Camilleri, Joseph M. (1999): Naqsmu l-Esperjenzi: Persuni bNuqqas ta' Smigh. Kummissjoni Nazzjonali Persuni bDizabizità. Sta. Venera. Malta.
Dan il-materjal jifforma parti mill-lectures dwar Oqsma tad-Dizabilita, organizzati mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni bDizabilità. Il-materjal inkiteb u beda jitqassam ghall-ewwel darba fl-1999.
Persuni li ghandhom nuqqas ta' smigh huma persuni li jsibu diffikultà biex jisimghu il-hsejjes ta' madwarhom. Hawn hafna tipi differenti ta' nuqqas ta' smigh. Dawn jistghu jkunu kagun ta':
- xi incident fuq ix-xoghol, jew ghal xi raguni ohra, per ezempju minhabba xi spluzjoni;
- marda li thalli hsara fit-tambur, jew fin-nervituri u l-muskoli tal-widna;
- problemi ta' genetika;
- l-anzjanità, fejn il-muskoli, u n-nervituri tal-widna' jibdew jiddaghajfu.
Mhux kull min ghandu nuqqas ta' smigh huwa trux ghal kollox. Kemm in-natura tal-problema u kemm il-gravità ivarjaw ma' kull bniedem. Hekk persuna:
- tisma' ftit, u tuza 'hearing aid' biex tkun tista' tisma' aktar car;
- ma tisma' xejn, lanqas il-vuci taghha stess, avolja bl-ghajnuna ta' hearing aid;
- Dawn huma zewg ESTREMI --- bejniethom hemm mijiet ta' eluf ta' ezempji ohrajn.
BIEX NIFHEMU AHJAR
L-Ikbar problema li thabbat wiccha maghha persuna b'nuqqas ta' smigh hi kif se tikkomunika mal-kumplament tas-socjetà li tuza l-kelma mitkellma bhala l-akbar mezz ta' kommunikazzjoni.
Din il-problema hi differenti ghal kull persuna b'nuqqas ta' smigh. Differenza kbira narawha bejn persuni li kienu jisimghu, imma ghal xi raguni jew ohra tilfu s-smigh, u persuni li jkunu twieldu ma jisimghux.
Min jittarrax x'aktarx li jkun tghallem jitkellem car, ghaliex dan kien jisma' meta kien qed jitghallem jitkellem. Ghalhekk, meta dawn in-nies ikellmuna ftit jew xejn ikun hemm differenza bejn kif jesprimu ruhhom huma, u kif nesprimu ruhna ahna.
Imma persuna li tkun twieldet truxa QATT ma tkun semghet il-kelma mitkellma. Ghallura, persuni bhal dawn mhux dejjem jitkellmu car u ahna rridu naghmlu sforz akbar biex nifhmuhom. Persuni li qatt ma semghet il-kelma mitkellma mhux dejjem tifhem kollox, imma dan ma jfissirx li hi injoranta. Jfisser biss li rridu nghamlu sforz akbar biex nifthemu.
Biex persuna b'nuqqas ta' smigh tkun tista' tifhmek meta titkellem, trid:
Ø thares lejha biex hi tkun tista'taqra xofftejk (tghattix xofftjek b'subghajk jew b'xi mustacci twal!)
Ø tkellem bil-mod u b'mod naturali (m'hemmx ghalfejn iggebed wiccek ghax dan aktar igerfex lil min ghandu nuqqas ta' smigh)
Ø titkellimx bil-ghaggla, ghax inkella l-persuna b'nuqqas ta' smigh tifhem biss: bla, bla, bla, bla, bla ...
Ø meta titkellem dawwar wiccek ghad-dawl, fid-dlam persuna b'nuqqas ta' smigh ma tkunx tista' taqra' x-xofftejn seww
Ø m'hemmx ghalfejn titkell tghajjat, ghax il-persuna b'nuqqas ta' smigh xorta ma tisimakx, anzi aktar ma tifhimx
Ø meta titkellem il-persuna nieqsa mis-smigh ismaghha bil-kalma u ghamel sforz int biex tifhimha, kif hi tkun ghamlet sforz kbir biex tifhem lilek!
HEARING AIDS
Xoghol il-hearing aid jixbah lill-headphones (bhal ma nuzaw meta nisimghu il-muzika). Filwaqt li jkabbar il-qawwa tal-hoss, jiehu l-hoss dirett ghal widnejn min jilbsu. B'dankollu ma tridx tahseb li bil-hearing aid wiehed se jigi jisma' bizzejjed jew normali. Anzi ghal xi whud, il-hearing aid m'hu ta' ebda ghajnuna. Biex tisma' ahjar, gieli taghmel idejk ma' widnejk. Meta anzjan, ghax jibda jitlef xi ftit is-smigh, ma jibdiex jifhmek, hekk jaghmel. Zmien ilu, il-hearing aid kien form ta' lembut.
Illum wiehed isib diversi kwalitajiet ta' hearing aids.
BEHIND-THE EAR AID - dan huwa hearing aid li jintlibes wara l-widna, generalment dan huwa zghir u hafif.
ALL-IN-THE EAR AID - dan ukoll huwa strument zghir hafna li jintlibes kollu go l-widna u ghalhekk m'huwiex dejjem adattat ghal trabi zghar hafna.
RADIO AID - dan iwassal, per ezempju, lehen l-ghalliema fil-klassi, minghajr hsejjes ohrajn, dritt ghal widnejn it-tifel, jew tifla.
IL-LINGWA TAS-SINJALI
Jekk tharsu ftit madwarkom tindunaw li kollha kemm ahna b'xi mod jew iehor nitkellmu bis-sinjali. Ahna n-nies li nigu mir-regjun tal-Meditarran specjalment inhobbu nxejjru idejna u niccaqalqu hafna meta nitkellmu (jew nghajjtu!) ma' xulxin. Dan nghamluh biex nghatu emfasi lill-kliem taghna. Per ezempju:
G nghamlu suba quddiem xofftejna biex infissru li rridu nzommu s-skiet;
J n'hemzu lil xi hadd b'ghajn wahda biex naghtu tifsira differenti lill-kliem taghna, jew biex nifthemu minn wara dar xi hadd;
I nghollu l-pala t'idejna biex nuru lil xi hadd li rriduh jieqaf minn dak li qed jaghmel, jew jghid.
Hawn certu xoghol li sahansitra jsir bis-sinjali BISS. Per ezempju, surmast ta' l-orkestra m'ghandux nuqqas ta' smigh, u l-anqas il-muzicisti li jiffurmaw l-orkestra, izda waqt il-kuncert is-surmast imexxi l-orkestra bis-sinjali biss.
Kontu tafu li l-Lingwa tas-Sinjali hi differenti f'kull pajjiz, bhal ma huma l-lingwi li nitkellmu ahna l-persuni li nisimghu? Tezisti wkoll lingwa tas-sinjali internazzjonali. Imma kulhadd jaf li hawn sinjali li kulhadd jifhimhom. Per ezempju, jekk xi hadd joghorok zaqqu, dan ifisser jew li ghandu l-guh, jew ghandu xi ugiegh ta' zaqq!
Il-Lingwa tas-Sinjali Maltija m'hiex zviluppata bizzejjed u ghalhekk qed issir ricerka biex din il-lingwa tigi zviluppata aktar biex tkun tista taqdi l-bzonnijiet ta' persuni neqsin mis-smigh ahjar. Dan ix-xoghol ta' ricerka qed isir mill-Istitut tal-Lingwistika ta' l-Università ta' Malta, l-Ghaqda Nazzjonali tal-Persuni Neqsin mis-Smigh u l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità.
Id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni joffri evening course fil-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Tapplika billi ccempel lid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni. Il-course jinghata minn persuni neqsin mis-smigh u minn persuni li jisimghu. Dawn huma courses poplari hafna u trid tibbukkja kmieni biex tilhaq post!
Ezempji ta' persuni mgharufa li kellhom nuqqas ta' smigh:
Ludwig van Beethoven - tilef is-smigh fl-aqwa tal-karriera tieghu bhala kompozitur tal-muzika klassika, kien inserra saqajn il-pjanu tieghu u middu ma' l-art biex jipprova jhoss il-vibrazzjoni tan-noti fuq l-art ta' l-injam.
Helen Keller - lingwista famuza li barra n-nuqqas ta' smigh, kienet ukoll persuna ghamja.
Jack, Lord Ashley - politiku famuz mill-Ingilterra li ttarrax meta kien membru parlamentari, izda baqa' xorta jaqdi dmiru bhala politiku.
Evelyn Glennie - tilfet is-smigh fl-adoloxxenza, muzicista maghrufa, iddoqq il-perkussjoni (tnabar, cimbli, tom-toms, ecc) thoss il-muzika tivvibra fuq il-palk billi ddoqq hafja.
IR-RESPONSABILITÀ TAGHNA
Hafna mill-problemi ta' persuni b'nuqqas ta' smigh gejjin minhabba li s-socjetà ma tghinhomx biex ikunu jistghu jghixu hajja indipendenti. Infatti, l-akbar problemi li jiltaqghu maghhom hafna persuni li ghandhom nuqqas ta' smigh huma:
L diskriminazzjoni negattiva fejn jidhlu edukazzjoni, impjieg u opportunitajiet ohra, dan minhabba l-injoranza ta' hafna nies li jahsbu li persuna b'nuqqas ta' smigh m'hi kapaci ghal xejn;
L l-izolament socjali, minhabba li hafna nies jibzghu, jisthu, jew jistmerru li jaghmlu hbieb ma' persuna b'nuqqas ta' smigh.Kulhadd jista' jaghmel il-parti tieghu biex nirbhu fuq l-injoranza u biex noholqu socjetà li thadden fiha lil kulhadd, hi x'inhi l-abilità, jew dizabilità taghha.