L-Ewwel il-persuna … imbaghad id-dizABILITÀ
Messagg ghall-media kien inhareg ghall-okkazjoni tal-gimgha tal-Persuni b'Dizabilità 1998, mill-Federazzjoni ta' l-Ghaqdiet ghall-Persuni b'Dizabilità, ii-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità u l-Kunsill Pastorali Persuni b'Dizabilità. It-tema maghzula: LIgI OPPORTUNITAJIET INDAQS: L-ewwel il-persuna ... imbaghad id-dizABILITÀ.Ghal dawn l-ahhar snin il-komunità ta' persuni b'dizabilità, l-ghaqdiet li jirrapprezentawhom u z-zewg partiti politici ewlenin, hadmu bis-shih sabiex f'Malta jkollna legislazzjoni li tassigura opportunitajiet indaqs ghal dawk ic-cittadini li, ghal xi raguni jew ohra, ghandhom xi nuqqas fiziku, sensorju, intellettwali, jew problema ta' sahha mentali. Il-fatt li madwar ghaxra fil-mija tal-popolazzjoni ghandha xi forma ta' nuqqas bijologiku permanenti li jaffettwa l-hajja taghha ta' kuljum, jixhed il-fatt li m'ahniex qed nitkellmu fuq numru ta' nies negligibbli, izda dwar settur importanti f'termini socjali.
Il-mod kif il-kumplament tas-socjetà thares lejna, persuni b'dizabilità, tista tixxiebah mal-mod kif ahna nharsu lejn ICEBERG, jew 'gzira tas-silg'. Filwaqt li ma' l-ewwel daqqa t'ghajn ahna nintlaqtu mill-kobor majestuz ta' massa silg issalpa fuq wicc il-bahar, ninsew li disghin fil-mija tal-volum ta' l-iceberg jinstab mohbi taht il-bahar!
Meta nharsu lejn persuna b'dizabilità u naraw id-DIÚABILITÀ, nkunu qed naghlqu ghajnejna ghal aktar parti mportanti: il-PERSUNA. Minnufih inkunu qed ninsew l-aspett uman, dak li jaghti valur imprezzabbli ghall-hajja taghna, dak li jaghmilna ferm aktar minn semplici kazijiet medici nteressanti.
Il-kwalità ta' hajja tal-persuni b'dizabilità tiddependi hafna mill-mod kif is-socjetà thares lejna. Bhal ma jigri f'hafna pajjizi madwar id-dinja, f'Malta il-persuni b'dizabilità nitqiesu l-aktar bhala nies 'anqas iffurtunati', bla kapacitajiet, li ghandna bzonn kura kontinwa, li ghandna bzonnijiet 'specjali' u li ahna piz (anki jekk piz mahbub) fuq is-socjetà taghna. Óalli nkunu cari: ahna nifhmu li dawn l-idejat huma kollha mibnija fuq intenzjonijiet tajba. Imma tajjeb li niftakru li qawl Ingliz jghid li 't-Triq li taghti ghall-Infern hija msejsa fuq intenzjonijiet tajba".
Attitudnijiet bhal dawn jaraw biss id-dizabilità taghna, u jinsew li ahna PERSUNI l-ewwel. Dawn l-istess attitudnijiet zbaljati huma wkoll is-sisien li fuqhom gew imfassla strutturi u servizzi li, minflok jghinuna nizviluppaw il-kapacitajiet taghna u nghixu kwalità ta' hajja ahjar, qed jeqirdu minn go fina kull ambizzjoni, u jzommuna fi stat ta' dipendenza. Minflok ma tinvestu f'servizzi li jghinuna naghmlu success mill-hajja taghna, is-socjetà Maltija ghadha tibni strutturi li jzommuna fi stat ta' dipendenza kontinwa.
Kull min iqisna bhala b'xi mod 'inqas' minn haddiehor, jfisser li qed jaqbel li m'hemm xejn hazin li ahna nigu ttrattati fuq livell aktar baxx f'dak li huma opportunitajiet ghall-edukazzjoni, ghall-impjiegi, ghall-uzu ta' servizzi --- bhal uzu tat-trasport pubbliku, jew l-uzu tal-mezzi ta' kommunikazzjoni. Ifisser ukoll li ahna qatt m'ghandna d-dritt li noholmu li nghixu l-istess kwalità ta' hajja bhal cittadini ohrajn. Wara kollox, hawn min jghid, taghmel x'taghmel maghna dejjem ser nibqghu 'inqas ixxurtjati'! Kif qatt tista' tizviluppa abiltajiet f'nies li m'huma kapaci ghal xejn? Bl-istess hsieb huwa genn li tinvesti b'mod sostanzjali f'nies bla kapacitajiet.
Ix-xewqa tal-maggoranza ta' persuni b'dizabilità u l-familjari taghna huwa li ahna jkollna opportunitajiet indaqs biex nizviluppaw il-kapacitajiet taghna, biex, bhal haddiehor fis-socjetà taghna, inkunu nistghu nimmassimizzaw fuq il-ftit, jew il-hafna, li digà ghandna.
Irridu nghixu hajjitna fil-komunità u mal-komunità, mhux imwarrbin f'istituzzjonijiet.
Irridu li nkunu ahna li naghmlu l-ghazliet f'hajjitna, u mhux li dawn isiru ghalina; u hawnhekk importanti li ninkludu l-persuni b'nuqqasijiet intellettwali u/ jew ta' kommunikazzjoni, li b'sapport xieraq, sikwit ikunu jistghu jikkomunikaw ix-xewqat veri taghhom.
Irridu servizzi li jilliberawna, mhux li jzommuna mjassra: edukazzjoni inklussiva, opportunitajiet ghal xoghol siewi, ghazliet dwar kif inqattghu l-hin liberu taghna, trasport pubbliku u mezzi ta' komunikazzjoni accessibbli ghal kulhadd.
Min ma jixtieqx li hajtu, jew il-hajja ta' xi hadd ghaziz ghalih ma tkunx wahda fejn il-persuna tigi rrispettata l-ewwel u qabel kollox, u mhux ittrattata qisha xi pakkett ghaddej minn id ghal id, tul hajjitha kollha. Dawn m'huma bzonnijiet 'specjali' xejn! Il-bidla li rridu naraw trid tkun wahda li thares lejn il-PERSUNA l-ewwel, u b'hekk infasslu l-istrutturi tas-socjetà taghna madwar bzonnijiet individwali.
Biex dan isehh, jehtieg li l-bidla tkun wahda permanenti u minsuga sew fix-xibka tas-socjetà taghna. Hemm zewg modi kif din il-bidla tista' verament issehh. L-ewwel billi l-poplu taghna jigi edukat sabiex iwarrab kliem, xbihat u atteggjament li jiddiskrimina kontra min ghandu nuqqasijiet fizici, sensorji, intellettwali u min ghandu problemi ta' sahha mentali. Izda l-edukazzjoni, ghalkemm essenzjali, wahedha m'hix bizzejjed.
Ghalhekk, it-tieni xprun ta' bidla dejjiema trid tkun il-Ligi. Kif jghid Dr. Martin Luther King Jr., "il-ligi m'hix hemm ghal min ghandu qalb, izda biex trazzan lil min hu bla qalb". Legislazzjoni anti-diskriminatorja hija ntiza biex ahna, persuni b'dizabilità, ma nibqghux nigu ttrattati bhala cittadini tat-tieni u t-tielet klassi, minhabba d-differenzi taghna, izda nsibu postna, mhux bi pjacir, izda bi dritt, fil-qalba tas-socjetà taghna. L-ebda ligi, tajba kemm hi tajba, qatt m'hi ser tkun dik il-bakketta magika li ser issolvi l-problemi kollha taghna. Fil-fatt, wahedha l-ligi m'hi ser tbiddel xejn, jekk ahna stess m'ahniex ser inkunu lesti li nuzawha bil-ghaqal u b'mod intelligenti.
Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità u l-Federazzjoni ta' l-Ghaqdiet ghall-Persuni b'Dizabilità jawguraw li din il-legislazzjoni storika, li ghandha l-barka ta' l-imsiehba socjali kollha, tghaddi malajr kemm jista' jkun mill-paralament taghna. Il-Ligi Opportunitajiet Indaqs ahna narawha bhala tarka kontra d-diskriminazzjoni u bicca ghodda li ttina l-forza biex insawwru futur ahjar ghalina, futur mibni fuq il-PERSUNA l-ewwel u qabel kollox.