Il-Mudell Socjali tad-Dizibilità
Mehud mill-Programm Dinji ta' Azzjoni dwar il-Persuni b'Dizabilità. Maqlub ghall-Malti minn Fred Bezzina.
· Fred Bezzina huwa missier ta' persuna b'dizabilità u wiehed mill-fundaturi tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità
_____________________________________________________
Il-Programm Dinji ta' Azzjoni dwar il-Persuni b'Dizabilità jghidilna hekk dwar dan il-qasam:L-esperjenza turina li l-bicca l- kbira hu l-ambjent li jiddetermina l-effett ta' impairment jew ta' dizabilità fuq il-hajja ta' kuljum tal-persuna. Persuna hi handikappata meta hu jew hi tkun imcahda mill-opportunitajiet li generalment huma miftuha ghall-komunità u li huma elementi fundamaneti biex tghix, inkluz il-hajja tal-familja, l-edukazzjoni, x-xoghol, id-djar, s-sigurtà finanzjarja u personali, partecipazzjoni fi gruppi socjali u politici, attività religjuza, relazzjonijiet intimi u sesswali, access ghall-facilitajiet pubblici, libertà tal-moviment u l-istill generali tal-hajja ta' kuljum.
Persuni b'dizabilità ghandhom ikunu mistennija li jaqdu l-funzjonijiet taghhom fis-socjetà u jilhqu l-obligazzjonijiet taghhom bhala adulti. L-imagini tal-persuni b'dizabilità tiddependi mill-attitudnijiet socjali bbazati fuq fatturi differenti li jistghu jkunu l-akbar ostakoli ghall-partecipazzjoni u l-ugwaljanza. Ahna naraw id-dizabilità kif tidher mill-bastun l-abjad, mill-krozzi, l-hearing aids u s-siggu tar-roti, imma mhux il-persuna. Li hemm bzonn hu li niffukaw fuq l-abilità, mhux fuq id-dizabilità tal-persuni b'dizabilità.