Il-Persuni b'Dizabilità u l-Impjiegi
Camilleri, Joseph M.: Il-Persuni b'Dizabilita' u l-lmpieg , diskors inawgurali moghti fl-okkazzjoni tal-ftuh ta' l-ufficcini godda tal -Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilita' u ta' Joe Camilleri bhala Chair, tal-Kummissjon, nhar il-5 ta' Mejju 1994.
Nixtieq, jien ukoll, naghtikhom merhba fl-okkazjoni tal-ftuh tal-ufficini l-godda tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità. Kull bidla hi forma ta' rekrejazzjoni, fil-veru sens tal-kelma. U kull bidu donnu jimlà l-individwu b'energija w entuzijazmu ghal hidma li tkun ghadha gejja. Hekk ukoll ahna nhossuna lesti li nkomplu bil-hidma taghna prezenti u li nilqghu l-isfidi tal-gejjieni.
Ghaldaqstant, bhal kull haddiem li jhobb xogholu, ahna niehdu pjacir li qeghdin nilqghukom fuq il-post tax-xoghol taghna. Dan ghaliex ix-xoghol ghalina m'huwiex semplici rekrejazzjoni, jew zvog, imma hu parti ewlenija mill-hajja taghna, u parti kbira mill-mod kif ahna nharsu lejna nfusna. lllum xtaqt naqsam maghkom ftit hsibijiet dwar l-importanza li ghandu x-xoghol siewi fil-hajja ta' persuna b'dizabilità. Issa nixtieq niccara zewgt punti. L-ewwel, li meta ser nirreferi ghal persuni b'dizabilità qieghed infisser persuni b'dizabilità fizika (inkluzi persuni neqsin mid-dawl, u dawk neqsin mis-smigh), kif ukoll persuni li ghandhom dizabilità mentali. It-tieni, xinfisser meta nghid xoghol siewi?
Xoghol siewi
B'xoghol siewi rrid infisser xoghol li hu marbut ma' hlas u 'status' ragonevoli, mhux xoghol bi hlas u 'status' baxx hafna - it-tip ta' xoghol li ssoltu nassocjaw ma' persuni b'dizabilità, bhal per ezempju, dak ta' telephone operator. lllum, bil-qabza tremenda li ghamlet it-teknologija, il-persuna b'dizabilità, b'edukazzjoni u tahrig addattat tista' taghti sehem shih fl-izvilupp tal-ekonomija tal-pajjiz. U dan ghandu jservi ta' gid mhux biss ghall-individwu, imma wisq izjed ghal pajjizna, li sa fl-ahhar jibda jaghmel uzu mit-talenti u determinazzjoni ta' persuni b'dizabilità, li flimkien jaghmlu dak li sejjahlu kemm il darba Dr. Gonzi, President tal-Kummissjoni: 'tezor mohbi'.
Madankollu, l-opportunitajiet ghal xoghol siewi ma' jigux wahedhom. Sabiex dawn isehhu hemm bzonn ta' bidla fl-attitudni prezenti tal-persuni b'dizabilità, tal-familjari, jew 'carers' taghhom, ta' min ihaddem, u tal-pubbliku in generali.
Nahseb li kulhadd semà l-qawl Ðiniz li jghid:"Aghtini huta, u titmghani darba
Ghallimni nistad u titmghani ghal ghomri"Ma' dan nistghu inzidu: Jekk tghallimni nistad, ghatini l-opportunità nuri x'naf". Dan ix-xebh nahseb li jpoggi fil-qosor l-'issue' tal-impieg tal-persuni b'dizabilità.
Tini huta, u titmaghni darba
Xi kultant kulhadd irrid jiffaccja veritajiet iebsin. U nahseb li wahda mill-aktar veritajiet iebsin li rridu niffaccjaw flimkien hi, li hafna persuni b'dizabilità u l-familjari ghadhom marbutin wisq mal-karità. Sfortunatament dawn in-nies iqisu li, minhabba dizabilità taghhom:
· M'huma kapaci ghal xejn, u
· Jistennew li s-socjetà ser taghmel kollox ghalihom.Jehtieg nitghallmu li mix-xejn ma' jigi xejn. Id-dizabilità minna nfisha m'hiex 'voucher' biex taghmel ghomrok tiehu kollox b'xejn.
ll-karità, waqt li ftit jew wisq tista tghin lil xi individwi u ghaqdiet, sfortunament, izzomm hajja l-mentalità qerrieda li l-persuna b'dizabilità hi persuna dghajfa f'kull aspett ta' hajjitha, persuna medjokri u piz bla serhan fuq min ihallas it-taxxi. U ghal din il-mentalità ahna qed nghidu: Le! Ghandkom zball!
Ghalhekk jehtiegli, li waqt li flimkien inkomplu nahdmu biex tixxejjen l-ideja li l-persuni b'dizabilità tistà ssolvilhom il-problemi kollha b'atti paternalistici karitatevoli, jehtieg li nifhmu li ahna, persuni b'dizabilità, irridu niehdu r-riedni f'idejna u minflok immiddu jdejna ghal xi sold, ikunu lesti li mmiddu ghonqna ghax-xoghol.
Ghallimni nistad u titmaghni ghal ghomri
M'hemmx dubbju li l-edukazzjoni u t-tahrig adattat huma z-zewg kolonni ewlenin li fuqhom jinbnew il-futur ta' kull individwu, ghalhekk it-tnejn li huma ghandhom ikunu sodi kemm jistà jkun. Nahseb li kulhadd jaqbel fuq dan.
Ghalhekk, minflok nidhol f'hafna dettalji, illum nixtieq niffoka ftit fuq il-principju ta' integrazzjoni shiha. Jekk dan il-principju jigi accettat mhux biss fit-teorija imma fil-prattika, allura nkunu nistghu nibdew noholqu strutturi addattati ghal bzonnijiet individwali skond il-potenzjal ta' kull persuna. Fl-istess waqt ninsew:
* is-segregazzjoni fi 'special schools' kif ukoll
* 'low expectations' minn naha tal-genituri, u professjonisti.Bhala persuna b'dizabilità, jien nemmen li ghan ewlieni tal-edukazzjoni u t-tahrig ghandu jkun dak ta' 'enpowerment', li taghti f'idejn il-persuna b'dizabilità il-potenzjal li tghix hajjitha skond l-ghazliet li taghmel hi stess, coe', li tghix hajja aktar indipendenti. Minghajr edukazzjoni u tahrig addattat persuna b'dizabilità ma' tistax issib xoghol siewi, minghajr xoghol siewi ma' jistax ikun hemm indipendenza finanzjarja, u minghajr din l-indipendenza ma' jistà qatt ikun hemm indipendenza f'ghazliet ohrajn.
Nahseb ukoll l-edukazzjoni ghandha jkollha l-ghan li trawwem fiz-zghazagh b'dizabilità u l-familjari taghhom il-hajra u l-hegga ghax-xoghol. Waqt li t-tahrig ghandu jkollu bhala ghan li persuni b'dizabilità jizviluppaw kapacitajiet li huma mfittxija fis-suq tax-xoghol, dawk li jissejhu 'marketable skills'. Niftakru wkoll li xi kultant ikun hemm bzonn ta' edukazzjoni remedjali sabiex il-persuna tkun tistà tilhaq l-ghola livell personali. Imma meta t-tahlita ta' edukazzjoni u tahrig tkun mahsuba sew, m'hemmx dubbju li persuni b'dizabilità fizika, kif ukoll persuni b'dizabilità mentali, huma kapaci li jigwadanjaw personalment, u maghhom tigwadanja s-socjetà.
Fuq l-edukazzjoni, tajjeb li nzidu li m'huwiex il-persuna b'dizabilità biss li ghandha bzonn taddatta, imma l-pubbliku in generali ukoll. L-edukazzjoni ghat-tfal u ghall-adulti ghandha d-dover li trawwem fl-individwu s-sens ta' tolleranza ghal dak li hu differenti minnu. U f'dan il-qasam, jien inhoss li l-knisja ghandha kontribut importanti x'taghti.
Tini l-opportunità li nuri x'naf
Jiddispjacini nghid li, minkejja ftit eccezzjonijiet, l-attitudni ta' min ihaddem lejn persuni b'dizabilità hi hafna drabi wahda negattiva. Jien naf kazijiet fejn individwi gew irrefjutati xoghol (jew 'summer work') fuq bazi ta' d-dizabilità taghhom biss. Atti sfaccati ta' diskriminazzjoni bhal dawn isiru kwazi kuljum, wara l-bibien maghluqa tal-hekk imsejjha 'selection boards'. X'jiswa ghalhekk li persuna b'dizabilità tahdem u tistinka, tistudja u titharreg, jekk wara dan kollu, min ihaddem jimxi b'mod pregudikat u jsabbat il-bieb f'wiccu jew wiccha. Æaldaqstant, nixtiequ naraw tigi mwettqa 'equal opportunities policy., nahsbu wkoll li ghandu jkun il-Gvern li jaghti l-ezempju. F'dan ir-rigward bhalissa qed tigi mfassla abbozz ta' ligi dwar Opportunitajiet Indaqs li thaddan fiha hafna mill-punti li qajjimt illum.
L-iskema ta' kwota mfassla fl-Att tal-Impieg (persuni b'Dizabilità) tal-1969 qed tigi injorata u rari tigi inforzata. Ilu jinhass il-bzonn li l-qafas legali jigi rivedut biex min ihaddem mhux biss jinghata incentivi, izda fejn hu possibli, dan ghandu jirrendi l-post tax-xoghol tieghu accessibli. L-accessibilità ghal post tax-xoghol igibna ghal punt krucjali: li s-servizzi pubblici (fosthom it-trasport pubbliku), ghandhom ikunu accessibli ghac-cittadini Maltin kollha, fosthom persuni b'dizabilità. L-'assessments', tahrig u l-ghazla tal-impieg ma' jiswew ghal xejn, jekk l-individwu lanqas ikun jistà jasal sa fuq il-post tax-xoghol wahdu!
Naghrfu li certi kategoriji ta' dizabilità huma severi hafna u li ghalhekk il-persuna ser ikollha bzonn ghajnuna ta' spiss. Æal dawn jinhtieg jinholoq servizz ta' assistenza personali. Minghajr dan it-tip ta' servizz dawn l-individwi ser jigu mcahhda milli jaghmlu l-ghazliet individwali f'hajjithom, kif ukoll li jaghmlu kontribut siewi ghas-socjetà Maltija. Ahna nemmnu li dan is-servizz hu possibli, principalment ghaliex in-numru ta' nies li ghandhom dizabilità fizika hekk severa hi zghira.
Ahna nsostnu, b'konvinzjoni soda, li jekk ix-xoghol ikun addattat, u jekk jinghata s-support kollu mehtieg, m'hemmx dubbju li persuna b'dizabilità tistà taghti kontribut siewi fuq livell ugwali mal-haddiema l-ohra tal-azjenda, jew istituzzjoni.
KonkluzjoniSa ftit snin ilu, kwazi kull pajjiz zviluppat kien jaghmel pressjoni qawwija fuq persuni b'dizabilità sabiex dawn 'jaddattaw irwiehhom ghas-socjetà kif inhi. lllum dan l-attegjament qieghed jinbidel u qeghdin nghidu: 'Ahna lesti li naddattaw ruhna biss is-socjetà taghna bahar fejn trid taddatta ruhha, specjalment fl-oqsma ta' l-accessibilità u l-attitudni. 'Meta s-socjetà taghna, f'kull livell, tiffoka biss fuq in-nuqqasijiet tal-gisem, jew tal-mohh tal-persuna b'dizabilità, ma nihduhiex bi kbira li din thoss ruhha mormija, u titnissel fiha sens ta' inferjorità u apatija. Niftakru li l-individwu li jhossu stmat, aktar hu dispost li jibdel l-istima f'xi forma ta' xoghol produttiv.
Naghlaq billi naghmel enfasi fuq dawn it-tliet punti. L-ewwel, li x-xoghol jaghti dinjità aktar shiha lill-persuna. It-tieni, li persuni b'dizabilità ghandhom potenzjal li m'hawiex qieghed jintuza. It-tielet, li ekonomikament, l-pajjiz taghna ghandu hafna x'jirbah meta persuni b'dizabilità jigu mhegga sabiex isibu xoghol addattat u siewi.