Opportunitajiet Indaqs, bis-sahha tal-Ligi
Ligi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Dizabilità) 1999

Dan l-artiklu ta' Joe Camilleri kien deher l-ewwel darba fil-gurnal ta' l-Ghaqda Nazzjonali ta' Persuni Neqsin mis-Smigh, MALTA. Il-Hadd, 3 ta' Ottubru, 1999.

KULHADD L-ISTESS?

Meta nharsu madwarna naraw li mhux kulhadd l-istess. Hawn min hi hoxna, hawn min irqiqa, hawn min hu twil, u min hu qasir; hawn min ghandu dizabilità u hawn min m'ghandux dizabilità. Il-hajja m'hiex l-istess ghal kulhadd.

Ahna, li ghandna dizabilità nafu li l-hajja hi differenti ghal kull bniedem. Nafu li d-dizabilità taghna tfisser li l-hajja taghna ta' kuljum kultant tkun aktar difficli ghalina. Imma dan ahna nafuh u lesti naghmlu hilitna biex il-hajja taghna tkun indaqs bhal hajja li nghixu min m'ghandux dizabilità.

Meta konna tfal fl-iskola ghamilna sforzi kbar biex nitghallmu: biex nitghallmu nikkomunkaw, u biex nghaddu mill-ezamijiet. Meta kbirna ghamilna sforzi kbar biex insibu l-impjieg u biex inkunu haddiema tajbin. Stinkajna meta kellna familja. Nistghu nghidu li biex naghmlu dan kollu jkollna naghmlu sforzi ferm akbar minn dawk li jaghmlu l-persuni li m'ghandhomx dizabilità.

Insomma, niltaqghu ma' hafna problemi minhabba d-dizabilità taghna, jew ghax ahna 'Deaf', jew 'Ghomja', jew ghax nuzaw siggu tar-roti, jew ghax mohhna ma jitghallimx malajr bhal ta' haddiehor. Hafna drabi dawn il-problemi ahna kapaci nirbhulhom. Imma x'jigri meta nies li m'ghandhomx dizabilità joholqulna problemi huma wkoll?

Ha ntikhom ftit ezempji.

(1) Minhabba li hafna nies jahsbu li ghax ghandna dizabilità m'ahna kapaci ghal xejn, ahna:
(a) ninghataw ftit jew xejn edukazzjoni
(b) ma ninghataw l-ebda preparament ghall-hajja adulta.

(2) Meta nigu biex insibu impjieg, dawn l-istess nies jaghmluha difficli ferm biex nigu mpjegati, u meta jimpjegawna jtuna xoghol semplici, meta ahna nkunu kapaci naghmlu xoghol aktar importanti.

(3) Minhabba li ma nehdux ix-xoghol li haqqna, nispiccaw b'paga baxxa.

(4) Minhabba li jkollna paga baxxa ikun problema kbira ghalina li nixtru karozza, nixtru dar, jew inzommu familja. Insomma, ma tantx ikollna ghazliet fil-hajja taghna.

Nista nibqa' nghid fuq dan l-affarijiet, imma ser nieqaf hawn.

HEMM BZONN LIGI LI TNAQQAS ID-DISKRIMINAZZJONI?

Meta in-nies ta' madwarna jindahlu f'hajjitna u jzommuna lura milli naghmlu dak li kapaci u rridu naghmlu, dan jissejjah diskriminazzjoni. Hafna drabi d-diskriminazzjoni aktar taghmlina hsara mid-dizabilità taghna. Imma x'nistghu naghmlu biex innaqqsu l-effett ta' din id-diskriminazzjoni?

Hemm zewg affarijiet li nistghu naghmlu: (a) nedukaw lin-nies ta' madwarna biex huma jaghrfu li ahna bnedmin bhalhom u li rridu l-istess affarijiet fil-hajja li jridu huma, u (b) li nghaddu ligijiet biex min ghandu qalbu iebsa u ma jridx jitghallem inwaqqfur milli jibqa' jiddiskrimina kontrina bis-sahha tal-ligi.

Il-mexxej famus Iswed-Amerikan, Martin Luther King Jr., kien jghid hekk: "Il-Ligi m'hiex qeghda biex izzomm lura li min hu qalbu tajba, imma biex twaqqaf li min hu bla qalb."

Hafna pajjizi barra minn Malta ghaddew ligijiet li jwaqqfu lil min m'ghandux dizabilità milli jiddiskrimina kontra min ghandu dizabilità. Uhud minn dawn il-ligijiet huma: The Americans with Disabilities Act, the Canadians with Disabilities Act, the Australians with Disabilities Act u the Disability Discrimination Act tar-Renju Unit.

Hawn Malta anki ahna hassejna l-bzonn li naghmlu ligi bhal din. Ligi li thares id-drittijiet civili taghna. Din il-Ligi ser tkun tissejjah il-Ligi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Dizabilità).

L-abbozz ta' din il-ligi ilha tigi ppreparata ghal dawn l-ahhar hames snin, u issa waslet fl-ahhar. Meta l-abbozz gie quddiem il-Parlament Malti ghall-ewwel darba kien ipprezentat minn Dr. Lawrence Gonzi, Ministru tal-Politika Socjali u giet ssekondata mill-Onor. Evarist Bartolo, Shadow Minister ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali. Dan ifisser li zewg partiti politici ewlenin it-tnejn gharfu l-importanza ta' din il-ligi. Ahna nisperaw li l-abbozz isir ligi sat-3 ta' Dicembru ta' din is-sena. Kif tafu, it-3 ta' Dicembru huwa l-Jum Internazzjonali tal-Persuni b'Dizabilità. Jekk il-ligi ssehh zgur ser ikollna x'niffestiggjaw din is-sena!

KIF TAHDEM IL-LIGI OPPORTUNITAJIET INDAQS

Iz-zewg ghanijiet principali ta' din il-Ligi huma:
(a) li twaqqaf milli ssir diskriminazzjoni kontra taghna, l-persuni b'dizabilità, minhabba li ghandna xi nuqqas fizici u/ jew mentali;
(b) li tahseb biex titwaqqaf (quddiem il-ligi) l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità.

Meta persuna li ghandha dizabilità tahseb li xi hadd wettaq diskriminazzjoni kontriha (per ezempju, cahhdek minn gobb li kont kapaci taghmlu) din l-istess persuna tista' taghmel ilment. Kif ?

L-ewwel pass. Il-persuna b'dizabilità trid tigi l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità u tispjega sew il-kas taghha.
(Fil-Kummissjoni ser ikun hemm nies inkarigati apposta biex jghinu l-persuna b'dizabilità tispjega ruha seww. Fil-kas ta' persuni Deaf ser ikun hemm ukoll interpretu tal-lingwa tas-sinjali u din il-persuna tkun maghzula mill-persuna Deaf stess.).

It-tieni pass. Wara li jkunu ccarati d-dettalji tal-kas, nies imqabbda mill-Kummissjoni jistudjaw u jinvestigaw il-kas, biex jaraw hux tassew li twettaq diskriminazzjoni mal-persuna b'dizabilità.

It-tielet pass. Jekk verament ikun hemm il-problemi, allura l-Kummissjoni tlaqqa lill-persuni kollha li ghandhom x'jaqsmu mal-kas u tipprova ssib soluzzjoni bejnithom.

Ir-raba pass. Jekk dawn in-nies ma jaqblux bejnithom, u jidher li xorta ser titwettaq diskriminazzjoni mal-persuna b'dizabilità, allura jinfetah kas fil-Qrati Maltin. (Imma dan u l-ahhar pas u l-Kummissjoni ser taghmel kull ma tista biex tevita li hafna kazijiet jispiccaw il-Qorti).

TBATIJA MHUX GUSTIFIKABBLI/ IL-PROVA TAR-RAGUNI

Il-ligi tahseb ukoll biex ma jsir ingustizzja ma' min ihaddem, jew min ikun qed jipprovdi xi servizz. Dan x'ifisser? Jista jkun li biex jiena (l-persuna b'dizabilità) ninqeda jfisser li l-persuna li m'ghandiex dizabilità trid tidhol fi spiza, jew bidla, kbira hafna. L-ispiza tant tkun kbira li tista tkisser lil persuna li trid taghmilha.

Ha niehdu ezempju. Jien noqghod l-Imdina, il-Belt antika u ckejkna li tinsab hdejn ir-Rabat. Fl-Imdina ghandna hanut tal-grocer wiehed, zghir hafna. Biex tidhol f'dan il-hanut hemm zewg targiet. Issa ejja nghidu li jien nuza siggu tar-roti (gieli uzajtu). Jiena mmur ghand il-Kummissjoni u nghidilhom li qed isir diskriminazzjoni mieghi ghax ma nistax nidhol fil-hanut biex nixtri (Veru).

Il-Kummissjoni tistudja l-kas (jigifieri taghmel il-prova tar-raguni) u ssib li biex nidhol fil-hanut, trid issir rampa li tohrog f'nofs it-triq. Issa inthom tafu li toroq ta' l-Imdina huma dojoq hafna. Jekk issir ir-rampa ma jkunux jistghu jghaddu karozzi u ghalhekk ma jidhlux it-trakkijiet ta' l-ikel, tax-xorb, tat-tindif u xi nies anzjani l-anqas ikunu jistghu jidhlu u johorgu mill-belt. Insomma, din ir-rampa ser tohloq hafna problemi. Dawn il-problemi jissejjhu: tbatija mhux gustifikata.

Mela, wara li tkun ghamlet il-prova tar-raguni, il-Kummissjoni ssib li verament qed jitwettaq diskriminazzjoni kontrija. Imma l-Kummissjoni ssib ukoll li biex jieqaf id-diskriminazzjoni kontrija trid issir rampa li ser iggib tbatija mhux gustifikata fuq il-kumplament tan-nies li joqghodu l-Imdina. Ghalhekk, il-Kummissjoni tiddeciedi li r-rampa ma ssirx u jien ma nkunx nista' niftah kas il-Qorti.

Biss nerga' nghid li l-Kummissjoni ser taghmel minn kollox biex il-kazijiet jispiccaw tajjeb. Kull fejn tista' l-Kummissjoni ser tipprova ssib soluzzjoni gusta ghall-ilmenti li ser jittressqu quddiema.

KONKLUZJONI

Meta tghaddi l-Ligi Opportunitajiet Indaqs m'ahniex ser naraw mirakli mill-lum ghal ghada. Dan ghaliex il-bidliet li jsiru fis-socjetà ta' madwarna jsiru bil-mod. Anzi, nista' nghid li jekk inti u jien (persuni b'dizabilità) m'ahniex ser nistudjaw il-Ligi biex naraw kif din tista' tkun ta' ghajnuna ghalina, il-Ligi m'hi ser tiswa' ghal xejn.

Il-Ligi tghina biex niehdu dak li haqqna, imma rridu nkunu ahna li niggieldu ghad-drittijiet taghna. Ahna rridu ninsistu li n-nies ta' madwarna jittrattawna INDAQS, u mhux inqas minnhom. INDAQS fl-edukazzjoni, INDAQS fuq ix-xoghol, INDAQS fil-postijiet ta' divertiment, INDAQS meta jitkellmu maghna. INDAQS f'kollox.

Irridu naqbzu ghad-drittijiet taghna u ghad-drittijiet ta' persuni ohra li forsi m'ghandhomx l-istess dizabilità bhal taghna. Jekk ma naqbzux ghal xulxin, kif nistghu nistennew lil min ma jafx x'inhi dizabilità li jaqbez ghalina?

Nerga' nghid. Il-Ligi ser tkun ghajnuna kbira hafna biex infittxu d-drittijiet taghna, imma l-ebda ligi u l-ebda bniedem iehor m'hu ha jiggieled il-glieda ghalina. Irridu nkunu ahna li ninsistu ghal

OPPORTUNITAJIET INDAQS, BIS-SAHHA TAL-LIGI!

previous page