Camilleri, Joseph M. (1999): Naqsmu l-Esperjenzi: Persuni bNuqqas ta' Dawl. Kummissjoni Nazzjonali Persuni bDizabizità. Sta. Venera. Malta.
Dan il-materjal jifforma parti mill-lectures dwar Oqsma tad-Dizabilita, organizzati mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni bDizabilità. Il-materjal inkiteb u beda jitqassam ghall-ewwel darba fl-1999.
Persuni li ghandhom nuqqas ta' dawl huma persuni li jsibu diffikultà biex jaraw. Hawn hafna tipi differenti ta' nuqqas ta' dawl. Dawn jistghu jkunu kagun ta':
- xi incident: jew fuq ix-xoghol, jew id-dar, waqt il-loghob, jew sport, ecc;
- marda li thalli hsara f'xi parti ta' l-ghajn: fin-nervituri, fil-muskoli, jew fil-lenti ta' l-ghajn, per ezempju d-dijabete;
- problemi ta' genetika, jew konsangwinità;
- l-anzjanità, fejn l-ghajn ma tibqghax tahdem b'mod efficjenti.
Mhux kull min ghandu nuqqas ta' dawl huwa ghami ghal kollox. Kemm in-natura tal-problema u kemm il-gravità ivarjaw ma' kull bniedem. Hekk persuna:
- tara ftit, u tuza nuccali b'lenti jew qawwija, jew dghajfa biex b'hekk tkun tista' tara ahjar;
- ma tara xejn, lanqas jekk tuza l-aktar lenti qawwija, forsi taraf id-dawl mid-dlam, izda zgur ma tarax bizzejjed biex tagharf id-dinja ta' madwarha.
Dawn huma zewg ESTREMI --- bejniethom hemm mijiet ta' eluf ta' ezempji ohrajn.
BIEX NIFHMU AHJAR
Ipprova dawwar wiccek lejn xi tieqa miftuha fid-dawl u aghlaq ghajnek. Issa ghid lil xi had jghaddi jdejh, jew xi haga ohra, minn quddiem wiccek. Xorta wahda b'ghajnejk maghluqa, tinduna li xi haga ghaddiet minn quddiem wiccek. Hekk jara persuna ghamja.
Persuna ghamja m'ghandiex is-sens ta' smigh super-zviluppat. Ma jisimghux aktar minn persuni li jaraw, imma minhabba li huma joqghodu attenti aktar ghall-hsejjes sikwit jisimghu affarijiet li min jara ma jaghtix kashom. Per ezempju, waqt li ahna qed naraw film u nghatu kas l-azzjoni, huma jista' jkun qed jismghu aktar il-muzika tas-sound track.
L-akbar problema li thabbat wiccha maghha persuna b'nuqqas ta' dawl hi kif se torjenta ruhha fid-dinja ta' madwarha. Fi kliem iehor kif se ticcaqlaq minn post ghall-iehor minghajr ma tahbat fl-ostakli, taqa' jew b'xi mod twegga' jew tintilef.
IL-PERSUNA B'NUQQAS TA' DAWL U D-DINJA TA' MADWARHA
IL-MOBILITÀ
Persuna li ma tarax taghmel uzu mit-teknologija biex issib triqitha. Per ezempju, huma juzaw il-bastun l-abjad. Dan huwa bastun twil (li, hafna drabi, jinghalaq fih innifsu) li jispicca b'tapp tal-hadid. Billi dan il-bastun ma jintuzax biex isir sforz fuqu, m'hemmx ghalfejn ikun sod, u m'hemmx ghalfejn tapp tal-lsktu. Il-persuna ghamja zzomm il-bastun quddiemha u ccaqalqu l'hawn u l'hinn biex b'hekk tinduna jekk ikunx hemm xi ostaklu vicin taghha. Mill-hoss li jghamel il-bastun tkun taf hux qeghda tolqot l-art, il-hajt, l-ghamara, jew lil xi hadd iehor! Bih tinduna jekk tkunx gejja bankina, jew tarag. Il-bastun ghandu kulur abjad biex nies li jaraw ikunu jafu li l-persuna li tuzah hi ghamja u ghalhekk jixirqilha kull rispett u ghajnuna (jekk titlob ghaliha).
F'xi pajjizi, l-persuni ghomja juzaw kelb imharreg apposta biex jghinhom jimxu minn post ghall-iehor. Dan it-tip ta' kelb jissejjah kelb gwida, jew guide dog. Il-kelb huwa mghallem biex barra milli jmexxi lil sidtu kull fejn din trid tmur, huwa wkoll jgharaf ibgheda minn kull periklu anki jekk ikollu bzonn jiggieled ghaliha. Biss biex tharreg u zzomm dawn it-tip ta' klieb trid hafna flus u mhux la kemm tidhol ghal din it-tip ta' responsabilità. Fl-1998, esperti barranin qalu li dawn il-klieb ma jistghux jingiebu Malta, jekk ahna l-Maltin ma nitghallmux nobdu s-sinjali tat-toroq u jekk nibqghu insuqu bl-addocc!
Izda l-ahjar gwida ghal persuna ghamja fil-gzejjer taghna huwa persuna umana ohra. Dan ghaliex waqt li tkun qed tiggwida l-persuna li ma tarax tkunu tistghu tghidu xi kelma. Jekk bizzejjed nies jiehdu r-responsabilità li jiggwidaw lil xi hadd ghami b'mod regolari, zgur ma jkollniex bzonn klieb gwida f'pajjizna. U biex tiggwida persuna ghamja m'ghandekx bzonn gherf, ghandek bzonn biss ftit sensittività u sens kommun. Óalli l-persuna ghamja ttik id-direzzjonijiet hi u zgur tmur tajjeb.
KIF IGGIB RUHEK MA' PERSUNA B'NUQQAS TA' DAWL
Biex persuna b'nuqqas ta' dawl thossa komda mieghek ftakar:
Ø Meta tiltaqa' maghha hu b'idejha u ghidilha dritt min int --- anki jekk inthom tafu lil xulxin seww. M'hemmx haga aktar stupida u umiljanti ghall-persuna li m'hiex tarak milli tghajjat b'hangra daqsiex: "Ara Joey! Gharaftni? Imhatra ma taqtax min jien!" Dan loghob tat-tfal zghar u li jkidd hafna lill-persuni ghomja.
Ø Jekk tidhol f'kamra fejn hemm persuna nieqsa mid-dawl identifika lilek innifsek u mhux toqghod sieket qiesek xi halliel. Jekk tkun hierg, ghid lill-persuna li ma tarax li int hiereg u jekk jista' jkun ghidilhom fejn sejjer u kemm se ddum. Fi kliem iehor: thallihomx fid-dlam.
Ø Tippruvax tkun il-leader u tikkontrolla l-persuna ghamja. Óalli lilha tghidlek jekk tridx ghajnuna. Int ighidlha biss: "Jekk tkun trid xi haga, jien hawn qieghed. Qabbaddni."
Ø Meta tkun qed tiggwida, jew tmexxi, persuna nieqsa mid-dawl, hallieha taqbadlek minkbek, jew taqbek labranzetta, u imxi b'mod naturali. Il-persuna li ma tarax hi stess taddatta l-mixi taghha skond il-movimenti tieghek. Hi thoss jekk inti tkunx tiela', jew niezel, it-tarag, jew iddur l'hawn jew l'hinn. M'hemmx ghalfejn toqghod tghidila b'vuci gholja biex kulhadd jisma''.
Ø Aktar ma tigbed l-attenzjoni ta' nies ohrajn fuqkom, aktar se ddejjaq u timbarazza lill-persuna nieqsa mid-dawl. U tahsbux li m'hiex se tinduna, ghax iz-zekzik ta' taht l-ilsien u tgemgim ta' "Miskien!", "Ara, jahasra!", zgur jinstemghu!
Ø Meta tkun ma' persuna nieqsa mid-dawl, QATT m'ghandek thalliha f'nofs ta' kamra, jew x'imkien fejn m'hemmx kuntatt ma hajt, jew ghamara, ghax dan ikidda hafna. Wara kollox fejn tafx taqlax xi daqqa minn xi persjana miftuha, taqa' f'xi dustbin, jew hafna aghar taqa' xi turgien u tkorri. Mela ftakar: halliha x'imkien fejn m'hemmx periklu u SPJEGALA fejn hi. Per ezempju, "Warajk hawn hajt, il-bieb ta' barra qieghed fuq il-lemin, hdejk hawn mejda u siggu jekk trid tpoggi (ressqilha idha lejn is-siggu ha thossu).
Ø Qatt indunajt li l-platti ta' l-ikel huma tondi, bhal arlogg. Ghalhekk, jekk tkun qed tiekol ma' persuna li ma tarax, l-ewwel offri biex tqattalha l-laham f'bicciet zghar. Imbaghad, meta taghmel il-platt quddiema spjegali, bhallikieku qed taqra arlogg: "Il-laham qieghed fis-sitta, il-patata fil-hdax, u l-haxix fis-saghtejn." Semplici, hux?
Ø Fl-ahhar, ftakar li kull ghajnuna li tghatu tuha bil-kwiet, biex hadd hlief inti u l-persuna b'dizabilità ma tkun taf biha. M'hawnx aghar minn persuni li jridu juru l-kulhadd kemm huma qaddisin u joffru l-ghajnuna taghhom b'vuci gholja biex jidhru zbieh ma' kulhadd --- barra ma min ikunu se jghinu!!
PERSUNI B'NUQQAS TA' DAWL MGHARUFA MAD-DINJA
John Milton - poeta celebri Ingliz, li minn dejjem kellu problemi b'ghajnejh u ghama ghal kollox ftit wara li ghalaq it-tletin sena.
Ray Charles - muzicista Amerikan, famuz ghal mod eccellenti kif idoqq il-pjanu u jkanta fi stil 'jazz'.
Stevie Wonder - muzicista Amerikan, kantawtur tal-muzika pop u soul.
Andrea Bocelli - tenur Taljan, li hafna jghidu jhabbatha mal-famuzi 'Tlett Tenuri" (Pavarotti, Domingo u Carreras).
Jeff Healey - Kanadiz, kantawtur tal-muzika 'rock', u daqqaq celebri tal-kiterra, li jdoqqa mmidda f'hogru.
Peter White - Ingliz u broadcaster famuz tal-BBC. White ilu jipprezenta programmi fuq id-dizabilità fuq ir-radju ghal dawn l-ahhar hamsa w ghoxrin sena'. Kritiku ta' l-ghaqdiet mhux governattivi tradizzjonali.
Helen Keller - lingwista famuza li barra n-nuqqas ta' smigh, kienet ukoll persuna ghamja.
IR-RESPONSABILITÀ TAGHNA
Hafna mill-problemi ta' persuni b'nuqqas ta' dawl gejjin minhabba li s-socjetà ma tghinhomx biex ikunu jistghu jghixu hajja indipendenti. Infatti, l-akbar problemi li jiltaqghu maghhom hafna persuni li ghandhom nuqqas ta' dawl huma:
L diskriminazzjoni negattiva fejn jidhlu edukazzjoni, impjieg u opportunitajiet ohra, dan minhabba l-injoranza ta' hafna nies li jahsbu li persuna b'nuqqas ta' dawl m'hi kapaci ghal xejn;
L l-izolament socjali, minhabba li hafna nies jibzghu, jisthu, jew jistmerru li jaghmlu hbieb ma' persuna b'nuqqas ta' dawl.Kulhadd jista' jaghmel il-parti tieghu biex nirbhu fuq l-injoranza u biex noholqu socjetà li thadden fiha lil kulhadd, hi x'inhi l-abilità, jew dizabilità taghha.