattivi u paternalistici, ambjent fiziku ostili, u sistema edukattiva li tiffavorixxi lil min hu l-aktar b'sahhtu. Is-success ta' persuni b'dizabilità bhali huwa akkuza kontinwa kontra s-sistema edukattiva. Jien wasalt fejn wasalt ghaliex dejjem hadta kontra l-kurrent tradizzjonali. Jien nixtieq li, s-sistema li ma hadmitx ghalija, tindbidel fi process ta' edukazzjoni inklussiva li tippromwovi l-izvilupp shih tal-persuni b'dizabilità f'ambjent intengrat.
Xi tfisser 'accessibilità'?
L-iskejjel ghandhom jakkomodaw it-tfal kollha, inkluzi dawk li ghandhom nuqqasijiet fizici, intelletwali, socjali, emozzjonali, lingwistici, jew nuqqasijiet ohra. (Salamanca Statement, 1994: p. 6)
Ma' dawn l-ezempji msemmija, nixtieq inzid ukoll studenti b'dizabilitajiet severi u dawk b'imgieba difficli hafna.F'termini filosofici wisghajn, inhoss li il-kelma 'accessibilità' tfisser xejn inqas minn edukazzjoni inklussiva, jew inkella sistema ta' edukazzjoni li ma tinkonsistiex fi zvilupp akkademiku biss imma li hi hafna usa' minn hekk biex tinkludi l-izvilupp shih tal-persuna umana. Fir-rejaltà dan il-kuncett jigi tradott f'politika li tintegra l-persuni f'ambjent li jkun l-inqas ristrett ghall-individwu (Edukazzjoni Specjali f'Malta, 1993: C.3). Illum l-esperjenza turina li dan ikun ta' vantagg mhux biss ghall-individwu nnifsu, izda wkoll ghall-bqija tas-socjeta.
Fuq livelli aktar konkreti l-kelma 'accessibilità' hafna drabi nahsbu li tfisser biss ambjent fiziku (fil-bini, l-ambjent ta' madwar l-iskejjel). Izda naghmlu zball jekk nillimitaw il-kuncett ta' bieb miftuh ma' xbieghat ta' access fiziku biss. Fid-diskor tieghi illum, il-kelma 'accessibilità' ser tifrex fuq diversi aspetti edukattivi, bhal ma huma:
· accessibilità fizika;
· attitudini accessibbli (tal-ghalliema, genituri ta' tfal bla dizabilita', u ufficjali fi hdan id-Direttorat tal-Edukazzjoni, l-Malta Union of Teachers u l-Universita' ta' Malta, genituri ta' tfal b'dizabilita');
· kurrikulum accessibbli (il-Kurrikulum Minimu Nazzjonali m'ghandux ikun il-Kurrikulum Massimu Nazzjonali);
· accessibilita' ghall-metodi tat-taghlim;
· tahrig ta' l-ghalliema u assistenti specjalizzati li jirrifletti vizjoni ta' accessibilita' umana;
· accessibilita' ghall-individwu li ghandu jkun tradott fi flessibilita' fil-provedimenti kollha, u mhux sistemi edukattivi ta' "pakkett wiehed li jghodd ghal kulhadd";
· accessibilita' tal-informazzjoni;
· accessibilita' fl-allokazzjoni ta' rizorsi fejn il-prijorita' ghandha titqies fuq kriterji ta' l-aktar bzonn (u hawnhekk m'ahniex qed niffukaw fuq kwistjoni ta' flus biss).
· accessibilità: fl-aspirazzjonijiet tal-hajja.
Accessibilità: ambjent fiziku
Sabiex inwarrbu l-idejat sterjotipati minn nofs, ser nibda biex mill-ewwel nittratta l-accessibilità fizika. Hemm bzonn isir sforz serju sabiex sal-bidu tas-seklu 21 titejjeb sostanzjalment l-accessibilità fizika fl-iskejjel kollha ezistenti, u dan ghal gid tal-istudenti u tal-ghalliema kollha.
Ghandna lkoll nisthu li fl-1996 ghadhom qeghdin jinbnew facilitajiet edukattivi godda fjamanti li, zbieh kemm huma zbieh estetikament, huma inaccessibbli ghal studenti u ghalliema b'dizabilità, ezempju tipiku u ironiku hu l-bini gdid tal-Fakulta' tal-Arkittettura, fl-Università ta' Malta. Minn naha l-ohra, avolja wahdiet, jezistu mudelli pozittivi, bhal l-iskola l-gdida ta' Santa Lucija li ghandna informazzjoni li din qed tinbena fuq linji stretti internazzjonali, ghaljhekk nistennew li din l-iskola tkun (a) kompletament accessibbli, u (b) sservi bhala mudell ghall-bini iehor ta' dan it-tip.
Naghmel appel ghas-sens kommun u ninsisti li jigi zviluppat pjan professjonali (mid-Direttorat tal-Edukazzjoni u mill-Università ta' Malta) biex b'mod sistematika u fi zmien stipulat il-facilitajiet edukattivi ta' l-iskejjel tal-gvern kollha jsiru accessibli ghal kulhadd, inkluz persuni b'dizabilità li juzaw siggu tar-roti. Inzid ukoll illi l-persuni b'dizabilità u l-genituri ghandhom jigu kkonsultati f'kull stadju ta' zvilupp u twettieq ta' dan il-pjan. B'hekk, eventwalment dawn il-facilitajiet ikunu jistghu jigu wzati minn studenti, genituri u professjonisti b'dizabilità. Fl-interess ta' opportunitajiet indaqs, ghandha tinghata prijorità lil dawk l-istituzzjonijiet fejn digà hemm jattendu persuni b'dizabilità. Is-Servizz Ghajnuniet Specjali (amministrat mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità) jipprovdi ghajnuna finanzjarja limitata ghax-xiri ta' apparat addattat tal-IT. Ideja li digà giet accettata fil-principju, hi li d-Direttorat tal-Edukazzjoni jistabilixxi fond ta' accessibilità sabiex tfal b'dizabilità jigu pprovduti b'apparat specjalizzat tal-IT li jghinhom fil-process tat-taghlim f'ambjent integrat.
Accessibilità: Attitudini generali
Meta nitkellmu fuq konsultazzjoni, qed nitkellmu fuq rieda tajba --- dan ifisser bidla fl-attitudini socjali. Nafu li huwa aktar difficli li twaqqa' muntanja milli tbiddel il-hsieb tradizzjonali ta' hafna nies.
Jehtieg li nrawwmu fost kulhadd attitudini fejn wiehed jaccetta d-diversità kollha tal-hajja. Fil-kamp edukattiv il-futur jinstab f'edukazzjoni inklussiva dan mhuwiex punt dibattibli izda fatt (WDES, 1994: p.1) li ghandu s-sapport ta' gvernijiet u unjionijiet trejdunjonistici ta' l-ghalliema fil-pajjizi kollha zviluppati. Ghalhekk, sas-seklu 21 l-edukazzjoni tat-tfal u zghazagh b'dizabilità f'ambjent segregat ghall-hin twil ghandu jinqata kemm jista' jkun malajr, u dan ghal gid tat-tfal kollha u tas-socjetà in generali.
Nerga' ntenni li, kull bidla fil-kamp edukattiv ma tfisser xejn jekk is-sistema kompetittiva prezenti, li tifavorixxi lil minn ghandu access ghall-aqwa rizorsi, ma tinbidilx f'sistema ta' ko-operazzjoni.
Accessibilità: il-kurrikulum
Noqghodu attenti li t-tfal tas-seklu li gej ma nghabbuhomx b'Kurrikulum Massimu Nazzjonali Minimu li minnu nnifsu jiffavorixxi li min l-aktar huwa vvantaggjat fizikament, intelletwalment u finanzjarjament.
Il-Kurrikulum Nazzjonali ghandu jkun tassew minimu, pero' fl-istess waqt ghandu jkun flessibbli bizzejjed minnu nnifsu sabiex l-ghanijiet tieghu ikunu jistghu jigu mwettqa b'aktar minn mod wiehed. Minghajr ma noqghod nelabora nistqarr b'konvinzjoni li dan huwa l-aktar punt importanti ta' din id-diskussjoni.
Accessibilità: tahrig ta' l-ghalliema u assistenti specjalizzati
Filwaqt li t-taghlim dwar dizabilità, bhala parti minn filosofija ta' edukazzjoni inklussiva, huwa asett integrali mill-kors regolari ta' l-ghalliema tal-Fakultà ta' l-Edukazzjoni (Universita' ta' Malta), jezisti lok ghal titjib sostanzjali f'dan il-qasam. Dan il-bdil ghandu jsir fuq bazi ta' pjan mahsub seww, sabiex b'hekk l-Università tohrog ghalliema lesti li:
· jaccettaw id-differenzi kollha, inkluza d-differenza tad-dizabilità, u biex
· jaccettaw u jikkooperaw mal-'assistenti fit-taghlim' (educational assistants) li, fejn ikun hemm bzonn jghinu lit-tfal b'dizabilità biex ilahhqu mal-Kurrikulum Minimu Nazzjonali.
Hawnhekk, il-Malta Union of Teachers ukoll ghandha r-responsabilità biex theggeg u tappoggja kull inizjattiva li tittiehed biex l-ghalliema jkunu jistghu jattendu tahrig in-service dwar il-mod u l-metodi ta' kif jigu integrati tfal b'dizabilita fi klassijiet regolari. Ghal l-ahjar zvilupp ta' dan il-qasam, u f'certi cirkostanzi, jista' jkun necessarju illi issues tradeunjonistici jitpoggew ghas-servizz ta' dan l-idejal.
Il-kwalità tas-servizz edukattiv ghal studenti b'dizabilità, fl-iskejjel kollha, jiddependi fuq il-kwalifiki professjonali ta' l-ghalliema, t-tahirg aggornat u kontinwu taghhom u l-facilitajiet ezistenti f'dawn l-iskejjel. Ghaldaqstant, hemm bzonn li jinghataw incentivi rejalistici biex l-ghalliema jfittxu li jizviluppaw kontinwament fuq livell professjonali. Fil-fatt, fuq inzjattiva tal-President tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità, Dr. Lawrence Gonzi, l-izvilupp kontinwu ta' professjonisti, genituri, persuni b'dizabilità u individwi ohra li jahdmu f'dan il-qasam inghata prijorità bl-izvilupp ta' Programm ta' Edukazzjoni Kontinwa.
Accessibilità ghall-metodi tat-taghlim
Bhalissa l-metodi tat-taghlim ghadhom imsejjsa fuq mudell industrijali ta' mass production: regimentazzjoni massima u flessibilità non-ezistenti. Anki fl-industrija dan huwa mudell li ghamel zmienu u qed jispicca. Illum qed issir emfasi fuq produzzjoni flessibli u prodotti individwalizzati. Fis-seklu 21 jehtieg li nindividwalizzaw l-edukazzjoni billi (a) kull student jahdem f'ambitu ta' Programm Edukattiv Individwalizzat u (b) nindividwalizzaw aktar il-metodi tat-taghlim. Biex nilhqu dawn l-idejali jehtieg li li l-iskejjel kollha jkunu attrezzati b'apparat specjalizzat u personnel imharreg seww biex jghin lill-persuni b'dizabilita jizviluppaw l-potenzjali sal-massimu possibbli.
Per ezemplu, attenzjoni specjali ghandha tinghata ghall-studenti li ghandhom problemi serji fil-komunikazzjoni. Il-facilitators ghandhom ikunu mharrga sew biex ikunu jistghu jikkomunikaw ma' studenti li jirrikjedu metodi alternattivi ta' komunikazzjoni, dan jinkludi taghlim fil-Lingwa tas-Sinjali tal-persuni b'nuqqas tas-smigh biex din tkun tista' tintuza bhala medium ghall-edukazzjoni ta' dawn it-tfal.
Fost ir-rizorsi essenzjali li hemm bzonn li jidhlu fl-edukazzjoni ta' tfal b'dizabilità, nistghu insemmu dik tat-tekonologija tal-informatika. Dan hu rizors li dan l-ahhar gie mdahhal fis-sistema edukattiva ta' pajjizna anke fil-livell primarju. Din mhux biss hi haga tajba, izda tirrapprezenta pass kbir 'il quddiem fl-edukazzjoni ta' l-istudenti taghna biex tghinhom fl-integrazzjoni u l-inkluzzjoni. Din l-ghodda ta' taghlim ghandha tidhol bi prijorità, ghaliex il-bzonnijiet "specjali" ta' l-istudenti b'dizabilità jirrikejdu dan it-taghlim forsi ferm aktar mis-setturi l-ohra. F'dan ir-rigward, kif jemfasizza r-rrapport Tomorrow's Schools jenhtieg li s-software u l-hardware li jidhol fl-iskejjel regolari jkunu accessibbli ghal kulhadd inkluz persuni b'dizabilità fizika, sensorja u, sa certu punt, dawk li ghandhom dizabilità intelletwali u mentali (Tomorow's Schools, 1994). F'dan ir-rigward, inkluzi fis-sistema edukattiva gdida ghall-persuni b'dizabilità, hemm il-bzonn ta' accessibilità ghal beneficcji finanzjarji biex jinxtara l-apparat addattat u servizzi biex jinghataw pariri siewja dwar xiri ta' apparat u servizzi ta' tahrig u sapport. Dan jezisti fis-Servizz Ghajniet Specjali li twaqqaf 1992, u li jehtieg li jkompli jespandi.
Nafu li hemm bzonn ta' sors kontinwu ta' informazzjoni u ghodda tant necessarja ghall-ghalliema. Kull sforz ghandu jsir biex studenti b'dizabilita li jattendu l-iskejjel specjali jigu integrati u inkluzi fi skejjel regolari. B'hekk l-iskejjel specjali, flimkien ma' ghalliema ta' esperjenza f'dan il-qasam, jistghu jintuzaw aktar bhala centri tar-rizorsi li joffru sapport dirett lill-dawk it-tfal li ghandhom bzonnijiet specjali (Salamanca Statement, 1994: p. 31). Zgur li dan is-servizz ikun jista' jghin biex l-ghalliema li jahdmu fil-qasam tal-edukazzjoni specjali jkunu jistghu jiffunzjonaw b'mod effettiv. Din l-ideja giet anke adottata fid-dokument Tomorrow's Schools (Tomorrow's Schools, 1994).
Accessibilità: flessibilita' fil-provedimenti kollha
Lezzjoni importanti li hadna mill-passat hu li kull providiment fir-rigward ta' edukazzjoni u persuni b'dizabilita irid ikun flessibbli. Dan mhux biss ghaliex kull persuna hi differenti, u allura l-bzonnijiet ta' kull individwu huma differenti, izda ghaliex iz-zmien u c-cirkorstanzi jinbidlu. Ghandna naharbu minn sistemi edukattivi ta' "pakkett wiehed jghodd ghal kulhadd". Kif semmejt qabel, huwa importanti li s-success jitkejjel fuq Programm Edukattiv Individwalizzat, aktar milli kemm wiehed iqarreb lejn 'in-norma' akkademika. Biex jintlahaq dan l-ghan hemm bzonn ta' persuni specjalizzati biex jaghmlu l-"assessment" u jfasslu dan it-tip ta' programm edukattiv individwallizzat ghal studenti b'dizabilità.
Minghajr ma jitnaqqar il-kuncett ta' edukazzjoni inklussiva, jenhtieg li jigu mwaqqfa ukoll klassijiet specjali fi skejjel regolari, u din il-policy ghandha tigi implimentata mill-aktar fiss, dejjem bi qbil ma' l-ghalliema koncernati li dan it-tip ta' provediment hu l-ahjar arrangament ghall-studenti. Per ezempju, hemm studji li juru li persuni b'nuqqas ta' smigh, u persuni b'nuqqas ta' dawl, jirregistraw aktar progress jekk jigu mghallma suggetti akkademici f'ambjent addattat ghal bzonnijiet partikolari taghhom. Biss barra mill-element akkademiku, il-kumplament tal-hin taghhom fl-iskola ghandu jkun f'ambjent integrat ma' l-istudenti l-ohra.
Fil-futur irridu ngharfu li mhux kull individwu b'dizabilità fi skola 'normali' ghandu bzonn facilitator. Il-bzonn ta' facilitator irid jitqies a bazi ta' assessment serju. Nista' nghid li filwaqt li persuni b'dizabilità intellettwali kwazi dejjem ser ikollhom bzonn ta' facilitator maghhom fil-klassi, ghall-maggor parti ta' tfal b'dizabilità fizika il-facilitator jista' jkun bhal qampiena tal-lebbruz li fl-istess waqt tirriklama l-prezenza ta' differenzi, u tippregudika b'mod attiv il-possibilità li jitwettaq il-process ta' integrazzjoni. Barra minn hekk f'termini ekonomici, mizura bhal din tirrendi l-integrazzjoni u l-inkluzzjoni ta' studenti b'dizabilita' tqum hafna aktar milli suppost, bil-konsewgwenza li jistghu jittiehdu decizjonijiet zbaljati fil-konfront ta' dan is-servizz.
Meta nharsu lejn zvilupp fil-futur irid niftakru li m'ghandniex nintrabtu ma' filosofija wahda ta' edukazzjoni inklussiva u ninjoraw possibilitajiet ohra, bhal l-ezempju dik ta' reverse integration fejn persuni minghajr dizabilità jiehdu parti mill-edukazzjoni taghhom ma' studenti b'dizabilità.
Il-flessibbilta tghodd ukoll fl-applikazzjoni ta' kwalunkwé regolament fir-rigward ta' htigijiet specjali ta' l-istudenti b'dizabilita. Il-quddiem irridu naraw li jispiccaw darba ghal dejjem is-soluzzjonijiet ad hoc ghal studenti li ser jaghmlu ezamijiet pubblici lokali u minflok, jigu zviluppati regolamenti cari ibbazati fuq il-principju ta' opportunitajiet indaqs.mhux b'mod li l-persuna b'dizabilita thoss li ghandha dritt ghaliha.
Accessibilità tal-informazzjoni
'Dawk li jkunu involuti fil-grupp ta' nies bi specjalizzazjonijiet differenti ghandhom ikunu mharrga biex jahdmu flimkien bhala grupp, biex jaqsmu bejniethom l-informazzjoni li jkollhom u biex jaslu biex jaccettaw dawn il-fehmiet ...'. (Edukazzjoni Specjali, 1993: C.10).
Nahseb ilkoll naqblu li ghad fadal hafna x'isir biex tibda tidhol il-mentalità li permezz taghha grupp ta' professjonisti differenti jahdmu bhala tim. L-istess jista' jinghad biex it-taqsimiet tal-edukazzjoni, tas-sahha u tal-familji u assistenza socjali jahdmu bhala tim.
Ghandu jkun hemm relazzjoni mill-qrib bejn il-kollaboraturi kollha fil-qasam tal-provedimenti edukattivi specjali, dawn jinkludu: l-amministrazzjoni tal-Edukazzjoni Specjali, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità, l-ghalliema u l-unions trejdunjonistici taghhom flimkien ma' elementi medici u para-medici, biex b'hekk in-nahat kollha jahdmu fl-ahjar interess tal-istudenti b'dizabilita u l-familji taghhom.
Il-processi kollha f'dan il-qasam, mill-aktar semplici, bhal l-accessibilità fizika sal-izvilupp ta' kurrikulum u metodi ta' taghlim aktar accessibbli ghandhom jinkludu bhala dritt il-partecipazzjoni attiva tal-genituri u, skond il-bzonn, rapprezentanti tal-ghaqdiet ta' persuni b'dizabilità. Ghaldaqstant, huwa importanti li jinzamm kuntatt kontinwu, sahansitra bil-miktub, bejn l-ghalliema tal-istudenti b'dizabilita u l-genituri taghhom biex ikun hemm konsistenza u informazzjoni bejn dak li jkun qed isir fl-iskola (CSIE, 1996: pp. 7-8) u fid-dar.
Accessibilita': fl-allokazzjoni ta' rizorsi
Biex inkunu onesti maghna nnfusna rridu nammentu li kwazi mit-twaqqif tieghu 40 sena' ilu, diversi amministrazzjonijiet ittrattaw dan il-qasam bhala is-Cinderella tas-sistema edukattiva. Mela, l-ewwel sfida trid tkun wahda ta' mentalità. Irridu nemmnu u nifhmu fl-importanza ta' settur ta' servizzi edukattivi specjali u, kif jergghu jghidu l-Amerikani "We have to put our money where our mouth is". Nahseb naqblu lkoll li jekk hemm servizz ekukattiv li jisthoqqlu investiment specjalizzat u attenzjoni professjonali mill-aqwa dan hu l-edukazzjoni specjali, inkluz l-iskejjel specjali sakemm dawn ikunu ghadhom mehtiega biex jaghtu servizz edukattiv.
Biex nizguraw li s-Seklu 21 ikun aktar accessibli ghall-persuni b'dizabilità jehtieg finazjament akbar ghal:
· tahrig tal-ghalliema fil-qasam tal-edukazzjoni specjali (jehtieg li nzidu ma' dak li qed isir prezentament);
· reklutagg ta' professjonisti;
· rizorsi edukattivi;
· tahrig vokazzjonali;
· edukazzjoni tal-adulti;
· programm biex facilitajiet edukattivi jkunu fizikament accessibli;
· l-informazzjoni tkun accessibli.Accessibilità: preparament ghall-hajja adulta u edukazzjoni dejjiema
Ghall-maggoranza ta' tfal li jistghu jsibu impjieg siewi, Is-sistema edukattiva minn naha taghha trid tgharaf tizviluppa fil-persuni b'dizabilità il-hajra ghax-xoghol. Fl-istess waqt trid tizviluppa fihom kapacitajiet li jkunu jiswewlhom aktar tard meta jigu biex ifittxu x-xoghol. Ghal dan l-ghan, l-edukazzjoni vokazzjonali tat-tfal b'dizabilita ghandha tkun parti integrali mill-edukazzjoni generali taghhom, b'aktar liaison bejn agenziji tat-tahrig u impjiegi u l-istudenti b'dizabilità li qeghdin fi skejjel regolari.
Ghall-minoranza ta' individwi b'dizabilità li ma jistghux jimpjegaw ruhhom f'ambjent miftuh jehtieg li jsirilhom ppreparament shih biex jiffaccjaw it-transizzjoni jew ghal xoghol f'Centri ta' Matul il-Jum, jew inkella ghal xoghol fuq programm ta' zvilupp individwalizzat. Dan irid isir biex kull student jaghmel din it-transizzjoni essenzjali bl-inqas trawma possibbli.
L-istudenti b'dizabilita ghandhom ikollhom l-opportunitajiet shiha biex ikunu jistghu jippartecipaw sal-massimu possibli f'attivitajiet extra-kurrikulari. L-istudenti b'dizabilita ghandna ninkoragguhom biex l-edukazzjoni taghhom ikompluha anki sal-livell terzjarju u ghal dan il-ghan ghandhom jinghataw kull facilita biex jaghmlu hekk'. Dan il-principju ta' l-ahhar jista' jsehh biss jekk isir sforz generali biex persuni b'dizabilità u l-genituri taghhom jigu meghjuna sabiex jghollu l-aspirazzjonijiet taghhom sostanzjalment, minn dawk li ghandhom illum.
KonkluzjoniMeta tharsu lejn persuni b'dizabilita' Maltin li ghandna edukazzjoni tajba, qeghdin tharsu lejn fenomenu rari daqs il-borra f'Awissu! Nista' naccertakom illi s-sistema edukattiva hekk imsejjha 'specjali' li, b'intenzzjoni mill-aktar genwini, rat il-bidu taghha fit-18ta' Mejju, 1956 (L-Edukazzjoni Specjali f'Malta, 1996: p. 35, para. 2.1) falliet kompletament milli taghti dinjta' umana, u milli ttejjeb il-kwalita' tal-hajja ta' kuljum ta' eluf ta' cittadini Maltin b'dizabilita'. Illum, ahna ilkoll nistabu taht l-akkuza siekta li qiegheda f'ghajnejn kull persuna b'dizabilita' li, f'dawn l-ahhar hamsin sena', ghal xi raguni jew ohra intortament gew maqtugha barra mill-wirt nazzjonali taghna. Ikun ghajb ghalina lkoll, jekk, lill-persuni b'dizabilita' nibghatuhom jiffaccjaw l-isfidi ta' millenju gdid bil-ghodda tas-seklu dsatax!
Fl-1958 meta l-genituri tieghi gew mgharrfa li jien posti kien fi skola specjali, huma gew iffaccjati b'sitwazzjoni li fuqha ma kellhom l-ebda kontroll. Illum din is-sitwazzjoni ma tistax terga' tigri ghaliex bil-Ligi tal-Edukazzjoni tal-1988 il-genituri stess jistghu jaghazlu s-skola tat-tfal taghhom. Biss jehtieg li, flimkien, imorru pass aktar il-quddiem billi l-ghazla ta' l-individwu tigi mharsa minnu stess bis-sahha ta' Ligi Opportunitajiet Indaqs. Din il-ligi, li abbozz taghha ghadu kif gie approvat mill-Kabinett f'dawn l-ahhar jiem, billi hi mahsuba li taghti s-sahha, mhux lill-istituzzjonijiet, izda lill-individwu, hi l-ahjar garanzija li ghall-cittadini b'dizabilità Maltin, is-seklu 21 ser ikun accessibbli f'kull sens tal-kelma, ghaliex ser ikun imsejjes fuq il-kuncett ta' opportunitajiet indaqs.
______________________________________________________
BibljografijaBezzina, Fred (ed): L-Edukazzjoni Specjali f'Malta, Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità, 1993.
Bezzina u Camilleri (ed): L-Edukazzjoni Specjali f'Malta: Konferenza Nazzjonali - Diskorsi u Interventi, Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità, 1996.
Centre for Studies on Inclusive Education: Developing an Inclusive Policy for Your School, A CSIE Guide, Bristol, 1996.
Westminster Diocese Education Service: Diocesan Statement on Children's Special Educational Needs, 1994.
World Conference on Special Needs Education: Access and Quality, The Salamanca Statement and Framework for Action on Special Needs Education, Salamanca, Spain, 1994.
United Nations: Standard Rules for the Equalisation of Opportunities for Persons with Disability, Geneva, 19XX.
______________________________________________________