Nibnu Komunitajiet Fejn Kulhadd Ghandu Sehem
Noti ghall-ghalliema tas-sekondarja

Mehud minn: Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità: Nibnu Komunitajiet Fejn Kulhadd Ghandu Sehem, noti ghall-ghalliema tas-sekondarja ibbazati fuq il-messagg tal-Gimgha ta' l-Persuni b'Dizabilità - 1996, Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità, 1996. Ippubblikat bil-permess tal-KNPD.


Dawn in-noti jistghu jintuzaw mill-ghalliema biex minnhom issir lezzjoni bbazata fuq il-messagg ghal Gimgha tal-Persuni b'Dizabilità mahrug ghall-okkazzjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Persuni b'Dizabilità tal-Gnus Maqghuda.

FTAKAR
Dawn huma biss suggerimenti. Jekk l-ghalliem jippreferi jista' juza 'approach' differenti.

Introduzzjoni

Wara li tkun qrajtu l-istorja ta' Joanne, staqsu dawn il-mistoqsijiet lit-tfal:
· X'tahsbu tfal?
· Intom tiehdu pjacir kieku wara l-iskola tqattghu il-hin liberu kollu taghkom id-dar?
· Kieku hadd minn shabkom ma jistiedinkom ghall-parties taghhom?
· Kieku l-ghaqdiet tat-tfal qatt ma johorgukom maghhom?

Nahseb li t-twegiba tkun Le! U zgur li ma tiehdux gost! U bir-ragun!


Informazzjoni

Spjega lit-tfal tal-klassi kif f'Malta ghad ghandna hafna tfal b'dizabilità, li bhal Joanne, jattendu l-iskejjel 'regolari'. Imma barra mill-hin tal-iskola huma minsija minn tfal ohra, u minn gruppi li jorganizzaw attivitajiet ghat-tfal. Dawn it-tfal jispiccaw minghajr hbieb, jghixu hajja maqtughha minn tfal ta' l-età taghhom. Setghu kienu jezistu fuq pjaneta ohra.



Diskussjoni

Kif jista' jkun li tifla, bhal Joanne, tghix imdawwra bit-tfal ta' l-iskola, imma xorta tibqa' wahedha? Kif jista' jkun li tifla bhal Joanne, tqatta hajjitha tghix f'belt regolari u xorta tkun minsija u mwarrba? Wara kollox, Joanne m'hiex 'specjali', hi tifla bhalek, imma ghandha dizabilità intelletwali. Hafna minnkom qed tghidu: "Iva, imma ahna tfal. Ahna xi tridna naghmlu biex tfal bhal Joanne jibdew iddhlu fil-hajja tal-gruppi taghna?


Attivitàjiet

L-EWWELNETT TINSEWX
li t-tfal b'dizabilità ghandhom bzonnijiet differenti
imma m'humiex 'spezjali'. Barra mid-dizabilità taghhom m'ghandhom xejn differenti minn tfal ohra ta' l-istess età.

Dawn huma ftit ezempji ta' x'jistghu jaghmlu t-tfal minghajr dizabilità biex tfal b'dizabilità, specjalment tfal b'dizabilità intelletwali, jkunu jistghu jigu inkluzi fil-hajja ta' kuljum tat-tfal kollha.


Xoghol fil-klassi

Ikteb lista ta' l-attivitajiet kollha li inti tiehu parti fihom, bhal: sport (futbol, netball, ginnastika, ezz), Girlguides/ Scouts, hrug mal-hbieb (tmorru taraw film, jew tmorru 'hike', fis-sajf tmorru hdejn il-bahar), attivitajiet mal-parrozza, jew mal-MUSEUM, loghob fuq kompjuter, ezz.

Ikteb lista ta' l-ismijiet ta' tfal li l-aktar li thobb tilghab maghhom (fil-lista li ktibt jidhru ismijiet ta' tfal b'dizabilità? --- jekk le, ghaliex)

Ghamel 'timetable' tal-granet u hinijiet l-aktar li tkunu flimkien mal-hbieb tieghek


Xoghol barra mill-klassi

Iltaqa' ma shabek, uriehom il-listi li tkun lestejt u staqsiehom x'tistghu taghmlu biex iddahhlu tifel, jew tifla, b'dizabilità fil-grupp taghkom

Araw hemmx tifel, jew tifla, b'dizabilità fl-inhawi taghkom li intom tahsbu li jista' jidhol fil-grupp taghkom

Ibdew ghamlu hbieb mieghu, jew maghha, bil-mod. Tghagglux, ghax jekk it-tifel, jew tifla, b'dizabilità qatt ma kellhom hbieb qabel, ghal bidu ser jisthu u jibzghu xi daqxejn.

Ibdew organizzaw attivitajiet fejn it-tifel, jew tifla, b'dizabilità jkunu jistghu jiehdu sehem b'mod attiv u mod shih.

Fl-attivitajiet taghkom oqoghdu attenti li dejjem tkunu grupp shih: tfal minghajr dizabilità, u tfal b'dizabilità.

Wara ftit tindunaw li t-tfal b'dizabilità, barra milli ghandhom bzonnijiet differenti, huma ezatt bhal tfal ohra ta' l-istess età!


Konkluzjoni

Dawn id-disgha passi huma mezz kif nistghu nghinu ahna wkoll biex kulhadd jiehu parti fl-attivitajiet kollha li jaghtuna pjacir fil-hajja taghna. B'hekk tfal bhal Joanne jistghu jghixu hajja mimlija u attiva. Dawn id-disgha passi huma bhal loghba tas-slielem u s-sriep, mimlijin tlugh u nzul, issa' 'l fuq issa' l isfel. Imma, ma naqtghux qalbna mis-sriep! Inkomplu sejrin sakemm naslu sa' l-ghaxar kaxxa:

Nibnu komunitajiet fejn kulhadd ghandu sehem.


Follow-up work

Meta jkun ghadda ftit zmien (madwar tliet xhur) l-ghalliem jista' jitlob lit-tfal li jkunu hadu parti f'attivitajiet ma' tfal b'dizabilità biex dawn jirrapportaw lura lill-klassi u jispjegaw l-esperjenza taghhom lill-kulhadd.

________________________________________________

previous page