Il-Hotbi ta' Nôtre Dame


Noti ghall-ghalliema ta' l-Iskejjel Primarji fl-okkazjoni tal-Gimgha tal-Persuni b'Dizabilità 1997. Ippreparati minn Joseph M. Camilleri, Chair, Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità u persuna b'nuqqas ta' mobilità.


Introduzzjoni


Il-hsieb wara dawn in-noti huwa li l-ghalliema fil-livell tal-primarja, li ta' sikwit isibu l-messagg daqxejn tqil ghat-tfal zghar, ikunu jistghu johorgu lezzjoni bbazata fuq it-tema tal-Gimgha tal-Persuni b'Dizabilità ta' din is-sena'. Nixtieq naghmilha cara li dawn huma biss suggerimenti, ghaldaqstant l-ghalliema jistghu juzawhom kif iridu. Nifhmu li jista' jkun hawn ghalliema li jippreferu juzaw metodi kompletament differenti.

Ghal din l-attività jehtieg li t-tfal jaraw il-cartoon Il-Hotbi ta' Nôtre Dame (The Hunchback of Nôtre Dame) flimkien, jew ghallinqas jaraw is-siltiet li huma diskussi fin-noti.
L-ebda storja wahedha qatt ma tista' taghti xbieha kompleta ta' xi tfisser li tghix b'dizabilità: l-esperjenza tad-dizabilità hija vasta wisq biex tingabar f'cartoon ta' siegha w nofs. Biss storja bhal m'hi dik tal-Hotbi ta' Nôtre Dame tista' tohrog b'waqtiet li jqarrbu lejn il-verità tal-hajja taghna ta' kuljum. Dan isir anki jekk il-kumpanija Disney bidlet il-vizjoni ferm aktar wiesgha u mudlama li nsibu fl-istorja orginali ta' Victor Hugo u taghtha xejra ferm aktar 'imdawwla' u ferrieha. Naturalment dan ghaliex din hija vizjoni li aktar tintoghgob u 'tinbiegh'!

Wara li t-tfal ikunu raw u ddiskutu l-hajja ta' Quasimodo, hekk kif tizvolgi fil-film, huma ghandhom jigu mhegga biex:
· isibu ezempji ta' tfal b'dizabilità li huma jafu bihom fil-lokalità taghhom u li forsi, bhal Quasimodo, qed iqattghu hafna mill-hin taghhom maghluqin gewwa ghal xi raguni jew ohra;
· jidentifikaw ruhhom ma' min ghandu dizabilità, u mhux li jharsu lejhom bhala 'differenti', jew 'apparti' mill-hajja li jghixu huma stess, u
· jaghmlu hbieb ma' tfal b'dizabilità sabiex jaghmlu bhal ma taghmel Esmeralda fl-ahhar tal-film fejn hi stess toffri l-id tal-hbiberija lill-Quasimodo biex dan jaghmel kuragg u johrog mid-dlam ta' l-izolament ghad-dawl ta' hajja inklussiva.
It-tfal iridu jifhmu li l-bidla m'hiex se ssir wahedha imma rridu nahdmu bis-shih biex is-socjetà taghna: tinkludi flok teskludi, tivvalorizza flok tiggudika b'mod negattiv, u fl-ahhar mill-ahhar toffri kwalità ta' hajja ahjar lill-kulhadd.

Hajr lis-Sinjorina Rosanne Fenech ta' l-ghajnuna li tghat biex jigi ppreparat dan l-ezercizzju.

 

KUMMENTI dwar oqsma tad-dizabilità

EZEMPJI MILL-FILM

     

1.

Hawn hafna nies jahsbu li jekk inti jkollok dizabilità jfisser li inti differenti, ikrah, injorant, insomma, li m'intix 'tajjeb daqs haddiehor'. Fil-bidu tal-film kulhadd jahseb dawn l-affarijiet dwar Quasimodo.

CLOPIN

The Tale of a Man

and a Beast!

     

2.

L-istorja tibda meta Frollo, ragel importanti u krudili, joqtol mara zingara. Din thalli warajha tarbija b'dizabilità. Il-kappillan tal-katidral ta' Nôtre Dame jinsisti li Frollo jrabbi t-tarbija hu stess, bhala penitenza talli kien qatel lil ommha. Izda, meta jara t-tarbija sfurmata, Frollo jghid: "Dan mostru, mhux tarbija. Hallieh jghix, imma aqflu fil-katidral halli hadd izjed ma jarah!"

NOTA

F'Malta sa ftit snin ilu, n-nies b'dizabilità kienu jinzammu maqfulin id-dar --- il-boghod minn ghajnejn in-nies. Illum ghadu jigri hekk? Fir-rahal/ belt tieghek taf kemm hemm tfal b'dizabilità? Inti ghandek ahwa, jew hbieb li ghandhom dizabilità? Jekk le, ghaliex?

FROLLO

"A baby, a monster!"

"Let him live in the church, just so long as he’s locked away

where no else can see

     

3.

Frollo jaghti isem krudili lit-tarbija: Quasimodo. Dan ifisser 'sfurmat'. Frollo isemmieh hekk ghaliex Quasimodo ghandu hotba, wiccu mfaqqa u werc. Dan huwa isem li ma jixraq lil hadd.

NOTA

Hafna nies meta jaraw lil xi hadd differenti minnhom jibzghu u jew juruh wicc ikrah, jew inkella jiddiehqu bih billi jaqalghulu xi laqam li jwegga' --- kif jigri lil Quasimodo. Inti hekk taghmel ukoll? Il-kliem jista' jwegga' hafna. Inti gieli xi hadd qallek xi kelma li weggghetek? Gieli smajt tfal jghajjtu lil tfal ohra b'laqam li jwegga'? Jekk int, jew xi hadd iehor, tkunu ser tiddiehku b'xi hadd li ghandu dizabilità, ieqfu u ahsbu ftit. Kieku tfal ohra kellhom jiddiehku bikom, intom tiddejjqu, jew tiehdu pjacir?

CLOPIN

A cruel name. A name that means half formed: Quasimodo

     

4.

Quasimodo xogholu huwa li jdoqq il-qniepen tal-Katidral. Hu jghix f’ghorfa fil-quccata tal-Katidral. Biex ikollu ftit kumpanija huwa jaghti l-hajja lill-istatwi (Victor, Laverne u Hugo), lill-qniepen u lill-ghasafar li jbejtu fil-gholi fejn joqghod hu. Izda xorta jhoss in-nuqqas ta’ hbieb bnedmin bhalu.

NOTA

Taraw kif Quasimodo jibda jghix f'dinja tal-holm. Dinja fejn il-hbieb tieghu huma annimali u statwi tal-gebel. Kieku inti ma kellekx hbieb tfal, tahseb li kont tkun kuntent/a? Kulhadd jiehu gost jilghab bit-toys, imma xi hin jew iehor, kulhadd ifittex il-kumpanija tal-hbieb.

 
     

5.

Issa Quasimodo ilu zmien twil maqful wahdu fil-Katidral. Dejjem jara n-nies fil-pjazza gejjin u sejrin jiccajtaw, jargumentaw --- ghaddejjin b'hajjithom. Imma hu dejjem wahdu. Sa' fl-ahhar jibda jaghmel f'qalbu. Taqbdu xewqa kbira li jmur il-Karnival (jew il-Festa tal-Boloh), imma jibza' li n-nies iwaqqghuh ghaz-zuffjett. Idahhalha f'mohhu li l-problema gejja minnu nnifsu: ghax hu m'huwiex 'normali'. Qatt ma tigieh f'mohhu li l-problema hi li n-nies ghandhom attitudini hazina ma min hu differenti minnhom.

NOTA

It-tfal li ghandhom dizabilità jhobbu l-festi u x-xalar daqsek. Daqsek ihobbu d-dahk, iz-zfin u zuffjett. X'nistghu naghmlu, biex ninkludu tfal b'dizabilità fil-festi? Mhux f-attivitajiet "specjali" fejn jattendu nies b'dizabilità biss, imma f'attivitajiet "normali" ma' tfal li m'ghandhomx dizabilità. Ahsbu ftit u tkellmu.

QUASI

What’s the use

of watching the party

if you

never get to go!"

'I’d never

fit in out there.

I’m not --- normal.'

     

6.

Frollo isir jaf li Quasimodo jrid imur il-Karnival u jibda jaghmel minn kollox biex jipperswadieh biex ma jmurx. Frollo jibda jbezza' lill-Quasimodo billi jghidlu li d-dinja krudili u mimlija nies hziena. Frollo jghid lil Quasimodo li jekk hu jwebbes rasu u johrog mill-Katidral, Frollo ma jkunx jista' jipprotegieh. Fl-ahhar Frollo jfakkar lill-Quasimodo kemm ghandu jkun grat lejh. Ghal Quasimodo, il-Katidral li kien itih il-kenn, issa jsir il-habs tieghu u r-ragel li suppost jiehu hsiebu (Frollo) isir il-gwardjan tal-habs.

NOTA

Il-post fejn noqoghdu jaghtina kenn mill-affarijiet perikoluzi ghalina, bhal-bard, xemx, xita, rih qawwi, nies hziena. Ghalhekk meta jibda jidlam infittxu li ningabru fil-kenn tad-dar u tal-familja. Imma jekk ghal xi raguni ahna jkollna nibqghu id-dar ghal zmien twil hafna (bhal meta nimirdu) nhossuna qisna qeghdin go habs. B'hekk il-post li jaghtina l-kenn, isir il-habs taghna. It-tfal b'dizabilità m'humiex differenti minnek: meta jibqghu id-dar ghal zmien twil, huma jiddejjqu wkoll u jkunu jridu johorgu wkoll. X'nistghu naghmlu biex aktar tfal b'dizabilità johorgu jilaghbu maghna?

FROLLO

"The world is cruel, the world is wicked!"

"How can I protect you if you do not

stay in here?"

"Be grateful to me!"

     

7.

Imwiddeb minn Frollo, Quasi jispiccalu l-kuragg kollu, u ghalhekk jiddeciedi li ahjar jibqa’ fejn hu: mistohbi wara t-twieqi u l-hitan kennija tal-Katidral.

NOTA

Tiftakar meta bdejt l-iskola l-ewwel darba kemm bzajt? Ma ridtx titlaq lill-mamà, bzajt li t-tfal l-ohra jidhku bik, bzajt li t-teacher ser tghajjat mieghek. Insomma, bzajt minn kollox. It-tfal b'dizabilità jibzghu mill-istess affarjiet. Jekk qatt ma naghmlu kuragg, qatt ma nimxu' 'l quddiem. Imma biex naghmlu l-kuragg rridu nghinu lil xulxin (lil min ghandu u lil min m'ghandux dizabilità) biex nirbhu l-bizghat taghna.

QUASI

"Safe behind these windows and these parapets of stone."

‘Wondering what it’s like to pass a day, not above them, but among them!"

     

8.

Waqt il-Karnival hadd ma joqghod ihabbel rasu dwar min hu twil, min hu qasir, ohxon, rqiq, ikrah jew sabih. Hadd ma joqghod jikkalkula min hu normali u min mhux, ghax fil-Karnival kollox jghaddi. Ghal ftit taz-zmien Quasimodo jiehu pjacir ikun bniedem bhal haddiehor, mitluf fil-folla mhux maqtugh ghalieh wahdu. Izda meta nies jintebhu li Quasimodo 'Il-Mostru ta' Nôtre Dame' qieghed fosthom, jinhakmu minn biza' kbira --- jattakkawh u jkasbruh.

 

 

NOTA

Tiftakar meta bdejt l-iskola l-ewwel darba kemm bzajt? Ma ridtx titlaq lill-mamà, bzajt li t-tfal l-ohra jidhku bik, bzajt li t-teacher ser tghamel ghalik? Li hadd m'hu ser ihobbok? Kellek taghmel il-kuragg biex tgheleb il-biza' kbira li hakmitek. Meta nhabbtu wiccna ma' sitwazzjoni gdida, kollha kemm ahna nibdew nibzghu, ghandna jew m'ghandniex dizabilità --- din haga naturali.

IL-KARNIVAL

(il-festa tal-boloh)

_________________

the festival of fools

 

     

9.

Frollo huwa bniedem ahrax li jrid jisserva b'kollox u b'kulhadd ghal skopijiet tieghu. In-nies jezistu biss biex hu jkun jista' jikkontrollhom. Jekk ma' jkunx jista' jikkontrolla lil xi hadd, hu jipprova minn kollox biex jeqirdu. Hekk jaghmel liz-zingari --- specjalment lill-Esmeralda, tfajla zingara sabiha. Esmeralda tisfida lil Frollo u taqta' l-hbula li jkunu qed izommu prigunier lil Quasimodo. Frollo irid jeqridha ghax hi ma tibzax minnu u ghalhekk ma' jistax jikkontrolla.

FROLLO

"You’ve chosen a magnificent prison, but it is a prison nonetheless!"

     

10.

Esmeralda l-ewwel darba li tinduna li Quasimodo ghandu wiccu ikrah tiehu qatgha u tingibed lura, izda meta ssir tafu ahjar hi tibda tara l-persuna, mhux id-dizabilità. Malajr tinduna kemm Quasimodo hu ragel gentili u bravu. Per ezempju, kemm jaf jahdem b'idejh, jaghmel pasturi zghar ta' l-injam. Kemm jaf jaqbez minn kampnar ghal iehor, kemm jaf japprezza s-sbuhija tan-natura: l-ghasafar li jbejjtu fil-kampnar, il-veduta tax-xemx niezla fuq ix-xmara Seine.

NOTA

Jekk jirnexxilna nghelbu l-biza' u l-kurzità u nharsu mhux lejn id-dizabilità imma lejn il-persuna, malajr nintebhu li l-persuni b'dizabilità ghandhom hafna kwalitajiet pozittivi. Ahsbu ftit dwar persuni b'dizabilità li intom tafu, u minflok tahsbu fid-dizabilitajiet taghhom, ghamlu bhal Esmeralda --- ghamlu lista ta' l-abilitajiet taghhom. Issa ghamlu lista ta' kwalitajiet fejn tfal b'dizabilità jixbhu lil shabhom bla dizabilità.

ESMERALDA

"What have they got against people who are different, anyway?"

     

11.

Avolja Quasimodo issa beda jkollu l-hbieb tad-demm u l-laham (Esmeralda u l-Kaptan Phoebus) huwa ghadu jhares lejh innifsu bhala krejatura kerha u ta' min tistmerra. Ghadu ma gharafx it-tajjeb fih innifsu.

NOTA

Meta nisimghu lin-nies ta' madwarna dejjem imaqdruna u jwaqqghna ghac-cajt, difficli li nizviluppaw kunfidenza, fina nnfusna. L-istess jigri lil hafna tfal b'dizabilità li ta' kuljum jisimghu mhux tifhir, izda nies li dejjem ifakkruhom fid-dghjufija u nuqqas t'abilità taghhom. Ahna nistghu naghtu sehemna billi niffukaw fuq dak li hu pozittiv fil-persuna u mhux dejjem naraw il-limitazzjonijiet.

QUASI

"No face as hideous as mine was ever made for heaven’s light!"

     

12.

Ftit, ftit Quasimodo jibda jemmen fih innifsu. Biss ghad ghandu bzonn minn jinkuraggieh. Bil-mod jibda jaccetta li jekk inti differenti, ma jfissirx li int aghar, jew inqas minn haddiehor. Anzi, Quasimodo jinduna li hafna mis-sabih fil-hajja gej mill-fatt li kull individwu huwa differenti u uniku. Imma Quasimodo ghadu m'huwiex zgur minnu nnifsu.

 

NOTA

Ahsbu ftit, tkun haga tajba kieku kulhadd kellu l-istess kulur tax-xaghar u ta' l-ghajnejn? Kieku kulhadd kien l-istess fil-ghamla? Kieku l-fjuri kienu kollha l-istess kulur? Kieku l-helu kollu kellu l-istess toghma? Nahseb li twiegbu le. Ghax ahna niggustaw toghmiet differenti, kuluri differenti. Bl-istess mod ahna kburin bid-differenzi ta' bejnietna, ghax id-differenzi taghna jaghmluna specjali, jaghmluna unici.

LAVERNE

"Could there be two like you --- no way!"

(fil-kanzunetta:

A Guy Like You)

     

13.

Lil Quasimodo jaqbduh dwejjaq kbar. Issa li ra b'ghajnejh kemm seta' jkun kuntent fid-dinja 'normali', ma riedtx li jerga' jinghalaq qisu prigunier fil-Katidral ta' Nôtre Dame. Hu ried jghix hajtu minghajr ma xi hadd (Frollo) joqghod jordnalu x'ghandu jaghmel jew ma jaghmilx. Ried jiehu d-decizjonijiet hu stess, ried jiehu r-riskji hu stess. Kien jaf li l-hajja li hu ried jghix barra mill-Katidral kienet wahda perikoluza, imma hu kien jippreferi hekk milli n-nofs hajja kennija go dik il-habs sabiha. Fil-fatt meta jsibu l-mappa ta' Parigi li tkun hallitilhom Esmeralda, Phoebus u Quasimodo jaqbdu argument shih bejniethom: din hija l-ewwel darba li Quasimodo qed jigi ttrattat b'mod ugwali minn ragel iehor.

NOTA

Intom tahsbu li l-persuni b'dizabilità jiehdu gost li dejjem ikunu maqtughin ghalihom, u dejjem b'xi hadd hdejhom jghidilhom x'jaghmlu? U zgur li le. Huma jridu li jkunu parti mill-grupp, iridu jilghabu, jifirhu, u anki jargumentaw u jiggieldu ma' shabhom jekk hemm bzonn. Insomma, jridu jkunu bhal kulhadd --- mhux 'specjali'.

QUASI

"I’m tired of trying to be something that I’m not."

     

14.

Quasimodo issa jsib ruhu fl-aghar sitwazzjoni ta' hajtu: maqful bil-qtajjen fil-kampnar ta' Nôtre Dame. Fil-pjazza jara li Frollo wasal biex joqtol lil Esmeralda billi jahraqha hajja. Hu jixtieq jahrab biex jehles lil Esmeralda, imma ma jistax. Ma jistax, ghaliex meta ma jkollokx fiducja fik innifsek u tkun imdorri li haddiehor jahseb ghalik, difficli ssib il-libertà. Shabu l-istatwi jippruvaw jikkonvincuh li jekk irid jista' jahrab mis-seher li ghandu fuqu Frollo. Fl-ahhar bi sforz tremend Quasimodo jirnexxilu jkisser il-ktajjen li jkunu qed ijassruh.

LAVERNE

"These chains aren't what's holding you back …"

     

15.

Quasimodo jirnexxilu joqtol lil Frollo (il-'bestja' ta' l-istorja) u jehles lil Esmeralda imma fil-festa kbira li ssehh hu jerga' jirtira ghal kenn tal-Katidral (ghadu ma rebahx il-glieda kontra l-misthija u l-biza). Biss issa matul l-avventura Quasimodo ghamel hbieb tal-qalb u dawn m'humiex lesti li jhalluh jerga' 'jindifen haj'. Ghalhekk, Esmeralda mill-ewwel toffri l-id tal-hbiberija u tiggwida lill-Quasimodo mid-dlam (hajja segregata) ghad-dawl (hajja mal-kotra tal-bnedmin).

NOTA

Din l-istorja turina kemm huma mportanti l-hbieb biex jghinuna nerbhu l-biza', naghmlu kuragg u niehdu r-riskji. It-tfal b'dizabilità wkoll ghandhom bzonn l-inkoraggiment u s-sapport tal-hbieb biex jiehdu l-ewwel passi minn hajja ta' dlam, ghal hajja ta' dawl. Minn hajja mistohbija fil-kenn/ habs tad-dar, ghal libertà u perikli tal-pjazza mimlija bnedmin differenti.

ESMERALDA

Il-valur tal-hbieb vera. Il-qawwa ta'

l-id tal-hbiberija

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

previous page

 

 

previous page