Nibnu Komunitajiet Fejn Kulhadd Ghandu Sehem
Mehud minn: Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità: Nibnu Komunitajiet Fejn Kulhadd Ghandu Sehem, messagg ghat-tfal tal-iskejjell, mahrug ghall-okkazzjoni tal-Gimgha ta' l-Persuni b'Dizabilità - 1996, Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità, 1996. Ippubblikat bil-permess tal-KNPD.
Nahseb li hafna minnkom digà tafu li l-Gnus Maqghuda, ghaqda li tirrapprezenta l-pajjizi tad-dinja, ghandha drawwa li gurnata fis-sena tistiedinna biex nahsbu ftit fuq xi suggett partikolari. Per ezempju, gieli niddedikaw gurnata biex insiru nafu aktar dwar l-ambjent, jew il-bzonnijiet tat-tfal bhalkom. Issa ta' kull sena, fit-3 ta' Dicembru, l-pajjizi kollha ta' dinja ifakkru l-Jum Internazzjonali tal-Persuni b'Dizabilità. Tafu ghaliex? Dan isir bil-ghan li fil-pajjizi kollha fid-dinja in-nies jahsbu ftit dwar x'jista' jsir biex persuni b'dizabilità jghixu hajja ahjar u jkollhom cans li jgawdu minn opportunitajiet indaqs.F'Malta, bhal fi snin ohra, il-Federazzjoni ta' l-Ghaqdiet ghall-Persuni b'Dizabilità, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità, flimkien mal- Kunsill Pastorali Persuni b'Dizabilità ser jorganizzaw numru ta' attivitajiet fl-okkazzjoni tal-Gimgha tal-Persuni b'Dizabilità (1 ta' Dicembru sat-8 ta' Dicembru 1996). Din is-sena l-attivitajiet kollha ser ikollhom l-istess tema: NIBNU KOMUNITAJIET FEJN KULHADD GHANDU SEHEM.
"Nixtieq ikolli l-hbieb ma' min nilghab"
Joanne, tifla ta' 10 snin, ghandha dizabilità intelletwali (iddum aktar biex titghallem. Hi tattendi skola 'regolari' bhal dik li tattendi int. Joanne tghix id-dar m' omma u missierha, u zewg huta: Rosa li ghandha 7 snin u Jason li ghandu 5 snin. Il-familja ta' Joanne tghix f'belt 'regolari'. Imma l-hajja tat-tliet ahwa hija ferm differenti. Rosa u Jason ghandhom hafna hbieb kemm fl-iskola, u kemm barra mill-iskola. Dawn dejjem jilaghbu flimkien: issa jmorru x'imkien ma' l-iScouts, jew Brownies, issa jilaghbu l-isport, issa jigru bir-roti, gieli jkollhom xi attività mat-tfal tal-parrocca. Il-hajja taghhom mimlija b'attivitajiet interessanti.
Imma, mhux Joanne. L-iskola, kulhadd ihobb lil Joanne, pero' t-tfal l-ohra qatt ma' jistiednuha tmur tilghab id-dar taghhom. Qatt ma jistiednuha biex tattendi xi party, jew attività ohra barra mill-iskola. Wara l-iskola, Joanne tmur id-dar u tqatta' l-hin kollu taghha ma' ommha, jew ma' huta (jekk dawn ma jkunux barra jilaghbu ma' shabhom).Meta staqsejna lil Joanne x'inhi l-akbar xewqa taghha, hi qaltilna: "Nixtieq ikolli l-hbieb ma' min nilghab". Ghaliex ghandkom tkunu tafu li, barra mid-dizabilità taghha, Joanne hi tifla 'normali'. Tixtieq tkun parti minn grupp ta' hbieb, hi tifla ferrieha, taf tilghab bhal tfal ohra u thobb hafna l-kumpanija ta' tfal tal-età taghha. II-genituri ta' Joanne jixtiequ li xi grupp ta' tfal jiehdu interess f'Joanne u jdahhluha fil-grupp taghhom u jghinuha biex hi tkun tista' tiehu parti fl-attivitajiet kollha tal-grupp --- mhux bhala persuna 'specjali' tafux, imma bhala tifla 'regolari' bhalhom.
X'tahsbu tfal? Intom tiehdu pjacir kieku wara l-iskola tqattghu l-hin liberu kollu taghkom id-dar? Kieku hadd minn shabkom ma jistiedinkom ghall-parties taghhom? Kieku l-ghaqdiet tat-tfal qatt ma johorgukom maghhom? U zgur li ma tiehdux gost! U bir-ragun!
Nahsbu li hafna minnkom qed tghidu: "Iva, imma ahna tfal. Ahna xi tridna naghmlu biex tfal bhal Joanne jibdew jidhlu fil-hajja tal-gruppi taghna?Intom tistghu taghmlu l-parti taghkom biex tfal b'dizabilità, specjalment tfal b'dizabilità intelletwali, jkunu jistghu jigu mdahhla fil-hajja ta' kuljum tat-tfal kollha.
Ibdew aghmlu hbieb mieghu, jew maghha, bil-mod. Tghagglux, ghax jekk it-tifel, jew tifla, b'dizabilità qatt ma kellhom hbieb qabel, ghal bidu ser jisthu u jibzghu xi daqxejn.
Qisu li l-attivitajiet kollha li torganizza l-iskola jew gruppi fejn tattendu, jinkludu wkoll is-sehem attiv u shih ta' tfal kollha, anki dawk li ghandhom dizabilità.
Iva nistghu nghinu ahna wkoll biex kulhadd jiehu parti fl-attivitajiet kollha li jaghtuna pjacir fil-hajja taghna. B'hekk tfal bhal Joanne jistghu jghixu hajja mimlija u attiva. Ma naqtghux qalbna! Inkomplu nghatu sehemna biex, flimkien:
NIBNU KOMUNITAJIET FEJN KULHADD GHANDU SEHEM