ATTITUDINI u ACCESSIBILITÀ F'MALTA

Camilleri, Joseph M. (1992): 'Attitudini u Accessibilità f'Malta'. Diskors li sar fl-okkazjoni ta' l-gheluq l-ghaxar snin iddedikati mill-Gnus Maghquda ghall-Persuni b'Dizabilità. TVM, Gwardamangia. 3 ta' Dicembru 1992.


Il-lejla qed nidher quddiemkhom, mhux bhala rapprezentant ta xi organizzazzjoni, jew grupp, imma sempliciment bhal persuna Maltija u persuna b'dizabilità. L-ghaxar snin iddedikati ghal persuni b'dizabilità mill-Gnus Maghquda issa waslu biex jintemmu. Sar hafna progress f'dawn l-ghaxar snin, izda ghad baqa hafna xi jsir. Xtaqt nitkellem fuq hafna affarijiet imma mhux possibilit fil-hin limitat li ghandna. GHalhekk, illum nixtieq naqsam maghkhom ftit riflessjonijiet dwar xi tfisser li tkun persuna Maltija b'dizabilità fl'1992.

Kontu tafu li madwar ghaxra fil-mija tal-popolazzjoni Maltija tbati min xi disabilità tal-gisem jew tal-mohh? Dan ifissir li hawn Malta ghandna madwar 35,000 ruh b'dizabilità. Issa f'dawn il-jumejn li gejjin, meta issib ruhek f'xi post pubbliku, hares harsa madwarek u staqsi lilek innifsek: fejn huma dawn l-35,000 ruh? Oqodu attenti u forsi taraw xi wiehed, jew wahda, l'hemm u l'hawn. Il-bicca l-kbira ma jidhru 'mkien.

Ahna populazzjoni kwazi invisibbli. GHadna wisq bhal dellijiet li nighxu maghluqin: f'id-djar, f'istituzzjonijiet, u skejjel specjali; nivvjaggaw f'xarabankijiet specjali, jew karozzi tal-familjari. Jarawna biss il-familjari taghna, u nies professjonali. Hafna drabi nohorgu fil-pubbliku ghal bzonn biss, u dan namluh bis-serqa u sahansitra bil-misthija. GHaliex?

M'hemmx dubbju li r-ragunijiet ewlenin huma tnejn:
· l-attitudini ta hafna nies hekk imsejha 'normali',
· u in-nuqqas generali t' accessibilità.

Nibdew bil-problema tal-attitudini. Hafna nies meta jharsu lejja u lejn shabi, flok jaraw persuna normali imma bil-piz zejjed tad-dizabilità, jaraw biss gisem, jew mohh, marradi, persuna m'hi 'kapaci ghal xejn'. Fina jaraw 'l-imsejkna', dawk 'inqas ixxurtjati' minnhom. U jwarrbuna, ghax 'jahasra' meta jarawna quddiemhom jaqbadhom id-dwejjaq!

Sfortunatament imhuh mdallma bhal dawn jinstabu f'kull pajjiz (mhux f'Malta biss). Jinstabu wkoll f'kull livell tas-socjetà. GHalina, persuni b'dizabilità, dawn l-imhuh imdallma huma ghadu hafna akbar mid-dizabilità nnifisha. Din il-mentalità negattiva izzidilna hafna izjed mal-problemi li diga qieghedin nikkumbattu. Din l-injoranza mnejn gejja?

Gejja l-izjed mill-biza li kulhadd ghandu mill-mard, mill-mewt, u mill-imperfezzjoni. Gejja mit-traddizzjonijiet, hrejjef u ghidut ta zminijiet ohra. Missierijietna spiss kienu jxebbhu difetti tal-mohh u tal-gisem, ma difetti tar-ruh, u difetti morali. GHadna sa' llum: dak li ghalina jidher sabih inxebbhuh mal-Genna, l-ikrah f'ghajnejna inxxebhuh ma l-Infern. B'hekk inholqu ix-xbighat familjari tal-persuna b'dizabilità bhala persuna dghajfa, bla hila, trid dejjem l-ghajnuna ... dejjem tiehu mis-socjetàà bla ma trodd. Pis tqil fuq kulhadd.

Illum bdejna naraw tibdil f'din l-attitudini. Hawn bosta ghaqdiet ghal persuni b'dizabilità li joffrun servizzi sabiex il-hajja taghna tkun izjed indipendenti u mimlija. Imm' ahjar min hekk, hawn hafna izjed individwi li tassew jixtiequ jifhmu x'hini l-esperjenza taghna. Jinterressaw ruhhom f'dak li ghandna xi nghidu. Ihabirku biex persuni b'dizabilità jghixu hajja aktar mimilja, u aktar ta siwi ghalihom u ghas-socjetà in generali. Imma x-xbijat antiki ghadhom wisq fostna.

Il-Malti jghid: kif tarani, pingini. Illum hafna mill-idejat taghna nohduhom min fuq il-media: ir-radju, televisjoni, gazzetti u gurnali. Mela tajjeb li nistaqsu: Il-persuna b'dizabilita' kif tpingiha il-media? Li kieku kelli mpingi stampa ta persuna b'dizabilità min kif tidher fil-gazzetti u fuq it-televisjoni, kont inpingi qasrija! GHaliex? Issa gej il-Milied, harsu ftit, u taraw li meta issir xi ghotja zghira ta karità min xi hadd li jrid ftit reklamar b'xejn, ir-ritratti dejjem izewwqhom b'xi zewgt iqsari u zewgt persuni 'inqas ixxurtjati'! Ta l-ewwel biex jaghxqu l-ghajn, tal-ahhar biex ghafsu 'l-qalb!!

Kemm ikun ahjar kieku fuq il-media naraw u nisimghu persuni b'dizabilità juru l-kapacitajiet taghhom. Narawhom jghixu hajja normali mal-familjari f'darhom, ma shabhom fuq ix-xoghol, mal-hbieb f'xi post tad-divertiment. Meta ha nibdew inharsu lejn il-persuna u mhux il-marda?

Li tkun persuna b'dizabilità ma jfissirx biss mard, mankament, krozzi, bsaten u siggijiet tar-roti. Ma jfissirx biss l-Ahh u l-Ajma tad-dwejjaq. Ifisser, ukoll li int persuna tad-demm u l-laham. Persuna bl'istess holm, ambizzjonijiet u passjonijiet bhal haddiehor. Jien persuna b'dizabilità, u daqsek li qed tarani llum nixtieq li nghamel il-kontribut tieghi lejn is-socjetàa; li nhobb u li nkun mahbub.

Imma biex nghixu hajja mimlija irridu nohrogu fil-pubbliku, nghamluha ma nies ohrajn. U hawnhekk fejn jibdew jinbtu hafna problemi, ghax hawn Malta ghadna lura ferm f'dik li hi accessibilità.

Naf hafna nies inkapacitati li jghixu hajja ndipendenti d-dar ghax hadu hsieb jirrangaw il-post ghal bzonnijiet taghhom. Bnew rampi, wesghu bibien, poggew telefon fil-baxx, etc. Fid-dar taghhom jistghu jaghmlu kollox, u ghalhekk mhumiex handikappati. Imma kif johorgu mill bieb il-barra, jitilfu l-indipendenza kollha, u jkollhom bzonn l-ghajnuna ta kulhadd. Fi' ftit kliem, isiru handikappati. Tghiduli: "Dizabilità u handikap, mhux l-istess?" Le, mhux l-istess. Anzi, hemm bahar jaqasam bejn it-tnejn. Id-dizabilità tigi mill-mard, jew minn xi incident. Il-handikap tigi minn nuqqas ta' hsieb tas-socjetà.

Kulhadd jaf li f'pajjizna ebda bini pubbliku m'hu verament attrezzat ghal bzonnijiet ta kulhadd. U meta nghid kulhadd qed infisser kulhadd: l-anzjani, nisa tqal, jew nisa bit-trabi, u dawk li ghandhom dizabilità temporarja (bhal xi sieq jew id fil-gibs). GHaliex dan in-nuqqas kbir ta accesibilità? Forsi ghaliex il-bicca l-kbira tal-bini pubbliku gie ddisinjat u mibni min irgiel f'sahhithom ta tul medju, ghal irgiel ohra bhalhom! U ahna it-tmenin fil-mija l-ohra tal-poplu nirrrangaw kif nistghu!

Ha ntikhom ezempju ta ftit mill-problemi li trid thabbat wiccha maghhom persuna b'dizabilità meta din tohorg mill-kenn tad-dar:
q M' hawn l-ebda 'toilets' ghall-uza ta kulhadd.
q Kull fejn tmur turgien. U issa l-bankini aktar ma jommoru qeghdin joghlew.
q Jekk issib lift, jew ma jahdimx, jew inkella trid titla jew tinzel it-tarag biex tasal ghalieh. U meta sa fl'ahhar tasal, issib li m'huwiex wiesa bizzejjed biex jghaddi minnu siggu tar-roti!
q Jekk issib lift, jew ma jahdimx, jew inkella trid titla jew tinzel it-tarag biex tasal ghalieh. U meta tasal issib li mhux wiesa bizzejjed biex jiehu siggu tar-roti!
q Fejn jezistu r-rampi, hafna drabi dawn huma wieqfin wisq, jizolqu u mghandhomx poggaman.
q Servizzi pubblici ghal min hu nieqes mid-dawl, jew mis-smigh, ftit jew xejn.

Dipartimenti tal-gvern, skejjel, banek, fabbriki, knejjes. Kemm hawn minnhom li huma vera accessibli, u li joffru servizz ugwali ghal kulhadd?

Hafna minn dawn il-problemi ma kienux jezistu kieku dawk li hadu ddecizjoni ikkonsultaw per ezempju l-Kummissjoni Nazzjonali Handikappati. Kif tista persuna b'dizabilità issib postha fil-kommunità sakemm dawk kollha li ghandhom pozizzjoni ta responsabilità fil-pajjiz jibqghu jinjorawna, jew ahjar, jinsewna, meta jittiehdu decizjonijiet fuq progetti godda!

Post il-persuna b'dizabilità hi fil-qalba tal-kommunità: fil-mohh u fis-sentimenti tal-membri kollha tas-socjetà. Imma kif nistghu insibu ruhna fejn veru jixirqilna? Ma nistghux noqoghdu nistennew is-shahar. Il-hidma trid tigi mhux biss minn naha ta persuni ohrajn, trid tibda minna stess. Irridu nqumu minn nghasa li ninsabu fiha. Irridu ninghaqdu f'xibka ta' solidarjeta qawwija. Minghajr ezempju xejn ma jiccaqlaq. U l-ezempju ghandu jibda hawn, bija u bik.

Jien persuna b'dizabilità li, minkejja problemi serji, qieghed nghix hajja mimlija. Qieghed nghamel dan ghax f'hajti sibt solidarjeta' shiha minn ghand kull membru tal-familja tieghi, minghand l-ghalliema u l-hbieb tieghi. Dawn kollha kienu dejjem lesti jghamlu minn kollox biex jarawni nitrabba f'ambjent 'normali'. Illum din l-ghajnuna insibha l-izjed minghand marti u sahansitra minghand iz-zewgt it-tfal zghar tieghi.

Biex aktar persuni b'dizabilità isibu il-post li verament jixirqilhom fis-socjetà, hemm bzonn li s-socjetà kollha ssir ix-xibka ta' solidarjetà taghhom. Kull fejn induru ghandna insibu l-ghajnuna, imma izjed minn hekk, ghandna madwarna nies li tassew iridu jifhmu l-esperjenza partikulari taghna.

Li jkollok dizabilità serja hi fiha nnifisha esperjenza tant imqanqla, li quddiemha kull pika bejn individwi, partiti politici, jew ghaqdiet, ghandha tixxejjen. GHalhekk hemm bzonn li jkun hemm qbil generali wiesgha bejn il-partiti politici fuq riformi specifici li jolqtu direttament lil persuni b'dizabilità. Ma nistghux nibqghu inhottu dak li bnejna kull hames snin. Ma dan nixtieq inzid li kull riforma zghira m'ghandiex titqis min naha jew min ohra, bhala l-post fejn isir waqfin twil akkumpanjat bid-daqq ta trumbetti. Imma ghandha titqis bhala l-post fejn niehdu ftit tan-nifs qabel ma nergghu nerhula ghal ghonq it-triq b'pass aktar mghaggel min ta' qabel.

Li jkollok dizabilità ma tfissirx dejjem dwejjaq, imma wisq inqas ma tifissirx li int xi anglu 'tbissima dejjem fuq xuftejk. Tfisser li l-ewwel u qabel kollox, int persuna umana bis-sabih u l-ikrah kollu taghha. U ghaldaqshekk xejn u hadd ma' ghandu jnessik li, bhala persuna umana, int ghandek l-istess drittijiet daqs haddiehor quddiem Alla u l-bnedmin.

_________________________________________________


previous page