Camilleri, Joseph M. (1999): Naqsmu l-Esperjenzi: Persuni bNuqqas ta' Mobilità. Kummissjoni Nazzjonali Persuni bDizabizità. Sta. Venera. Malta.
Dan il-materjal jifforma parti mill-lectures dwar Oqsma tad-Dizabilita, organizzati mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni bDizabilità. Il-materjal inkiteb u beda jitqassam ghall-ewwel darba fl-1999.
Persuni li ghandhom nuqqas ta' mobilità huma persuni li jsibu diffikultà biex jiccaqalqu. Hawn hafna tipi differenti ta' nuqqas ta' mobilità. Din tista tkun kagun ta':
- xi incident ikrah waqt li tkun qed tipprattika xi sport, jew minhabba xi incident fuq ix-xoghol, jew minhabba l-gwerra;
- marda li thalli hsara fil-mohh, fin-nervituri jew fil-muskoli;
- problemi ta' genetika;
- l-anzjanità, fejn il-muskoli, l-ghadam u n-nervituri jibdew jiddaghajfu, jew jinkisru malajar.
Mhux kull min ghandu nuqqas ta' mobilità juza siggu tar-roti. Kemm in-natura tal-problema u kemm il-gravità ivarjaw ma' kull bniedem. Hekk hawn min:
- jimxi ftit, imma jzappap ghax ghandu problema ta' l-artrité u ghalhekk juza bastun biex jghinu fil-mixi
- ma jista' jimxi xejn, imma jista' joqghod bilqieghda, forsi minhabba li meta kien zghir qabditu l--polio, bhal dan juza siggu tar-roti biex ikun jista' jkun aktar indipendenti;
- sahansitra ma jistax johrog mis-sodda, ghax forsi jkun kiser ghonqu.
Dawn huma zewg ESTREMI --- bejniethom hemm mijiet ta' eluf ta' ezempji ohrajn.
Mhux kull min huwa fis-siggu tar-roti huwa l-istess. Hawn min jista' jsuq is-siggu hu stess. Izda hawn ohrajn li ghandhom bzonn siggu li jahdem bl-elettriku ghax ma jkollhomx sahha bizzejjed f'idejhom, jew ghal xi raguni ohra.
Irridu niftakru wkoll li n-nuqqas ta' mobilità m'hiex xi marda li tittiehed, l-anqas m'hi dejjem marda li tintiret. Fil-fatt in-nuqqas ta' mobilità rari tkun kundizzjoni li tintiret. Ghalhekk, insibu hafna nies b'nuqqas ta' mobilità li anki jizzewwgu u jkollhom familja. Imma anki hawn hekk jezisti zbilanc, aktar irgiel b'nuqqas ta' mobilità jizzewwgu, milli nisa'.
Hafna mill-problemi ta' persuni li ghandhom nuqqas ta' mobilità gejjin minhabba li s-socjetà ma tghinhomx biex ikunu jistghu jghixu hajja indipendenti. Infatti, l-akbar problemi li jiltaqghu maghhom hafna persuni li ghandhom nuqqas ta' mobilità huma:
- prugunieri f'darhom, minhabba n-nuqqas ta' accessibilità fl-ambjent mibni u l-ambjent miftuh;
- diskriminazzjoni negattiva fejn jidhlu edukazzjoni, impjieg u opportunitajiet ohra, dan minhabba l-injoranza ta' hafna nies li jahsbu li persuna b'nuqqas ta' mobilità m'hu kapaci ghal xejn;
- l-izolament, minhabba li hafna nies jibzghu, jew jistmerru, li jaghmlu hbieb ma' persuna b'dizabilità.
Hawn persuni li juzaw siggu tar-roti li huma neqsin mill-hbieb. Dan mhux ghaliex in-nies huma qalbhom hazina, izda qishom jibzghu jitkellmu ma' xi hadd b'dizabilità. Forsi jisthu, forsi ma jkunux jafu kif se jaqbdu jgibu ruhhm. Dawn huma kollha diffikultajiet li qeghdin fil-mohh biss.
Jekk persuna b'nuqqas ta' mobilità tinghata opportunitajiet indaqs, din tista tasal biex tghix hajja indipendenti u ta' profitt ghaliha u ghas-socjetà kollha.
F'Malta persuni b'nuqqas ta' mobilità lahqu livelli gholjin hafna f' diversi oqsma. Saru teachers, lectureres u sahansitra professuri ta' l-università, deputati parlamentari u anki ministri, avukati prominenti u mhallfin, kantanti u strumentisti maghrufa. Dan minbarra l-eluf ta' persuni b'nuqqas ta' mobilità li jaghmlu xoghol iehor daqstant bzonnjuz u ta' valur.
Infatti, persuna b'nuqqas ta' mobilità tista tkun kapaci f'oqsma differenti imbasta tinghata inkoragiment, edukazzjoni xierqa, tahrig addattat, flessibilità fuq il-post tax-xoghol u fuq kollox, tinghata CANS turi x'kapaci taghmel.
Jekk tkun qed titkellem ma' xi hadd li jkun qieghed f'wheelchair, inzel ghall-livell tal-persuni, sakemm tkun qed tharsu f'ghajnejn xulxin. Tippruvax tiddomina bit-tul, jew persuna tieghek.
AKTAR X'TAQRA FL-ISTESS PAKKETT
Ø Attitudini u Accessibilità
Ø X'Infissru b'Accessibilità?
Ø Kulhadd Ghandu Dritt Indaqs_________________________________________________________________
Izda pajjizna accessibbli ghal min jinsab fuq wheelchair?
Qatt ippruvajtu tintrabtu ma' wheelchair. Tghidu lil xi hadd idahhalkom il-Belt u tippruvaw taqdu l-affarijiet taghkom bilqeghda fuq is-siggu. Ma nahsibx. Izda jekk l-ewwel darba li tidhlu l-Belt tippruvaw tinnotaw kemm hu difficli ghal persuna fuq wheelchair li tidhol il-hwienet, Li tuza` l-fa[ilitajiet tal-bank u li tinqeda fid-diversi dipartimenti tal-Gvern allura ma nadirkomx li qatt ma ppuvajtu intom din l-esperjenza.
Hawn persuni li minhabba l-kundizzjoni taghhom ikollhom jirrikoru ghall-uzu tal-wheelchair izda minkejja dan il-fatt huma persuni normali, bil-bzonnijiet u d-drittijiet taghhom kollha. Hu dritt sagrosant li kulhadd jghix hajja indipendenti izda minhabba nuqqas ta' hsieb u forsi wkoll xi egoizmu dawn il-persuni qed isibu diversi ostakoli.
Tlabt il-kumment ta' Joseph M. Camilleri - ic-Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilita` biex jitkellem dwar il-htigijiet u l-ostakli f'dawn il-kazijiet ...
L-ewwel haga meta titkellem biss dwar dawk il-persuni li juzaw il-wheelchair tkun qed tillmenta u tinsa barra persuni ohrajn li ghandhom problema ta' mobilita` jew problema tad-dawl u tas-smigh.
Izda biex nitkellem dwar suggett ta' accessibilita` l-problema naqsamha fi tlieta. Hemm l-accessibilita` fizika, bhalma jistghu jkunu rampi, lift ecc. Hemm accessibilita` ta' l-informazzjoni, b'mod specjali ghall-persuni neqsin mid-dawl u mis-smigh u accessibilita' ghas-servizzi ghax inutli li tkun tista` tidhol f'post jekk is-servizzi ta' gewwa ma jkollokx access ghalihom.
B'dan irrid infisser li l-accessibilita` fizika hi biss parti mill-problema. Ghal kollox trid tipprova issib soluzzjoni li biha taqdi l-maggoranza tan-nies. Ezempju. Jekk se taghmel switches tad-dawl 'il fuq jew inkella l-qniepen tad-djar, hemm min jilhaqhom izda hemm ukoll ohrajn li minn fuq il-wheelchair ma jkunux jistghu jilhquhom.
Jien ukoll ghalkemm ma nuzax wheelchair mhux dejjem nilhaq il-qniepen jew id-dawl. Dan fil fatt hu wiehed mir-ragunijiet ghaliex mieghi ingorr il-bastun. Izda jekk l-affarijiet isiru fil-baxx, ikun jista`jinqeda kulhadd.
Biex kull bini pubbliku jkollu lift jew platform lift biex jitla` wheelchair ma jiswiex il-belli liri u lanqas jirrovinaw l-estetika. Is-servizzi jistghu jservu ghal kulhadd, anzjani, nisa bil-prams u dawk kollha li jkunu dizabilitati bhal min ikun kiser saqajh jew wegga`.
L-importanti hu li kemm jista` jkun ma jkunx hemm dik l-istampa ta' wheelchair li tant tohloq stigma. Issib per ezempju persuni anzjani li jkollhom bzonn juzaw il-lift, izda ghax ikollu sinjal ta' wheelchair ma juzawhx.
Hi umiljanti ghall-persuni b'dizabilita` meta jkunu jixtiequ jmorru x'imkien u ma jkunux jistghu jew jekk imorru jkunu jridu jerfaghhom xi hadd. Mhux veru li wiehed jidra s-sitwazzjoni tieghu. Jien ili b'dizabilita`41 sena u ghandi 43. Ghadni ma drajtx u ghadni nisthi meta jkollhom jerfughni. Ghax jien ragel. Kemm tara rgiel, jaqbduhom qishom babies u jitilghu bihom it-tarag ta' Kastilja, ghax Kastilja m'hix accessibbli u ghandi appuntament mal-Prim Ministru. L-Inglizi jghidu li hemm aktar minn mezz wiehed biex tqaxxar qattusa.
Hemm aktar minn mod wiehed biex titla` fis-sular ta' fuq. Hemm it-tarag, hemm il-lift kovenzjonali, hemm il-folding lift u l-platform. Irridu nfittxu u nsibu l-aktar mod dinjituz, ekonomiku, efficjenti u estetiku. Tigix taghmilli tarjola u habel u tghidli biex niddendel maghha biex nitla`. Ghax jekk jien veru nitla`, u l-mod ikun effettiv, id-dinjita` tieghi izda se tigi fix-xejn.
Fl-1995 mhux accettabbli li ssib postijiet mhux accessibbli. Naccetta li mmur knisja li nbiet 400 sena ilu li ma jkolliex facilita` izda mhux bini modern li nbena dan l-ahhar. Kull stabbiliment, ikun cinema, hwienet jew ristoranti jaqblilhom li jkollhom facilitajiet ghal persuna b'dizabilita`. Per ezempju jekk jien se nohrog ma' shabi jew ma' tal-familja mhux se mmur f'post fejn ma nistax nidhol jew ma nistax niccaqlaq. Izda jekk inkun nista` mmur se mmur jien flimkien mal-grupp li jkun mieghi.
Persuna b'dizabilita` trid tiddeverti u trid tohrog izda jrid ikollha aktar facilitajiet u naqtughha li dawn il-facilitajiet iservu ghalina biss, bosta huma dawk li jistghu jaghmlu uzu minnhom.
L-ATMs, it-telefons u diversi servizzi bhal dawn ma nistghux nuzawhom. U l-argument mhux ... imma xi hadd jghinek. Le, jiena adult u mhux tfal. Anke lit-tfal gieli jinsultawhom meta ma jhalluhomx jaghmlu affarijiet wahidhom. L-ebda persuna b'dizabilita` ma tiehu pjacir tidhol x'imkien mill-bieb ta' wara jew thobb tkun differenti.
Jekk is-siggijiet ikunu kollha sofor jien ma nihux gost inpoggi fuq wiehed ahdar. Id-dizabilita` jien irridha tkun kemm jista` jkun invizibbli, minimizzata. Kulma hemm bzonn hu ftit ta' hsieb innovattiv biex tanstab soluzzjoni.
Is-sitwazzjoni f'Malta rrangat xi ftit izda ghad fadal hafna xi jsir. Per ezempju jekk int student fl-Universita` b'dizabilita`, int taghmel xoghol biss minghajr possibilita` ta' sfog. Dan minhabba li ma hemm l-ebda tip ta' access ghall-canteen. Hemm hafna mill-pelican crossings li huma tajbin, fil-baxx, hemm ukoll xi kunsilli lokali li ghamlu bankini u rampi tajbin u mhux f'nofs tat-triq.