Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilità
Rapport ta Hidma 2001
Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità timpenja ruhha biex is-socjetà Maltija tkun wahda inkluziva, b'mod li l-persuni b'dizabilità permezz ta' opportunitajiet indaqs fl-oqsma kollha tal-hajja jilqghu l-milja taghhom bhala bnedmin li jgawdu minn kwalità ta' hajja gholja. Fit-twettiq ta' dan l-impenn, il-Kummissjoni tahdem biex is-socjetà telimina kull forma ta' diskriminazzjoni diretta jew indiretta kontra l-persuni b'dizabilità jew il-familji taghhom fil-waqt li tipprovdilhom l-ghajnuna u l-appogg mehtieg.
Werrej
4. Equal Opportunitajiet Indaqs
12. L-Informazzjoni u l-Edukazzjoni Pubblika
1. It-Twaqqif tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità (KNPD) twaqqfet ghall-ewwel darba fit-3 ta' Novembru, 1987, meta l-Ministru ghall-Politika Socjali ta' dak iz-zmien kien ghamel stqarrija parlamentari fejn hatar l-ewwel membri ta' din il-Kummissjoni. Fl-10 ta' Frar 2000, il-Kummissjon twaqqfet ufficjalment, din id-darba skond kif jitlob l-Att Nru. 1 tas-Sena 2000, l-Att Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Dizabilità). F'din l-istess ligi gew stabbiliti l-ghanijiet tal-Kummissjoni.
2. Ghanijiet
L-ghanijiet tal-Kummissjoni huma li:
· tiddentifika, tistabilixxi u taggorna kull principju ta' ezekuzzjoni nazzjonali li sew direttament u sew indirettament ikollu x'jaqsam ma' affarijiet ta' dizabilità;
· tiddentifika l-htigijiet ta' persuni b'dizabilità, tal-familji taghhom u ta' korpi volontarji li jkunu jahdmu fil-qasam tad-dizabilità u tieghu dawk il-passi kollha mehtiega, jew tipproponi mizuri xierqa, sabiex kemm jista' jkun tipprovdi ghal dawk il-htigijiet;
· tizgura li kull programm tal-Gvern li jkun jolqot l-affarijiet u l-interessi ta' persuni b'dizabilità, tal-familji taghhom u ta' korpi volontarji li jkunu jahdmu fil-qasam tad-dizabilità, jitwettaq skond il-principji ta' ezekuzzjoni nazzjonali dwar affarijiet li jkollom x'jaqsmu mad-dizabilità;
· tizgura li jkun hemm il-ko-ordinazzjoni mehtiega bejn id-Dipartimenti u agenziji kollha tal-Gvern fit-twettiq ta' mizuri, servizzi jew inizjattivi li jigu proposti mill-Gvern jew mill-Kummissjoni minn zmien ghal zmien;
· izzomm kuntatt dirett u kontinwu ma' korpi lokali u barranin li jahdmu fil-qasam tad-dizabilità, u ma' gruppi, agenziji, jew individwi ohra skond il-htiega;
· tissorvelja l-ghoti ta' servizzi offruti mill-Gvern jew l-agenziji tieghu, jew minn kull persuna jew grupp ta' persuni ohra, meta l-klijenti ta' dawk is-servizzi jkunu persuni b'dizabilità;
· tahdem biex titnehha kull diskriminazzjoni kontra persuni b'dizabilità;
· twettaq investigazzjonijiet generali bil-ghan li tistabilixxi jekk id-dispozizzjonijiet ta' dan l-Att ikunux qeghdin jitharsu;
· tinvestiga dawk l-ilmenti li jistghu jsirulha dwar xi nuqqas ta' tharis ta' xi dispozizzjoni ta' dan l-Att f'xi kaz individwali u, meta dan ikun jista' jsir, tikkoncilja ghar-rigward ta' dawk l-ilmenti;
· tidhol fil-mertu ta' kwistjonijiet, u tiddeciedi dwarhom, meta dawn jigu lilha riferiti mill-Ministru;
· tipprovdi ghajnuna, skond ic-cirkustanzi, inkluza ghajnuna legali u finanzjarja lil persuni b'dizabilità fil-ksib ta' jeddijiethom bis-sahha ta'dan l-Att; tibqa' tissorvelja t-thaddim ta'dan l-Att u, meta l-Kummissjoni jkun hekk jidhrilha jew hekk tinhtieg li taghmel mill-Ministru, tabbozza u tissottometti lill-Ministru proposti ghal emendi fl-Att;
• tezamina ligijiet, u (meta l-Ministru hekk jitlobha li taghmel) tipproponi ligijiet, bil-ghan li taccerta jekk il-ligijiet attwali jew proposti jkunux jew jistghux ikunu inkonsistenti ma' l-ghanijiet ta' dan l-Att jew imorru kontriehom, u jwasslu rapport lill-Ministru dwar ir-riultati ta' kull analizi simili;
· tipprovdi dawk is-servizzi kollha li jistghu jinhtiegu jew jintalbu mill-Kummissjoni sabiex din tkun tista' tilhaq l-ghanijiet taghha;
· tigbor, tanalizza u tippubblika statistika dwar il-qasam tal-persuni b'dizabilità li, fost hwejjeg ohra, tkun turi l-livell nazzjonali milhuq fil-politika dwar l-inkluzjoni.
3. Il-Perjodu ta' dan ir-Rapport Annwali
Dan ir-rapport ikopri s-sena 2001 u qed isir skond kif titlob il-Ligi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Dizabilità), Artiklu 30.
4. L-Istruttura tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità
4.1 Matul din is-sena, il-Kummissjoni kienet komposta kif jidher f'Tabella 1.
4.2 Il-Kummissjoni ghandha wkoll l-Ezekuttiv li hu kompost mis-Sur Joe Camilleri, Cermen, is-sur Fred Bezzina, Direttur Ezekuttiv tas-Segretarjat, li jaqdi wkoll il-funzjoni ta' Segretarju tal-Kummissjoni u ta' l-Ezekuttiv, is-sur Edgar Galea Curmi, rapprezentant tal-Ministeru ghall-Politika Socjali, is-sinj. Maryrose Mifsud, rapprezentanta tat-Taqsima ta' l-Edukazzjoni, Fr Charles Abela, rapprezentant tal-Knisja Kattolika Maltija u Dr. Anthony Charles u s-sur John Peel, rapprezentanti tal-Federazzjoni tal-Organizzazzjonijiet ghall-Persuni b'Dizabilità.
Tabella numru 1
|
Isem |
Status |
|
1 Is-sur Joseph M. Camilleri* |
Cermen |
|
2 Is-sur Edgar Galea Curmi |
Ministeru ghall-Politika Socjali |
|
3 Is-sinj Mary Rose Mifsud |
Ministeru ta' l-Edukazzjoni |
|
4 Dr. Marvic Sammut |
Ministeru tas-Sahha |
|
5 Is-sur Alfred Camilleri |
Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici |
|
6 Is-sinj. Claire Camilleri |
Ministeru ghal Ghawdex |
|
7 Dr Anthony Charles* |
Federazzjoni ta' l-Organizzazzjonijiet ghall- Persuni b'Dizabilità (FOPD), Vici cermen |
|
8 Is-sur Philip Grech* |
FOPD |
|
9 Is-sinj Rita Borg* |
FOPD |
|
10 Is-sinj Pam Muscat* |
FOPD |
|
11 Is-sur John Peel* |
FOPD |
|
12 Fr. Charles Abela |
Kurja ta' l-Arcisqof ta' Malta |
|
13 Dr. Marie Alexander |
Università ta' Malta |
|
14 Is-sinj. Josette Pisani |
Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali |
|
15 Is-sur Karl Borg* |
|
|
16 Is-sur Wenzu Dalli* |
|
|
17 Is-sur Fred Bezzina |
Segretarju |
* Dawn il-persuni huma persuni b'dizabilità jew genitur ta' persuna b'dizabilità intellettwali kif jitlob artiklu 21 tal-Ligi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Dizabilità).
4.3 Matul din is-sena, il-Kummissjoni ltaqghet 9 darbiet, waqt li l-Ezekuttiv iltaqa' 3 darbiet ohra. Dan ifisser li saret medja ta' laqgha kull xahar.
4.4 Il-Kummissjoni kompliet izzomm kuntatt mal-E.T. Prof. Guido De Marco, President ta' Malta, biex hu jinzamm infurmat bil-hidma tal-Kummissjoni u hekk hu jkun jista' jghin biex hi tilhaq l-ghanijiet taghha. Dan il-kuntatt inzamm, l-aktar, billi komplejna nibghatu lill-President il-minuti tal-laqghat kollha taghha u rapporti ohra importanti li l-Kummissjoni tohrog minn zmien ghal zmien.
4.5 Bl-istess mod, il-Kummissjoni kompliet izzomm kuntatt maz-zewg nahat tal-Kamra tar-Rapprezentanti permezz tal-Onor. Mario Galea ghan-naha tal-Gvern u l-Onor. Dr. Karl Chircop ghan-naha tal-Oppozizzjoni.
4.6 Matul din is-sena, is-Segretarjat tal-Kummissjoni hareg rapport ta' kull xahrejn lill-Ministeru ghall-Politika Socjali u lill-membri tal-Kummissjoni.
5. Is-Segretarjat tal-Kummissjoni
5.1 Il-Kummissjoni twaqqfet ufficjalment fl-10 ta' Frar 2000. F'gheluq is-sena mit-twaqqif ufficjali taghha, il-Kummissjoni pprezentat ir-Rapport Annwali taghha ghas-sena 2000. Dan sar billi nghatat konferenza stampa fl-10 ta' Frar 2001 fil-prezenza tal-Onor. Dr. Lawrence Gonzi, Vici Prim Ministru u l-Onor. Marie Louise Coleiro, kelliem tal-Oppozizzjoni ghal dan il-qasam. Dan ir-rapport tqassam lil dawk kollha li jahdmu f'dan il-qasam u seta' jinkiseb mill-Kummissjoni bil-Malti jew bl-Ingliz, verzjoni audio, tipa kbira jew minn fuq il-homepage tal-Kummissjoni.
5.2 Fil-prezent, fis-Segretarjat tal-Kummissjoni hemm 15-il persuna li jahdmu full-time u wiehed li jahdem fuq bazi part-time li minnhom disgha ghandhom dizabilità. Is-segretarjat joffri opportunitajiet ugwali ta' xoghol f'kull livell, fejn il-haddiema kollha jahdmu b'mod produttiv u efficjenti.
Matul is-sena, is-Segretarjat kompla sahhah l-istruttura tieghu billi gew impjegati:
a) Ufficjal ghar-Ricerka u Policy;
b) Ko-ordinatur ghas-Sena Ewropea tal-Persuni b'Dizabilità - 2003.
5.3 Matul din is-sena komplew id-diskussjonijiet bejn il-Kummissjoni, il-Union Haddiema Maghqudin, il-Ministeru ghall-Politika Socjali u l-Ministeru tal-Finanzi biex il-haddiema tal-Kummissjoni jkollhom l-ewwel ftehim kollettiv b'effett mill-1 ta' April 2000. Dawn id-diskussjonijiet hadu hafna aktar zmien milli kien mistenni u ghadhom mhumiex konkluzi.
5.4.1 Il-Kummissjoni xtrat is-servizzi ta' numru ta' professjonisti biex hi tkun tista' tiffunzjona b'mod aktar effettiv. Dan kien jinkludi servizzi professjonali dwar:
(a) il-Ligi Opportunitajiet Indaqs;
(b) il-kompjuterizzazzjoni tax-xoghol tas-Segretarjat;
(c) rapporti u zjajjar fid-djar ghas-Servizz Reserved Parking (inkluz ir-Review Panel);
(d) rapporti u zjajjar fid-djar ghas-Servizz Ghajnuniet Specjali;
(e) ivvettjar ta' applikazzjonijiet ghall-izvilupp li jsiru lill-Awtorità tal-Ippjanar.
5.4.2 Matul is-sajf, is-Segretarjat impjega tliet studenti universitarji biex jaghmlu xoghol fuq id-database tac-Centru ta' Rizorsi taghha u fuq servej dwar l-accessibilità fil-lukandi f'Malta.
5.5 Bhas-snin l-imghoddija, il-Kummissjoni hejjiet il-Pjan ta' Hidma u Finanzi ghal tliet snin u pprezentatu lill-Ministeru ghall-Politika Socjali. Saru diversi laqghat dwaru ma' ufficjali gholja tal-Ministeru, l-aktar fid-dawl tal-bagit ghas-sena 2002.
5.6.1 Matul din is-sena, tkompliet il-kompjuterizzazzjoni tax-xoghol tas-Segretarjat bi ftehim mal-Malta Information Technology & Training Services Ltd., (MITTS). F'dan il-perjodu:
(a) installajna Local Area Network (LAN) gdid;
(b) tlesta l-programm tas-Servizz tal-Blue Sticker;
(c) komplejna nizviluppaw il-programm ghac-Centru ta' Rizorsi, l-aktar fejn jidhlu l-membri ta' dan ic-centru;
(d) dahhalna s-sistema tal-ADSL u issa kull ufficjal/servizz ghandu indirizz elettroniku;
(e) dahhalna zewg work-stations tal-kompjuter ghall-membri godda tal-istaff.
5.6.2 Il-Kummissjoni kompliet tahdem biex il-homepage taghha tkun il-hin kollu aggornata bil-hidma li l-Kummissjoni tkun qed taghmel u anke biex tassigura li din tkun kompletament accessibbli ghal kulhadd.
5.7.1 Is-Segretarjat tal-Kummissjoni kompla jahdem biex il-premises tieghu jkun aktar accessibbli ghal kulhadd. Dan sar billi:
a) tnizlu l-iswicis kollha tal-elettriku u tal-lift l-antik f'livell li jintlaqghu minn kulhadd;
b) twahhlu ghadd ta' sinjali.
5.7.2 Matul din is-sena wkoll saret manutenzjoni sija tal-premises tal-Kummissjoni.
6.1.1 Is-servizzi li l-Kummissjoni taghti lill-persuni b'dizabilità u l-familji taghhom huma dawn:
· Ir-Registru Nazzjonali tal-Persuni b'Dizabilità;
· Il-Karta ta' l-Identità Specjali;
· Investigazzjoni ta' Lmenti ta' Diskriminazzjoni;
· Is-Servizz Ghajnuniet Specjali;
· Ic-Centru tar-Rizorsi;
· Korsijiet dwar l-Oqsma fid-Dizabilità;
· Il-Programm PEKTUR.
6.1.2 Il-Kummissjoni taghmel rakkomandazzjonijiet lid-dipartimenti rispettivi ghal dawn il-beneficcji:
· L-ivvettjar ta' applikazzjonijiet ghall-izvilupp lill-Awtorità tal-Ippjanar;
· L-ezenzjoni mid-dazju fuq karozzi lill-Ministeru tal-Finanzi;
· L-ezenzjoni mill-hlas tal-licenzji tat-triq lid-Dipartiment tal-Licenzji;
· Il-Blue Sticker lill-Kummissarju tal-Pulizija;
· Ir-Reserved Parking u Keep Clear quddiem residenzi ta' persuni b'dizabilità lill-Bord ghall-Kontroll tat-Traffiku.
Rapporti dettaljati dwar dawn is-servizzi qed jinghataw f'dan ir-rapport fit-taqsimiet rispettivi.
6.1.3 Matul din is-sena, il-Kummissjoni bdiet taghmel rakkomandazzjonijiet dwar zewg servizzi. Dawn huma:
· Websave lill-Maltacom;
· Permessi ta' Xoghol lil Assistenti Personali lid-Dipartiment tac-Cittadinanza.
Rapporti dettaljati dwhar dawn is-servizzi qed jinghataw f'dan ir-rapport fit-taqsimiet rispettivi.
6.1.4 Is-Segretarjat ha hsieb li jkollu l-formoli kollha ghas-servizzi taghha bl-Ingliz ukoll ghal min jitlobhom.
6.2 Il-Kummissoni tintalab tabbozza twegibiet ghall-mistoqsijiet parlamentari tal-Ministeru taghha li huma relatati mal-hidma taghha jew inkella relatati mal-qasam tal-persuni b'dizabilità. Matul dan il-perjodu l-Kummissjoni pprezentat 93 abbozz ta' dawn it-twegibiet.
Il-Kummissjoni issa hi obbligata li tahdem skond kif hemm stipulat fil-Ligi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Dizabilità). Barra minnhekk, il-Kummissjoni, bhal ma ghamlet fil-passat, kompliet timxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet u l-proposti li l-Gnus Maghquda fasslet u rrakkomandat lill-Gvernijiet kollha fil-Programm Dinji ta' Azzjoni Dwar il-Persuni b'Dizabilità li hareg fl-1983. Dan ir-rapport hu mqassam fuq l-istess linji ta' dan il-programm. Fi tmiem is-sena 1993, il-Gnus Maghquda harget ukoll ir-Regoli Standard ghal Opportunitajiet Indaqs ghall-Persuni b'Dizabilità. Dan id-dokument jikkomplimenta u jkompli jizviluppa dan il-Programm Dinji u ghalhekk il-Kummissjoni, matul dan il-perjodu, zammet dawn ir-Regoli Standard ukoll bhala riferenza importanti fit-twettiq ta' hidmietha.
2.1 Matul dan il-perjodu, il-Kummissjoni kompliet tahdem fuq is-servej nazzjonali li hi nehdiet matul l-1992 billi:
(a) kompliet idahhal fil-kompjuters l-informazzjoni li ngabret;
(b) tat informazzjoni li giet mitluba minn organizzazzjonijiet jew individwi.
2.2 L-istatistika dwar dan ir-Registru ghal dan il-perjodu tidher fit-Tabella t'isfel.
2.3 Il-Kummissjoni tircievi diversi talbiet minghand entitajiet differenti, bla ma huma ghaqdiet tal-persuni b'dizabilità, Kunsilli Lokali, Kappillani, studenti universitarji, ecc., biex jaghmlu uzu minn din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni, minhabba li hi marbuta strettament bil-kunfidenzjalità, assolutament ma tistax tghaddi din l-informazzjoni, biss xorta gghalet li tghin. Hi titlob lil dawk li jridu juzaw dan is-servizz biex jipprovdu l-informazzjoni li jridu jibghatu talli dan jintbghat mill-Kummissjoni stess. Matul din is-sena l-Kummissjoni pprovdiet dan is-servizz lil ghaxar entitajiet jew individwi.
2.4 Il-Kummissjoni flimkien mal-Awtorità tal-Istatistika bdew diskussjonijiet biex jigu esplorati modi kif iz-zewg entitajiet ikunu jistghu jikkollaboraw flimkien halli jkollna aktar informazzjoni fuq dan il-qasam. Ghal dan il-ghan il-Kummissjoni talbet lil kull min hu registrat maghha biex jaghti l-permess li nkunu nistghu nghaddu informazzjoni bazika lil din l-Awtorità biex hi tkun tista' tigbor certa informazzjoni. Dan l-ezercizzju sar matul din is-sena.
Tabella numru 2
|
Statistika dwar ir-Registru |
|||
|
|
|
2000 |
2001 |
|
|
Persuni b’dizabilita’ godda li wiegbu l-kwestjonarju |
986 |
834 |
|
|
Persuni b’dizabilita’ registrati li aggornaw il-kwestjonarju |
182 |
421 |
|
|
Total ta’ persuni b’dizabilita’ li wiegbu l-kwestjonarju |
7497 |
7814 |
Kapitlu 3 - Ir-Rijabilitazzjoni
1 Rapprezentazzjoni fuq Bordijiet
1.1 Il-Kummissjoni kompliet taghti sehemha f'diversi bordijiet li jmexxu numru ta' organizzazzjonijiet li twaqqfu bi shab maghha. Matul dan il-perjodu, il-Kummissjoni kienet rapprezentata f'dawn l-organizzazzjonijiet kif gej:
· Dar il-Wens - zewg membri
· Il-Fondazzjoni ghas-Servizzi ta' Respite Care - tliet membri
· Il-Fondazzjoni Trasport ghal Hajja Indipendenti - zewg membri
· Il-Fondazzjoni Accessibilità fit-Teknologija tal-Informatika* - zewg membri.
* Din il-Fondazzjoni twaqqfet matul din is-sena.
1.2 Il-Kummissjoni hi rapprezentata wkoll fuq bordijiet Governattivi kif ukoll mhux tal-Gvern li jinkludu:
· Il-Kumitat Civili tal-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali*
· Il-Kumitat Ministerjali dwar l-Edukazzjoni Inkluziva
· Il-Kummissjoni dwar l-Edukazzjoni tal-Persuni Neqsin mis-Smig
· Il-Kunsilli Skolastici ta' l-Iskejjel Specjali San Miguel u Helen Keller
· Il-Bord tal-Appell tal-Moderating Statementing Panel*
· Il-Malta Standard Authority*
· Il-Clients' Forum tal-Korporazzjoni tal-Impjiegi u t-Tahrig*
· It-Task Force dwar is-Servizzi ta' Matul il-Jum*
· Il-Bord tat-Tmexxija tal-ATC ta' Ghajnsielem Gawdex
· Il-Kumitat Konsultattiv tat-Taqsima
Ghajxien Issapportjat*
· Il-Bord li jivvettja l-applikazzjoni ta' Skema Wieed tal-Awtorità tad-Djar
· L-NGO Liaison Committee
· Il-Kumitat Youth for Europe.
* Dawn l-entitajiet twaqqfu matul din is-sena.
2.1 F'dan il-perjodu, is-Servizz Ghajnuniet Specjali ta assistenza finanzjarja u pariri dwar ghajnuniet biex persuni b'dizabilità jkunu jistghu jghixu hajja aktar indipendenti. L-istatistika dwar dan is-servizz hi migbura fit-Tabella numru 3.
2.2 F'din is-sena, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim ahjar mal-HSBC dwar self lill-persuni b'dizabilità. Dan is-self issa jista' jkun ghal kull oggett li jghin biex titjieb il-kwalita' tal-hajja tal-persuna b'dizabilità. Barra minn hekk, minn din is-sena dan il-bank ma ghadux jitlob l-ebda rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u qed jaccetta biss il-Karta tal-Identità Specjali ta' l-individwu.
2.3 Dan is-servizz kompla jahdem mill-qrib mal-Community Chest Fund. Persuni li jkollhom bzonn jixtru apparat li jiswa aktar mill-massimu li joffri dan is-servizz (Lm500 fil-kazijiet kollha barra kompjuters, fejn il-massimu hu Lm250), qeghdin jigu moghtija l-parir biex japplikaw ghand il-Community Chest Fund biex jigu kkonsidrati halli jinghataw ghajnuna finanzjarja minn din l-organizzazzjoni wkoll. Dawn it-talbiet, hafna drabi jintlaqghu.
3.1 Il-Kummissjoni kompliet taghti l-hlas lura tal-VAT fuq dawn l-oggetti:
(a) kompjuter u accessorji tal-kompjuters;
(b) batteriji tas-siggu tar-roti;
(c) oggetti li trid tallas il-VAT fuqhom u kienu bbenefikaw mis-Servizz Ghajnuniet Specjali.
3.2 L-istatistika dwar dan il-beneficcju ghal dan il-perjodu hi kif jidher f'Tabella 3.
3.3 Il-Kummissjoni, minkejja diversi tentattivi, ma rnexxilhiex tilhaq ftehim mad-Dipartimenti tal-VAT u tad-Dwana biex tigi riveduta l-lista li kienet saret fl-1995 ta' apparat li fuqhom ma titallasx VAT skond il-ligi.
4.1 Child Development Advisory Unit
Il-Kummissjoni hadmet mill-qrib mad-Dipartiment tal-Pedjatrija fl-Isptar San Luqa biex issir evalwazzjoni komprensiva tac-Child Development Assessment Unit (CDAU). Il-Kummissjoni hadmet flimkien ma' dan id-Dipartiment fuq kwestjonarju li ser jintbghat lil dawk kollha li jaghmlu uzu minn dan il-Unit.
4.2 L-Uzu ta' l-Amino Acids
Wara konsultazzjoni qawwija mad-Divizjoni tas-Sahha, il-Kummissjoni harget stqarrija dwar l-uzu tal-Amino Acids ma' tfal b'dizabilità f'centri barra minn Malta. Il-Kummissjoni harget stqarrija pubblika li fiha fissret li ma kien hemm l-ebda indikazzjoni xjentifika jew mod iehor li turi li din hi xi kura effettiva u ghalhekk irrakkomandat lill-genituri biex jasbuha sewwa qabel jaghmlu uzu minn din il-kura li tiswa hafna flus.
Tabella numru 3
|
Servizzi Ghajnuniet Specjali |
|||
|
|
|
2000 |
2001 |
|
|
Applikazzjonijiet Godda |
260 |
223 |
|
|
Gew accettati |
147 |
197 |
|
|
Ma kkwalifikawx |
11 |
11 |
|
|
Qeghdin fil-waiting list |
10 |
15 |
|
|
Pendenti |
3 |
1 |
|
|
Apparat li gie rritornat u nghata lil applikanti ohrajn |
17 |
13 |
|
|
Apparat li gie rritornat |
7 |
14 |
|
|
Somma totali ta’ ghotjiet |
Lm52,783 |
Lm58,966 |
|
|
Hadu Self mil-bank |
5 |
7 |
|
|
Somma totali ta’ self |
Lm25,400 |
Lm23,885 |
|
Hlas Lura tal-VAT |
|||
|
|
2000 |
2001 |
|
|
|
Hlas lura tat-taxxa tal-VAT |
Lm3,615 |
Lm3,966 |
|
Numru ta’ persuni li bbenefikaw |
40 |
46 |
|
Kapitlu 4 - Opportunitajiet Indaqs
1 Ligi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Dizabilità)
1.1 Il-Kummissjoni kompliet tahdem biex tara li l-Ligi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Dizabilità) tigi osservata. Ghal dan il-ghan il-Kummissjoni hadet dawn l-inizjattivi:
a) Regolamenti
Din il-Ligi ghandha bzonn zewg tipi ta' regolamenti - dawk li jirregolaw il-procedura li l-Kummissjoni trid issegwi u dawk li jirrigwardaw il-Procedura tal-Qorti. L-ewwel sett ta' regolamenti gew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern bhala Avvi Legali Numru 13 tal-2001. Il-Kummissjoni ressqet emendi ghal dawn ir-regolamenti biex ikunu aktar effettivi. Rigward it-tieni sett ta' regolamenti, il-Kummissjoni ghamlet rakkomandazzjoni lill-President tal-Qrati li ghadhom qed jigu kkunsidrati.
b) Case Studies Principali
F'gheluq is-sena minn mindu dahlet fis-sehh din il-Ligi, il-Kummissjoni ppubblikat ktejjeb ta' Case Studies principali li gew ittrattati minnha. Dan il-ktejjeb gie pprezentat lill-pubbliku waqt konferenza stampa li ghaliha attendew l-Onor Dr L Gonzi, Ministru ghall-Politika Socjali u l-Onor M.L. Coleiro, kelliem ewlieni ta' l-Oppozizzjoni ghal dan il-qasam.
c) Cirkulari mill-Ufficcju tal-Prim Ministru
Fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, l-Ufficcju tal-Prim Ministru hareg cirkulari biex il-Ministeri kollha jidentifikaw issue partikolari wahda li ser jahdmu fuqha matul din is-sena biex huma jkunu aktar konformi ma' din il-Ligi. Il-Kummissjoni qed issegwi mill-qrib hafna din l-inizjattiva biex jigi assigurat li din ic-cirkulari taghti l-akbar frott possibbli.
1.2 Matul din is-sena l-Kummissjoni kompliet tircievi ilmenti ta' diskriminazzjoni hekk kif jidher f'din it-Tabella:
Tabella numru 5
|
Sena ilmenti |
2000 Li rcevejna |
2000 Maghluqa |
2001 Li Rcevejna |
2001 Maghluqa |
2001 Miftuha |
|
Xoghol |
9 |
5 |
|
2 |
6 |
|
Edukazzjoni |
5 |
2 |
6 |
5 |
4 |
|
Servizzi |
4 |
3 |
15 |
9 |
7 |
|
Access |
26 |
5 |
28 |
9 |
40 |
|
Djar |
1 |
0 |
0 |
1 |
0 |
|
Assigurazzjoni |
0 |
0 |
2 |
2 |
0 |
|
Total |
45 |
15 |
57 |
28 |
59 |
1.3 Mill-kazijiet li nqalghu, kien hemm numru li l-Kummissjoni rnexxielha ssolvi b'success. Dawn kienu jinkludu:
a) Ftehim Generali mal-HSBC
Il-Kummissjoni laqghet ftehim generali biex jigi assigurat li l-HSBC isegwu sal-massimu possibli din il-Ligi. Dan il-ftehim, fost l-ohrajn jinkludi li l-HSBC:
· jikkonsulta mal-ETC halli sa fejn hu possibbli jirrekluta haddiema addatti li jkollhom dizabilità;
· jahdem biex sa zmien tliet snin, 50 fil-mija tal-ferghat tieghu jkunu fizikament accessibbli ghal kulhadd, inkluz il-haddiema, waqt li 90 fil-mija jkunu accessibbli ghall-klijenti;
· jahdem biex fi zmien hames snin l-ATMs ikunu kollha fiikament accessibbli;
· joffri tahrig f'dan il-qasam lill-impjegati tieghu;
· joffri servizz ahjar lill-klijenti ghomja billi ma jibqax jitlob li dawn ikunu akkumpanjati meta jiffirmaw xi dokumenti tal-bank;
· joffri self b'imgax favorevoli lill-persuni b'dizabilità biex jixtru affarijiet li jghinuhom jghixu hajja indipendenti.
b) Servizz ta' Facilitator Sostitut
Id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni waqqaf pool ta' facilitators-sostituti biex meta xi facilitator ma tkunx tista' tattendi, l-istudent ikollu s-servizz mehtieg u mhux jintbagat id-dar kif kien qed jigri. Permezz ta' dan il-ftehim l-istudenti b'dizabilità issa mhumiex jitilfu mill-edukazzjoni taghhom.
c) Abarijiet bil-Lingwa tas-Sinjali
Il-PBS bdiet tipprovdi servizz ta' Abarijiet bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija wara li l-Kummissjoni ressqet ilment dwar dan. Fil-prezent dan is-servizz qed jinghata matul il-gimgha u, meta r-rizorsi umani jippermettu, dan is-servizz jigi estiz ghall-gimgha kollha.
Wara ilment formali, id-Divizjoni tas-Sahha ghamlet rampa tajba biex id-dhul principali ghall-Isptar San Luqa jkun accessibbli ghal kulhadd.
e) Impjieg mal-Awtorità tat-Trasport
Il-Kummissjoni rceviet ilment li persuna ma nghatax impjieg mill-Awtorità tat-Trasport minhabba d-dizabilità tieghu. Wara diskussjonijiet bejn il-partijiet kollha koncernati, irrizulta li kienet ser tohrog sejra gdida ghall-istess impjieg. Din il-persuna accettat li terga' tapplika u eventwalment inghatat dan l-impjieg.
f) Servizz ta' Breakdown-Towing
Il-Kummissjoni rceviet ilment mill-Ghaqda Persuni Neqsin mis-Smigh minabba l-fatt li l-membri neqsin mis-smigh taghha jistghu jaccessaw dan is-servizz biss permezz tal-SMS. Din l-Ghaqda talbet lill-hames kumpaniji biex jibdew jipprovdu dan is-servizz. Il-kumpanija CAA Ltd accettat mill-ewwel, waqt li l-Ghaqda talbet lill-Kummissjoni tintervjeni mal-4 kumpaniji l-ohra. S'issa, il-kumpanija MET, wara l-intervent tal-Kummissjoni, accettat li tipprovdi dan is-servizz.
g) Testijiet mill-OHU
Il-Kummissjoni rceviet ilment li hi stess kienet qed tibghat il-klijenti taghha ghal testijiet lill-Occupational Health Unit (OHU) tad-Divizjoni tas-Sahha f'post li kien kompletament mhux accessibbli. Wara diskussjonijiet mad-Divizjoni tas-Sahha, gie deciz li sakemm tinstab soluzzjoni ghall-bini tal-OHU, dawn it-testijiet jibdew isiru fic-Centru tas-Sahha tal-Furjana, li hu post accessibbli ghal kulhadd.
1.4 L-Ewwel Kawza
L-ewwel kawza skond din il-Ligi saret kontra d-ditta Michele Peresso Ltd, ditta li tbigh apparat specjali tal-persuni b'dizabilità (ez. siggijiet tar-roti ecc.) minn bini li mhux accessibbli ghall-persuni b'dizabilità. Il-Kummissjoni fethet din il-kawza wara li diversi tentattivi biex tinstab soluzzjoni ma rnexxewx ghax din id-ditta ma ridetx taghti data sa meta kienet lesta li ma tibqax tiddiskrimina kontra persuni b'dizabilità skond din il-Ligi. Din il-kawza dehret quddiem l-Imallef J.R. Micallef li ma setax ikompli jismaghha minhabba li hu kien ghamel xi zmien l-avukat tal-Kummissjoni.
1.5 Bagit ghas-sena 2002
Il-Kummissjoni harget stqarrija bit-talbiet taghha ghal finanzjamenti li xtaqet li jkunu inkluzi fil-bagit tas-sena 2002. Meta hareg il-bagit, il-Kummissjoni nnotat li:
a) dawn it-talbiet ma kienux milqugha
b) kien hemm tnaqqis ta' Lm51,000 minn voti specifikati ghall-persuni b'dizabilità.
Il-Kummissjoni harget stqarrija pubblika dwar dan u talbet laqgha mal-Prim Ministru. Din it-talba giet accettata. Barra minn hekk il-Ministeru ghall-Politika Socjali ddecieda li Lm150,000 allokati lil dan il-qasam li ma kienux intefqu fis-sena 2001, kienu ser jergghu jigu ri-allokati ghas-sena 2002.
2.1 Il-Ligi dwar il-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali
Il-Parlament Malti matul din is-sena waqqaf b'ligi l-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali. F'din il-ligi, dan il-Kunsill hu obbligat li jwaqqaf Kumitat tas-Socjetà Civili. Il-Kummissjoni hi membru permanenti ta' dan il-Kunsill. Dan hu pass importanti hafna ghax il-Kummissjoni ser ikollha vuci f'dan l-organu importanti ta' pajjizna u hekk l-issues tal-persuni b'dizabilità u l-familji taghhom ser jinghataw aktar gharfien.
2.2 Il-Kummissjoni nnotat b'sodisfazzjon it-tibdil li sar fil-Ligi tal-Kondominju li issa jagmilha aktar facli ghal persuni b'dizabilità li jaghmlu lift jew alterazzjonijiet ohra minhabba d-dizabilità taghhom f'partijiet komuni ta' fejn joqoghdu.
2.3 Il-Kummissjoni kellha laqgha ma' ufficjali tal-Kunsill Malti ghall-Isports u esperti tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar il-Ligi proposta tal-Isport.
3.1 Il-Kummissjoni kompliet tohrog il-Karta ta' l-Identità Specjali (KIS) lill-persuni b'dizabilità. L-istatistika dwar dan is-servizz ghal dan il-perjodu tidher fit-Tabella 6.
3.2.1 Persuni li ghandhom din il-Karta ta' l-Identità Specjali huma intitolati ghal diversi beneficcji li lista taghhom tista' tinkiseb mis-Segretarjat tal-Kummissjoni jew inkella mill-ktejjeb Servizzi u Beneficcji ghall-Persuni b'Dizabilità (pagni 32-35) jew inkella minn fuq il-homepage tal-Kummissjoni.
3.2.2 Matul dan il-perjodu, il-Bank of Valletta informa lill-Kummissjoni li xtaq jirrevedi s-servizzi li joffri lil min ghandu din il-Karta. Dan il-bank issa qed joffri s-servizz li wieed jista' jkollu prijorità fil-kju jekk ikollu din il-Karta u ghandu problemi ta' mobilità.
Tabella numru 6
|
Karta ta’ l-Identita Specjali (KIS) |
|||
|
|
|
2000 |
2001 |
|
|
Applikazzjonijiet Godda |
666 |
657 |
|
|
Gew accettati |
603 |
605 |
|
|
Gew rifjutati |
30 |
11 |
|
|
Gew Imgedda |
216 |
406 |
|
|
Total ta’ persuni b’dizabilita’ li ghandhom il-KIS |
5,048 |
5,311 |
1. Il-Bini Miftuh ghall-Pubbliku
1.1 Matul is-sena 2001, il-Kummissjoni hadmet hafna biex il-principji tal-Accessibilità ghal Kulhadd jitpoggew fil-prattika. Il-hidma f'dan is-settur tista' tinqasam fi tliet kategoriji:
a) il-Ligi Opportunitajiet Indaqs (li qed tigi diskussa f'parti ohra ta' dan ir-rapport);
b) l-Ivvettjar ta' applikazzjonijet ghall-izvilupp lill-Awtorità tal-Ippjanar;
c) konsulenza u attivitajiet ohra.
1.2.1 Matul din is-sena, il-Kummissjoni kompliet tivvettja applikazzjonijiet ghall-Izvilupp li jsiru lill-Awtorità ta l-Ippjanar ghall-bini miftuh ghall-pubbliku u li hu ta' uzu maggur. L-istatistika dwar dan is-servizz tinstab fit-Tabella 7.
1.2.2 Il-Kummissjoni bdiet taghmel spezzjonijiet biex l-Awtorità tal-Ippjanar tohrog il-Clearance/Compliance Certificate biex ikun jista' jinghata d-dawl u l-ilma lill-applikant. Matul din is-sena, il-Kummissjoni hadmet kif jidher fit-Tabella 8. Jidher car li din is-sistema mhix tahdem u l-Kummissjoni qed tistudja x'passi ohra tista' tieghu biex din is-sitwazzjoni tigi rimedjata.
Tabella numru 7
|
Ivvetjar ta’ applikazzjonijiet ghall-Izvilupp |
|||
|
|
2000 |
2001 |
|
|
|
Applikazzjonijiet |
251 |
475 |
|
Rakkomandati b’kundizzjoniet |
106 |
210 |
|
|
|
Mhux Rakkomandati |
132 |
236 |
|
|
Pendenti |
13 |
16 |
Applikazzjonijiet |
7 |
Rakkomandati b’kundizzjonijiet |
5 |
Mhux Rakkomandati |
1 |
Pendeti |
1 |
1.2.3 Il-Kummissjoni harget stqarrijiet pubblici minhabba l-fatt li Scamps Palace u c-Centru tal-Komunità ta' San Pawl il-Bahar bdew joperaw minghajr ma kellhom ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-accessibbilità. Filwaqt li l-problemi li kien hemm dwar Scamps Palace gew rizolti, dawk tac-Centru tal-Komunità f'San Pawl il-Bahar baqghu ma gewx rizolti.
1.2.4 L-Awtorità tal-Ippjanar accettat talba tal-Kummissjoni biex il-linji gwida tal-Kummissjoni kif spjegati fil-ktejjeb "Access for All - Design Guidelines" ikunu ufficjalment il-kriterji tal-Awtorità.
1.2.5 Il-Kummissjoni kompliet tahdem biex fil-kors tal-periti jkun hemm tahrig f'dan is-settur. Ghal dan il-ghan, il-Kummissjoni organizzat seminar li fih, barra li gie pprezentat il-ktejjeb "Access for All Design Guidelines" lill-periti studenti, saru wkoll tahditiet minn persuni b'dizabilità biex tizdied is-sensittività f'dan il-qasam.
1.2.6 Il-Kummissjoni hadmet hafna biex l-investiment li qed isir fit-toroq ikun tali mod li l-persuni b'dizabilità ma jithallewx barra. Ghal dan il-ghan il-Kummissjoni hadet dawn l-inizjattivi:
a) organizzat seminar ghal dawk kollha involuti f'dan is-settur;
b) ippreparat fuljett bl-isem "Streets for All" li tqassam lil kull min hu involut;
c) ghamlet diskussjonijiet kontinwi mal-Ministeru u d-Dipartiment tat-Toroq dwar dan.
F'dan ir-rigward il-Kummissjoni ghadha mhix sodisfatta u ser tkompli tahdem specjalment biex it-toroq li qed isiru godda jsiru accessibbi ghal kulhadd.
1.2.7 Il-Kummissjoni kompliet tinvesti f'dan is-settur billi offriet tahrig professjonali barra minn Malta lill-periti taghha u lill-ufficjal fis-Segretarjat taghha li jiehu hsieb din it-taqsima. Dan it-tahrig fl-Università ta' Portsmouth beda matul din is-sena u ser ikompli matul is-sena d-diehla.
1.2.8. Il-Kummissjoni hadmet mill-qrib hafna mal-Ministeru ghall-Politika Socjali biex erbgha mill-ufficini distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Socjali jsiru accessibbli ghal kulhadd. Dan seta' jsir b'impenn qawwi u investiment sostanzjali minn dan id-Dipartiment.
1.2.9 Il-Kummissjoni qed tahdem mill-qrib mal-Malta Standards Authority biex tassigura li l-principju ta' accessibilità ghal kulhadd jigi rispettat anke permezz tal-istandards li jigu ssettjati. Ghal dan il-ghan il-Kummissjoni hi rapprezentata fuq il-bord ta' din l-Awtorità u anke hadet sehem attiv f'seminar li sar dwar standards ghal-lifts.
1.2.10 Il-Kummissjoni hadet sehem fid-diskussjonijiet li qed isiru ghar-Revizjoni tal-Pjan ta' Struttura mill-Awtorità tal-Ippjanar biex tassigura li l-bzonnijiet tal-persuni b'dizabilità jkunu mharsa.
2. Is-Servizz tal-Blue Sticker
2.1 Il-Kummissjoni kompliet ukoll taghmel ir-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissarju tal-Pulizija biex persuni b'dizabilità jkollhom is-servizz tal-Blue Sticker. Dan il-beneficcju primarjament jintitola persuni b'dizabilità biex jipparkjaw f'postijiet ta' parkegg pubbliku riservat ghalihom.
2.2 Matul dan il-perjodu, il-Kummissjoni f'dan il-qasam hadmet skond ma jidher fit-Tabella 9.
2.3 Il-Kummissjoni ghaddejja f'diskussjonijiet mal-Kummissarju tal-Pulizija u l-Awtorità tat-Trasport biex jinbidel il-Blue Sticker halli jkun simili ghal dak imfassal mill-Unjoni Ewropea. Il-Kummissarju tal-Pulizija jaqbel ma' din il-proposta.
2.4 Il-Kummissjoni ghamlet diversi talbiet biex il-Gwardjani Lokali jirrikonoxxu dan l-isticker u anke l-ekwivalenti tieghu minn barra minn Malta. Hi ghamlet ukoll proposti biex ikun hemm koncessjonijiet lil min ghandu dan l-isticker. Il-Kummissjoni nnotat li fl-iskema bi prova ta' Ipparkjar ghal Residenti li bdiet f'Victoria u l-Fontana, Gawdex, persuni li ghandhom il-Blue Sticker setghu jipparkjaw minghajr restrizzjonijiet. Fl-istess hin tnehhew ir-Reserved Parking li kien hemm ghall-persuni b'dizabilità. Il-Kummissjoni qed issegwi dawn l-izviluppi biex imbaghad tkun tista' taghti l-veduti taghha.
3.1 Il-Kummissjoni kompliet taghmel ir-rakkomandazzjonijiet lill-Bord ghall-Kontroll tat-Traffiku biex persuni b'dizabilità severa ta' mobilita' jkollhom Reserved Parking Area jew Keep Clear quddiem id-dar taghhom. Ir-Reserved Parking Area tinghata lill-persuni li huma eligibbli ghal dan il-beneficcju u li ghandhom karozza registrata f'dik id-dar waqt li l-Keep Clear (wiesgha 1.5 metru) tinghata lil dawk li juzaw siggu tar-roti imma m'ghandhomx karozza registrata f'dik id-dar.
3.2 Matul dan il-perjodu, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ghal dan is-servizz kienu skond it-Tabella 10:
Tabella numru 9
|
BLUE STICKER |
|||
|
2000 |
2001 |
||
|
|
Applikazzjonijiet godda |
456 |
505 |
|
|
Rakkomandati |
446 |
488 |
|
Mhux Rakkomandati |
10 |
17 |
|
|
|
Numru ta’ persuni li geddew il-Blue Sticker |
161 |
352 |
Tabella numru 10
|
Reserved Parking / Keep Clear |
|||
|
|
2000 |
2001 |
|
|
Applikazzjonijiet godda |
344 |
266 |
|
|
Rakkomandati ghal Reserved Parking |
135 |
157 |
|
|
Rakkomandati ghal Keep Clear |
19 |
20 |
|
|
Mhux Rakkomandati |
102 |
86 |
|
|
Pendenti |
88 |
3 |
|
3.3 Matul din is-sena, beda jahdem ir-Review Panel ghal dan is-servizz skond kif irrakkomandat mill-Ombudsman. Dan ir-Review Panel hu kompost minn rapprezentant tal-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali bhala cermen u rapprezentanti tal-Kummissjoni, tal-Bord ghall-Kontroll tat-Traffiku u tad-Divizjoni tas-Sahha bhala membri.
3.4 F'din is-sena, ir-Review Panel iffunzjona kif jidher f'Tabella 11.
3.5 Dan ir-Review Panel kellu bonn li jkollu opinjoni medika specjalizzata fuq certi kazijiet. Ghal dan il-ghan il-Kummissjoni harget sejha pubblika biex tixtri dan is-servizz. Wara diversi diskussjonijiet ma' numru ta' entitajiet li jipprovdu dan is-servizz, il-Kummissjoni laqghet ftehim mal-Isptar St James biex tixtri dan is-servizz. Hu ttamat li s-sena d-diehla, dan il-Panel ikun jista' jiffunzjona kif ippjanat.
3.6. Minkejja diversi tahditiet, il-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema ddecieda li ma jkomplix jaghti l-opinjoni tieghhu fuq l-applikazzjonijiet li jsiru ghal dan is-servizz fil-lokalità tieghu. Hu ttamat li din is-sitwazzjoni tinbidel meta r-Review Panel jiffunzjona kif ippjanat.
4.1 Il-Kummissjoni kompliet taghmel rakkomandazzjonijiet biex il-Ministeru tal-Finanzi jezenta persuni b'dizabilità (u f'certi cirkustanzi familjari taghhom) mit-taxxa tar-registrazzjoni u/jew dazju fuq karozzi li jkollhom bzonn. Statistika dwar dan is-servizz tinstab fit-Tabella 12.
Tabella numru 11
|
Review Panel tar-Reserved Parking |
||||
|
Applikazzjonijiet eliminati |
21 |
|||
|
Konfermata l-ewwel decizjoni |
13 |
|||
|
Mibdula l-ewwel decizjoni |
2 |
|||
|
Pendenti |
6 |
|||
Tabella numru 12
|
Ezenzjoni mit-Taxxa tar-Registrazzjoni |
||||||
|
2000
|
2001
|
|||||
|
|
Applikazzjonijiet godda |
234 |
162 |
|||
|
|
Rakkomandati mill-OHU |
169 |
76 |
|||
|
|
Mhux Rakkomandati mill-OHU |
20 |
3 |
|||
|
|
Ghad ma ghamlux uzu mill-Ezenzjoni |
- |
54 |
|||
|
Applikazzjonijiet li twaqqghu |
9 |
9 |
||||
|
Applikazzjonijiet pendenti |
36 |
20 |
||||
Il-Kummissjoni kompliet taghmel rakkomandazzjonijiet lill-Ministeru tal-Finanzi biex sewwieqa li ghandhom dizabilità skond l-Att tas-Sigurtà Socjali (1987) jew li ghandhom vettura modifikata minhabba d-dizabilità taghhom, jigu ezentati mill-Hlas tal-Licenzja tat-Triq. Statistika dwar dan is-servizz tinstab f'Tabella 13.
6.1 It-Trasport Pubbliku
Il-Kummissjoni kompliet bil-hidma taghha biex tassigura li t-Trasport Pubbliku jkun accessibbli ghal kulhadd, inkluz persuni li juzaw siggu tar-roti, u dan b'konformità ma' kif jitolbu l-Pjan ta' Struttura u issa l-Ligi Opportunitajiet Indaqs. Ghalhekk, il-Kummissjoni laqghet bil-ferh id-decizjoni tal-Ministeru tat-Trasport li l-ispecifikazzjonijiet tal-karozzi tal-linja l-godda jirrispettaw il- principju tal-accessibbilità ghal kulhadd. F'dawn l-ispecifikazzjonijet, li huma konformi ma rakkomandazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea, hemm li l-karozzi tal-linja l-godda jridu jkunu low-floor u jkollhom rampa. Il-Kummissjoni harget stqarrija pubblika dwar dan.
6.2 Il-Fondazzjoni Trasport ghal Hajja Indipendenti
6.2.1 Fl-ahhar tal-1994, twaqqfet il-Fondazzjoni Trasport ghal Hajja Indipendenti mill-Kummissjoni u l-Fondazzjoni Djar ghal Hajja Indipendenti. Matul din is-sena wkoll, din il-Fondazzjoni kompliet taghti servizz ta' trasport individwalizzat lill-persuni b'dizabilità primarjament ghal skopijiet ta' xoghol u edukazzjoni.
6.2.2 Biex din il-Fondazzjoni tkun tista' twettaq hidmietha, il-Kummissjoni regghet taghat-ghotja finanzjarja ta' Lm10,000 lil din il-Fondazzjoni u anke ssekondat persuna full-time biex tmexxiha. Din l-ghajnuna finanzjarja mill-Kummissjoni nharget wara li kien hemm rakkomandazzjoni mill-NGO Liaison Committee tal-Ministeru ghall-Politika Socjali.
7.1 Fondazzjoni Accessiblità gat-Teknologija tal-Informatika
F'din is-sena l-MITTS, b'kollaborazzjoni sia mal-Kummissjoni, waqqaf il-Foundation for Information Technology
Tabella Numru 13
|
Ezenzjoni mill-Hlas tal-Licenzja tat-Triq |
|||
|
|
2000 |
2001 |
|
|
Applikazzjonijiet godda |
188 |
156 |
|
|
Rakkomandati |
113 |
88 |
|
|
Mhux Elibibbli |
38 |
16 |
|
|
Applikazzjonijiet irtirati |
6 |
14 |
|
|
Pendenti |
31 |
37* |
|
*Dawn qed jistennew ir-rapport mediku tal-Occupational Health Unit tad-Divizjoni tas-Sahha.
Accommodation. Ma' dan it-twaqqif, il-MITTS tat lil din il-Fondazzjoni Lm30,000 fuq tliet snin, issekondat lis-sur Michael Micallef u pprovdiet ufficcju f'Gattard House.
Il-Kummissjoni ghandha zewg membri mit-tlieta li jiffurmaw il-bord tad-diretturi ta' din il-Fondazzjoni. Dawn huma s-sur Joe Camilleri u Dr Joe Pace. Il-hidma biex jinhatar direttur ezekuttiv ghal din il-Fondazzjoni hi avvanzata hafna.
7.2 Is-Servizz ta' Relay ghat-Textelefon
Il-Kummissjoni Nazzjonali kompliet tahdem mill-vicin mal-kumpanija SkyTel Ltd. biex is-servizz tar-Relay ghat-Textelefon jigi pprovdut bl-aktar mod efficjenti. Il-Kummissjoni taghmel dan billi thallas il-kontijiet tat-telefon dovuti biex jitmexxa dan is-servizz u anke taghti hlas nominali lill-kumpanija Skytel. Min-naha taghha l-kumpanija SkyTel tipprovdi 24 siegha kuljum, sebat ijiem fil-gimgha s-servizz ta' relay permezz tal-operaturi taghha lil dawk li ghandhom textelefon. In-numru tat-telefon tas-servizz tar-Relay hu 21493167 .
7.3 Direttorju tat-Telefon fuq CD
Il-Kummissjoni kkollaborat mal-Kumpanija Maltacom biex il-verzjoni elettronika tad-direttorju tat-telefon fuq CD tkun accessibbli ghal kulhadd, inkluz persuni ghomja. Il-Maltacom bil-ghajnuna tal-Kummissjoni tat din ic-CD minghajr hlas lill-persuni ghomja, l-istess kif jinghata d-direttorju tat-telefon stampat.
7.4 Servizz tal-Websave
Matul din is-sena, is-Segretarjat beda jaghmel rakkomandazzjonijiet lil Maltacom biex persuni li ghandhom dizabilità severa hafna jibda jkollhom il-Websave halli huma jkunu jistghu jaccessaw l-internet b'inqas spejjez. Il-hidma f'dan is-settur matul din is-sena kienet kif jidher f'Tabella 14.
Tabella numru 14
Websave
|
Applikazzjonijiet |
28 |
|
Rakkomandati |
20 |
|
Mhux eligibbli |
8 |
|
Pendenti |
1 |
1.2 Meta dan il-Kumitat rega' beda jiltaqa', il-Kummissjoni tat is-sehem attiv taghha fih permezz tac-Cermen u d-Direttur tal-Kummissjoni li huma membri. Id-direttur tal-Kummissjoni hu wkoll is-Segretarju ta' dan il-kumitat.
1.3 Fil-bidu ta' din is-sena, il-Kummissjoni hejjiet memo komprensiv dwar dan il-qasam. Il-Kummissjoni ddiskutiet dan il-memo mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor Dr L Galea, waqt laqgha specjali taghha. Waqt din il-laqgha gie deciz li l-punti principali ta' dan il-memo jkomplu jigu diskussi f'aktar dettall f'dan il-kumitat.
1.4 Matul din is-sena, dan il-Kumitat iltaqa' tliet darbiet. L-issues l-aktar importanti li gew diskussi f'dan il-kumitat huma:
1.3.1 L-iStatementing Moderating Panel u l-Bord tal-Appelli.
Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ppubblika d-dokument approvat minn dan il-Kumitat dwar il-Politika Inkluziva tieghhu u d-Divizjoni bdiet timplimentah b'mod gradwali. Bhala l-ewwel passi, id-Divizjoni hatret l-iStatementing Moderating Panel biex jiehu post l-iStatementing Board li kien hemm qabel u hatret ukoll Bord tal-Appelli. Il-Kummissjoni hi rapprezentata permezz tac-Cermen fuq il-Bord tal-Appelli.
1.3.2 L-Ezamijiet u Provedimenti ta' Opportunitajiet Indaqs
Il-Kummissjoni kompliet tinsisti, minghajr wisq success, li d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni tippubblika d-dokument dwar dan is-suggett. Dan is-suggett gie diskuss diversi drabi f'dan il-kumitat, izda d-dokument ghadu ma giex ippubblikat. Min-naha l-ohra, il-Kummissjoni nnotat b'sodisfazzjon li minn din is-sena l-istudenti b'dizabilità bdew jaghmlu l-ezamijiet ma' l-istudenti sabhom u mhux jingabru kollha f'centru wiehed.
1.3.3 L-Ghoti ta' Medicina lil Studenti b'Dizabilità li jattendu Skejjel Regolari
Il-Kumitat iddiskuta din l-issue u gie deciz li jinhatar working task biex ifassal strategija halli tkun tista' tissolva din il-problema. Il-Kummissjoni ser tkun rapprezentata fuq dan il-working group.
1.3.4 Servizzi wara s-16-il Sena
Il-Kummissjoni qajmet f'dan il-kumitat l-issue tat-tfal b'dizabilità li jispiccaw l-edukazzjoni taghhom fi skejjel regolari ta' 16-il sena. Dawk li jattendu skejjel specjali jistghu jibqgghu fihom ta' l-anqas sa l-età ta' 19-il sena. F'dan ir-rigward ittiehdu dawn il-mizuri u decijonijiet:
a) il-Divizjoni ma taccettax li xi student, inkluz dawk b'dizabilità, jirrepeti l-hames sena fi skola sekondarja;
b) l-istudent/a jista' jaghzel li jkompli l-edukazzjoni tieghu/taghha fi skola specjali sa 16-il sena;
c) saret diskussjoni inizjali bejn il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l-Ministeru tal-Politika Socjali fuq din il-problema u gie deciz li l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni jaghmel studju biex jara kif il-provedimenti post-sekondarji jistghu jkunu aktar accessibbli ghal studenti b'dizabilità
d) bdiet diskussjoni bejn il-Kummissjoni u l-Kullegg Vokazzjonali biex din l-istituzzjoni tkun accessibbli wkoll ghal studenti b'dizabilità. Dan il-Kullegg waqqaf kumitat, li l-Kummissjoni hi rapprezentata fih, biex ifassal policy ta' Opportunitjaiet Indaqs.
1.3.5 Ir-Rowl tal-Facilitator
Studenti b'dizabilità mhux dejjem kienu qed jinghatalhom is-sapport mehtieg minhabba li dan ma jkunx inkluz fil-job description tal-facilitators. Gie deciz li jinhatar task force gir biex jahdem fuq din il-problema. Il-Kummissjoni hi rapprezentata fuq dan it-task force.
Barra minn hekk il-Kummissjoni kellha wkoll diskussjonijiet mal-Malta Union of Teachers dwar din il-problema u l-politika generali dwar l-edukazzjoni inkluziva.
Il-Kummissjoni rrakkomandat li f'kull focus group li d-Divizjoni waqqfet biex jghinu fl-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali jkun hemm membru nominat minnha. Id-Divizjoni accettat numru zghir mill-persuni nominati mill-Kummissjoni. Filwaqt li l-Kummissjoni tifhem li ma setax ikun accettat kull min applika, il-Kummissjoni xorta thoss li ntilfet okkajoni biex l-issues tal-persuni b'dizabilità jinghataw il-prijorità li jixirqilhom.
3.1 Il-Kummissjoni, filwaqt li temmen fis-sistema inkluziva, temmen ukoll li dan irid isir fuq perjodu ta' zmien. Temmen ukoll li l-iskejjel specjali ghandhom jibdlu r-rowl taghhom biex jibdew iservu ta' centri ta' rizorsi ghall-edukazzjoni specjali. Biex jghinu f'dan il-qasam, ic-Cermen u d-Direttur Ezekuttiv accettaw li jservu bhala Presidenti tal-Kunsilli Skolastici tal-iskejjel specjali San Miguel u Helen Keller rispettivament.
3.2 Il-Kummissjoni talbet li d-decijoni li s-servizz peripatetiku tal-persuni neqsin mis-smigh jimxi mill-Iskola Helen Keller ghac-Centru Nazzjonali fl-Imsida tigi kkunsidrata minhabba li din tohloq dupplikazzjoni ta' rizorsi u anke tmur kontra l-policy li tizviluppa l-iskejjel specjali bhala Centri ta' Rizorsi Specjalizzati.
3.3 Il-Kummissjoni tat is-sehem taghha biex:
(i) jinstab tarf ta' azzjoni industrijali li saret fl-Iskola San Miguel minhabba nuqqas ta' personnel mehtieg;
(ii) tigi ccarata l-pozizzjoni tal-istudenti tal-Guardian Angel meta dawn ser jimxu ghas-servizzi ta' Matul il-Jum. Ma kien hemm l-ebda tibdil f'dan ir-rigward.
4.1 Il-Kummissjoni laqghet ftehim mad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni biex il-periti taghha jipprovdu s-servizz taghhom lid-Divizjoni permezz tal-Kummissjoni. F'dan l-ezercizzju d-Divizjoni ser thallas lill-Kummissjoni l-ispejjez involuti biss. B'hekk hu ttamat li din il-hidma tithaffef u l-principju ta' accessibbilità ghal kulhadd jitpogga aktar fil-prattika.
4.2 Il-Kummissjoni kellha diskussjonijiet mal-Fondazzjoni gdida Skejjel ta' Ghada b'riferenza specjali ghall-iskola l-gdida li ser tinbena fil-Karwija. Il-Kummissjoni tat il-kontribut taghha biex il-pjanti ghal din l-iskola jsiru b'mod li l-principju ta' accessibbilità ghal kulhadd ikunu kkunsidrati mill-ewwel.
5.1 Il-Kummissjoni kompliet izzomm kuntatt ma' l-awtoritajiet ta' l-Università biex tassigura li l-awtoritajiet u l-istudenti universitarji jkunu konxji ta' l-issues dwar il-persuni b'dizabilità. Dan il-kuntatt seta' jsir b'mod aktar dirett minhabba li s-sur Joe Camilleri, Cermen tal-KNPD, hu wkoll membru tas-Senat tal-Università.
5.2 Il-Kummissjoni wkoll tat sehemha permezz tac-Cermen fil-kumitat li jezamina talbiet mill-Istudenti b'Dizabilità li jitolbu provedimenti differenti waqt l-ezamijiet biex huma jkollhom opportunitajiet indaqs. Din il-hidma trid tintrabat ma' l-inizjattivi li qed tippjana li tieghu d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni fir-rigward tal-ezamijiet immexxija minnha.
1 Il-Korporazzjoni tal-Impjiegi u t-Tahrig
1.1 Il-Kummissjoni zammet kuntatt kontinwu mal-Korporazzjoni tal-Impjiegi u t-Tahrig biex din tipprovdi servizzi specjalizzati lill-persuni b'dizabilità kemm fil-qasam tat-tahrig vokazzjonali kif ukoll f'dak tal-impjiegi. Dan il-kuntatt seta' jsir b'mod aktar dirett minhabba li s-sur Fred Bezzina, Direttur Ezekuttiv tal-KNPD, hu wkoll direttur ta' din il-Korporazzjoni.
1.2 Il-Kummissjoni kellha laqghat ma' din il-Korporazzjoni biex jigu diskussi inizjattivi godda f'dan il-qasam. F'uhud minn dawn il-laqghat kien prezenti wkoll il-Ministru ghall-Politika Socjali, l-Onor Dr Gonzi. Bhala rizultat konkret, il-Korporazzjoni, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, ressqet proposta lill-Kabinet biex tigi zviluppata skema ta' sapport fuq bazi permanenti biex persuni b'dizabilità severa jkunu jistghu jidhlu fid-dinja tax-xoghol.
1.3 Il-Kummissjoni tat il-kummenti taghha dwar ricerka li din il-Korporazzjoni kienet ser tikkummissjona. Wahda mill-proposti kienet tikkoncerna specifikament il-persuni b'dizabilità u d-dinja tax-xoghol. Il-Kummissjoni rrakkomandat li kull proposta ta' ricerka tikkonsidra wkoll l-issues tal-haddiema b'dizabilità.
1.4 Il-Kummissjoni qed taghti l-kontribut taghha fit-tfassil tal-Pjan Nazzjonali ta' Zvilupp, principalment fejn jidhol il-qasam tal-impjiegi. Il-Kummissjoni hi rapprezentata f'working group immexxi mill-Korporazzjoni li qed jahdem fuq dan il-pjan.
1.5 Il-Kummissjoni tat is-sehem taghha fil-workshop Access to the Labour Market for Persons with Disability li sar fl-ahhar ta' Ottubru 2001 mill-Korporazzjoni tal-Impjiegi u t-Tahrig u l-progett tal-Unjoni Ewropea Work Life and EU Enlargment. Ghal dan is-seminar gew f'Malta numru ta' esperti Svedizi. Fl-ahhar tas-seminar gew identifikati tliet progetti biex ikun hemm kollaborazzjoni bejn il-Korporazzjoni Maltija u l-progett tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ser tkompli taghti sehemha biex dawn il-progetti jibdew u jhallu l-frott mixtieq.
Minkejja l-isforzi taghha, il-Kummissjoni ghad ma rnexxilhiex tikonkludi d-diskussjonijiet li kienu bdew mal-Ufficcju tal-Prim Ministru biex ikun hemm politika aktar cara ta' opportunitjajiet indaqs lejn haddiema b'dizabilità mic-Civil bhala l-akbar employer f'pajjizna.
Kapitlu 8 - Servizzi ta' Matul il-Jum
1 Task Force
Il-Kummissjoni kompliet tahdem biex is-servizzi ta' Matul il-Jum ghall-adulti b'dizabilità jkompli jitjieb. Matul dan il-perjodu twaqqfet Task Force immexxija mis-sur Joe Ebejer, segretarju permanenti fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, biex ifassal pjan ghall-izvilupp ta' dawn is-servizzi. Il-Kummissjoni permezz tad-direttur ezekuttiv qed taghti sehemha kemm f'dan it-task force kif ukoll fit-tfassil ta' dan il-pjan.
2.1 Il-Kummissjoni hadmet qatigh mat-tmexxija ta' dawn is-Servizzi biex jibdew jigu viluppati Centri ta' Rizorsi ghar fil-komunità flok centri kbar ta' Matul il-Jum ghall-adulti b'dizabilità. L-ewwel minn dawn ic-centri infetah mill-Onor Dr Antoine Mifsud Bonnici, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, fil-5 ta' Dicembru 2001. L-Awtorità tad-Djar tat dan il-post b'kera baxx biex jintuza ghal dan il-ghan.
2.2 Fil-prezent ghaddejjin diskussjonijiet biex jinfetah centru iehor simili f'Pembroke, waqt li ghaddejjin diskussjonijiet mal-Agenzija Appogg u l-Fondazzjoni Eden dwar il-possibilità li jinfethu centri simili maghom.
Fil-bagit tas-sena 2001, rega' kien hemm tnaqqis mill-voti finanzjarji ta' dawn is-Servizzi. Dan ifisser li:
a) il-persuni adulti li qed jistennew biex jircievu s-Servizz ta' Matul il-Jum (22 persuna) mhux ser ikunu jistghu jiehduh;
b) il-persuni li ser jipiccaw mill-iskejjel specjali u ghandhom bzonn dan is-servizz (26 persuna) mhux ser ikunu jistghu jiehdu dan is-servizz;
c) l-izvilupp ta' dawn ic-centri billi jkollhom is-servizzi ta' professjonisti varji mhux ser ikun possibbli.
Il-Kummissjoni qed tahdem biex il-bagit ta' dan is-servizz jizdied.
Il-Kummissjoni kompliet taghti sehemha fl-organizzazzjoni u l-ezekuzzjoni ta' tahrig li qed isir mill-Korporazzjoni tal-Impjiegi u t-Tahrig lil support workers li jahdmu f'dawn ic-centri jew li jixtiequ jahdmu fihom.
Matul Settembru, il-Kummissjoni stiednet lil Ms Joan Maughan, Chief Executive tan-National Development Team tar-Renju Unit, biex tmexxi numru ta' laqghat dwar il-futur ta' dawn is-Servizzi. Dawn il-laqghat kienu jinkludu, diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet li jiehdu d-decijonijiet, staff u persuni li juzaw dawn is-servizzi u l-genituri taghhom. Saret ukoll laqgha miftuha ghall-pubbliku. Ms Maughan digà pprezentat ir-rapport taghha u l-Kummissjoni qed tistudja r-rakkomandazzjonijiet taghha biex fejn hemm qbil tara li dawn jigu implimentati. Il-Kummissjoni ser tkompli bid-diskussjoni li bdiet permezz ta' din iz-zjara, halli dan il-qasam ikompli jizviluppa.
Din l-attività giet organizzata bi shab mal-Ghaqda Nazzjonali Genituri Persuni b'Dizabilità fl-okkajoni tal-25 anniversarju mit-twaqqif taghha.
1.1 Fil-bagit tas-sena 2000, ghall-ewwel darba l-Ministeru tal-Politika Socjali vvota fondi limitati ghal dan is-servizz. Ghalhekk, matul din is-sena bdiet tigi organizzata, Unit fi dan il-Fondazzjoni ghas-Servizzi Socjali li ghandha r-responsabilità li tizviluppa dan il-qasam. Il-Kummissjoni tat sehemha biex jintghazel il-ko-ordinatur ta' din il-Unit, li hu s-sur Marcel Pisani.
1.2 Il-Kummissjoni tat is-sapport lil din il-Unit billi:
a) hadmet u qed tahdem biex jizdied il-bagit li hi ghandha;
b) hi rapprezentata fuq l-Advisory Board ta' din il-Unit permezz tad-Direttur Ezekuttiv;
c) kompliet taghti s-sapport taghha fl-izvilupp fiziku tal-kumpless ta' Vajrita, f'Wied il-Ghajn;
d) kompliet taghti sehemha bil-bini ta' dar zghira fil-komunità tal-Imtarfa;
e) hadet sehem f'diskussjonijiet bejn din il-Unit u l-Isptar Monte Carmeli biex numru ta' persuni b'dizabilità intellettwali residenti ta' dan l-isptar jinhargu biex jibdew jghixu fil-komunità.
2.1 Il-Kummissjoni pprezentat lill-Ministeru ghall-Politika Socjali abbozz tal-Ligi dwar il-Guardianship mibni fuq qafas imhejji mill-Avukat Paul Pullicino. Il-Ministeru qed jistudja dan l-abbozz.
2.2 Il-Kummissjoni tat il-kummenti taghha dwar il-White Paper tal-Ligi tal-Familja fir-rigward tal-persuni b'dizabilità u l-familji taghhom. Barra minn hekk, membru tas-Segretarjat tal-Kummissjoni hi wkoll membru tal-Kummissjoni dwar il-Familja.
3.1 L-Awtorità tad-Djar tat assistenza finanzjarja sostanzjali lill-Fondazzjoni Wens u lil Dar Nazareth biex dawn ikunu jistghu jirrinovaw djar halli jkunu jistghu jintuzaw minn persuni b'dizabilità bhala r-residenza taghhom fil-komunità.
3.2 Fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, l-Awtorità tad-Djar waqqfet skema biex persuni b'dizabilità li jghixu bhala grupp fil-units taghha jkollhom il-kera taghhom issussidjat. Minn din l-iskema qed jibbenefikaw residenti ta' Dar il-Wens u ta' Villa Chelsea.
3.3 Fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, l-Awtorità nehdiet skema biex persuni b'dizabilità li jghixu wehidhom ikunu jistghu japplikaw ghal xiri ta' units tal-Awtorità bi prezz issussidjat u li dawn jinghataw preferenza fuq persentagg mill-units li l-Awtorità jkollha ghall-bejgh bhalma jinghataw lill-gharajjes jew mizzewgin b'dizabilità. Informazzjoni dwar dan il-bejgh u din l-iskema ntbaghtet lill-persuni b'dizabilità kollha li huma registrati mal-Kummissjoni.
Numru zghir ta' persuni b'dizabilità qed jixtru s-servizz ta' Assistenti Personali minn persuni minn barra minn Malta. Ghal dan il-ghan dawn l-assistenti jkollhom bzonn permess tax-xoghol mid-Dipartiment tac-Cittadinanza. Wara ftehim bejn il-Kummissjoni u dan id-Dipartiment, dan ta' l-ahhar accetta li jikkonsidra favorevolment applikazzjoni ta' dan it-tip jekk ikunu rrakkomandati mill-Kummissjoni. Ghal dan il-ghan, il-Kummissjoni, wara li ssir jara minn professjonista taghha, ser tibda taghmel ir-rakkomandazzjonijiet necessarji. Din il-procedura bdiet u digà gew ipprocessati l-ewwel applikazzjonijiet.
Kapitlu 10. L-Azzjoni fil-Komunità
1 Il-Hidma Socjali mal-Persuni b'Dizabilità
Il-Kummissjoni kompliet tahdem mal-Unit li l-agenzija Appogg ghandha biex tipprovdi servizzi ta' hidma socjali ma' persuni b'dizabilità u l-familji taghhom.
Dan sar billi il-Kummissjoni pprovdiet fuq bazi temporanja l-premises li minnu din il-Unit qed topera mic-Istituto Vincenzo Bugeja, Centru Hidma Socjali, Santa Venera.
2 Sussidju fuq il-Posta lill-Ghaqdiet Volontarji
· Federazzjoni tal-Organizzazzjonijiet ghall-Persuni b'Dizabilità;
· Fondazzjoni Equal Partners
· Fondazzjoni Servizzi ta' Respite Care
· Ghaqda Nazzjonali Genituri ta' Persuni b'Dizabilità
· Ghaqda Persuni Neqsin mis-Smigh
· Kummissjoni Hidma ghall-Morda u Persuni b'Dizabilità tal-Azzjoni Kattolika.
3 Il-Hidma ma' Organizzazzjonijiet Ohra
· Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali
· Dar tal-Providenza
· Federazzjoni tal-Organizzazzjonijiet ghall-Persuni b'Dizabilità
· Fondazzjoni Eden
· Fondazzjoni Equal Partners
· Fondazzjoni Servizzi ta' Respite Care
· Fondazzjoni Trasport Hajja Indipendenti
· Fondazzjoni Zvilupp tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija
· Fondazzjoni Wens
· Fondazzjoni Hajja Indipendenti
· General Workers Union
· Ghaqda Nazzjonali Genituri ta' Persuni b'Dizabilità
· Ghaqda Persuni Neqsin mis-Smigh
· Ghaqda tal-Persuni bil-Multiple Sclerosis
· Gozo Association for the Visually Impaired (GAVI)
· Grupp tal-Persuni b'Epilessija
· Il-gazzetti
· Kummissjoni Hidma ghall-Morda u Persuni b'Dizabilità tal-Azzjoni Kattolika
· Kummissjoni Pastorali ghall-Persuni b'Dizabilità
· Kummissjoni tal-Karnival
· Kumpanija SkyTel.
· L-Istazzjonijiet tar-Radju
· L-Istazzjonijiet tat-TV
· Partiti Politici
Il-Ministeru ghall-Politika Socjali ghandu kumitat dwar l-Ghaqdiet Mhux Governattivi. Wiehed mill-ghanijiet principali ta' dan il-Kumitat hu li jalloka fondi li dan il-Ministeru jpoggi ghad-dispozizzjoni ta' dawn l-organizzazzjonijiet. Din hi hidma importanti ghall-qasam tal-persuni b'dizabilità u l-familji taghhom u ghalhekk ic-Cermen tal-Kummissjoni, is-sur Joe Camilleri, hu membru ta' dan il-kumitat.
Kapitlu 11 - It-Tahrig u r-Ricerka
1 Il-Kors dwar l-Oqsma tad-Dizabilità
1.1 Il-Kummissjoni kompliet taghti serje ta' lecturers fuq issues dwar id-Dizabilità lill-istudenti u haddiema diversi bil-ghan li dawn ikollhom gharfien aktar wiesa' ta' dan il-qasam, l-aktar mill-aspett socjali. Il-hidma tal-Kummissjoni f'dan il-qasam hi migbura f"din it-tabella:
Tabella numru 15
Lectures Dwar l-Oqsma tad-Dizabilità
Klijent Kors Nru. Ta’Studenti
•Universita’ ta’ Malta •Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni •Istitut ghall-Istudji Turistici •Skola Privat •ETC Maltacom Bank of Valletta Akkademja tal-Puluzija Agenzija Appogg Ghaqdiet Total |
•Fakulta’ ta’ L-Edukazzjoni - B.Ed. - Facilitators - PGCE - B. Psy • FEMA - Social Work - B.Comm. • Istitut ghall-Harsien Tas-Sahha - Nurses, Communication u Occupational Therapists Pre-Primary Lecturers San Guzepp Support Workers Job Coaches Gwardjani Lokali Varji Varji - Rekluti - Spetturi - Dyslexia - Razzett tal-Hbiberija |
130 280 6 80 110 40 94 30 14 50 90 12 70 9 160 60 17 50 50 50 1402 |
1.2 Il-Kummissjoni talbet li dan il-kors jinghata wkoll lil dawn l-entitajiet:
- il-Fakulta’ tal-Arkittetura - sar seminar ghal dawn l-istudenti u hemm lecturer li qed jahdem fuq dan;
- il-Fakulta’ tal-Medicina – din accettat fil-principju biss u ghadhom ghadejjin diskussjonijiet;
- il-Fakulta’ tat-Teologija – dan il-kors sar darba biss u qed niddiskutu biex dan jibda jsir fuq bazi regolari.
2 PEKTUR (Il-Programm Edukazzjoni Kontinwa, Tahrig u Ricerka)
2.1 Dan il-programm beda jahdem matul l-1998 bil-ghan li joffri ghajnuna finanzjarja fl-oqsma ta' l-edukazzjoni kontinwa, it-tahrig u r-ricerka fil-qasam tad-dizabilità. Matul din is-sena, inhasset il-htiega li ssir riforma fit-tmexxija ta' dan il-programm u ghalhekk gie deciz:
- li l-bord ikun ta' hames persuni biss;
- il-membri tal-bord jintqalu fuq bazi individwali u mhux bhala rapprezentanti ta' ghaqdiet/organizzazzjonijiet;
- il-bord jibqa' jkollu rapprezentanza ragonevoli ta' persuni b'dizabilità, genituri u nisa;
- il-bord jiltaqa' tal-anqas darbtejn fis-sena; u
- il-bord jista' jiltaqa' ad hoc biex jindirizza b'urgenza applikazzjonijiet fejn l-element ta' zmien ikunu krucjali.
Dawn id-decijonijiet gew implimentati matul din is-sena2.2 Fl-2001, PEKTUR rega' ghamel sejjah ghall-applikazzjonijiet ghal tahrig u ricerka fil-qasam tal-persuni b'dizabilità. Il-programm ghen zewg applikazzjonijiet li kienu:
(a) persuna b'dizabilità li kompliet l-istudju terzjarju taghha;
(b) persuna li tahdem ma' NGO biex tkompli l-istudju professjonali taghha.
PEKTUR organizza t-tieni kors Semma' Lehnek ghall-attivisti b'dizabilità jew familjari ta' persuni b'dizabilità, l-aktar dawk li jiedu sehem fil-korsijiet Oqsma dwar id-Dizabilità li l-Kummissjoni torganizza fuq bazi regolari. L-ghan tal-kors hu li dawn il-persuni jkollhom it-tahrig necessarju biex huma jkunu aktar effettivi fil-preentazzjonijiet pubblici li huma jaghmlu. Dan il-kors sar mal-Kooperattiva Outlook.
L-Onor Anton Tabone pprezenta c-certifikati lil dawk li temmew b'success dan il-kors f'attivita organizzata apposta waqt il-Gimgha tal-Persuni b'Dizabilità.
Kapitlu 12 - L-Informazzjoni u l-Edukazzjoni Pubblika
1.1 Matul is-sena 2001, il-Kummissjoni kompliet tibni c-Centru ta' Rizorsi taghha li jinsab fl-ufficini taghha fic-Istituto Vincenzo Bugeja, Centru Hidma Socjali, Santa Venera, u li kulhadd jista' jaghmel uzu minnu matul il-hin ta' l-ufficcju, inkluz is-Sibt fil-ghodu. L-istatistika rilevanti tinsab f'Tabella 16.
1.2 Matul dan il-perjodu, is-Segretarjat, permezz ta' studenta universitarja, daret il-kotba kollha, nehhiet dawk li ma kienx ghad fadlilhom valur, rat liema kienu mitlufa, u ghamlet ezercizzju biex il-kotba li kienu ilhom mislufa ghal zmien twil jigu rritornati.
Is-Segretarjat ha passi legali wkoll kontra x'uhud li baqghu ma rritornawx dawn il-kotba. Minabba dan l-ezercizzju n-numru totali tal-kotba jidher li naqas minn dak tas-sena l-ohra.
1.3 Il-Kummissjoni organizzat ukoll laqgha ghall-edukaturi ta' persuni b'dizabilità biex jitqassmu l-ghajnuniet edukattivi li l-Kummissjoni ghandha.
Tabella numru 16
|
Centru Ta’ Rizorsi |
||||
|
Mislufa |
Godda |
Total |
||
|
Kotba |
3000 |
242 |
2999 |
|
|
|
Perjodici |
72 |
4 |
24 |
|
|
Videos |
49 |
16 |
340 |
|
|
Audio Cassettes |
14 |
5 |
154 |
|
|
Ghajnuniet Edukattivi |
218 |
0 |
218 |
|
|
CDs |
15 |
10 |
14 |
|
|
Persuni li uzaw ic-Centru f’dan il-perjodu |
137 |
||
|
|
Persuni registrati mac-Centru |
797 |
||
2 Il-Pubblikazzjonijiet tal-Kummissjoni
Matul din is-sena l-Kummissjoni ppubblikat dawn il-pubblikazzjonijiet:
· Il-Ligi Opportunitajiet Indaqs - L-Ewwel Sena - ktejjeb dwar il-kazijiet principali li tressqu lill-Kummissjoni minhabba diskriminazzjoni kontra persuni minhabba d-dizabilità taghhom. Dan il-fuljett jista' jinkiseb ukoll fuq audio, b'tipa kbira u mill-homepage tal-Kummissjoni.
· Klijenti b'Dizabilità u Inti - ktejjeb maqlub ghall-Malti mill-Ingliz u li nhareg mill-Employers' Disability Forum. L-ispejjez kollha ta' din il-pubblikazzjoni thallsu mill-HSBC (Malta) Ltd. Dan il-ktejjeb jista' jinkiseb ukoll fuq audio.
· Streets for All - gwida ghall-Kunsilli Lokali, Dipartimenti tal-Gvern u entitajiet ohra li jaghmlu u jiehdu hsieb it-toroq taghna biex jigi assigurat li dawn ikunu accessibbli ghal kulhadd. Dan il-fuljett jista' jinkiseb ukoll mill-homepage tal-Kummissjoni.
· Ir-Rapport Annwali tal-Kummissjoni ghas-Sena 2000 - Dan ir-rapport jista' jinkiseb bl-Ingliz, b'tipa kbira, fuq audio jew minn fuq il-homepage tal-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni, matul dan il-perjodu, kompliet tippubblika l-fuljett taghha Indaqs. Dan hareg kull sitt xhur, f'Mejju u Novembru 2001, tat-tieni fl-okkazjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Persuni b'Dizabilità. Dan il-fuljett jitqassam lill-persuni b'dizabilità kollha li huma registrati mal-Kummissjoni u lil dawk kollha involuti f'dan il-qasam.
Dawn il-fuljetti jistghu jinkisbu wkoll fuq audio, tipa kbira, fuq diskette tal-kompjuter jew mill-home page tal-Kummissjoni.
4.1 Il-Gnus Maghquda ddikjarat it-3 ta' Dicembru bhala l-Jum Internazzjonali tal-Persuni b'Dizabilità. Bhal ma' sar fis-snin l-imghoddija, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità, il-Federazzjoni ta' l-Organizzazzjonijiet tal-Persuni b'Dizabilità u l-Kummissjoni Pastorali ghall-Persuni b'Dizabilità u l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali nghaqdu flimkien biex organizzaw gimgha ta' attivitajiet biex l-ewwel nett titfakkar din il-gurnata importanti u wkoll biex titqajjem dejjem aktar kuxjenza pubblika favur issues tal-persuni b'dizabilità u l-familji taghhom.
4.2 It-tema maghzula ghal din il-gimgha kienet dik maghzula mill-Unjoni Ewropea - Ippjanar bi Hsieb Kulhadd (Design for All) Din it-tema kienet riflessa f'poster attraenti li gie ccirkulat ma' Malta u Ghawdex kollu. Sar ukoll vidjo pubblicitarju ghal din it-tema li tqassam lill-istazzjonijiet kollha tat-televixins lokali. Dawn urewh matul din il-gimgha minghajr hlas.
4.3 Il-Kummissjoni harget zewg messaggi fuq it-tema ta' din il-gimgha, wiehed ghat-tfal u l-iehor ghall-pubbliku generali. Tat-tfal gie ccirkulat lill-iskejjel kollha ta' Malta u Gawdex, kemm dawk statali kif ukoll privati. Dak ghall-pubbliku gie ccirkulat lill-media kollha fi-2 ta' Dicembru 2001, lejliet il-Jum Internazzjonali tal-Persuni b'Dizabilità.
4.5 L-attivitajiet principali li l-Kummissjoni organizzat ghal din il-gimga kienu:
4.5.1 Seminar - Toroq Ghal Kulhadd
Dan is-seminar gie organizzat mill-Kummissjoni u d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali nhar l-Erbgha, 5 ta' Dicembru, 2001 fil-Lukanda Westin Dragonara, f'San Giljan. Is-seminar kellu zewg ghanijiet principali:
(a) li nipprezentaw lill-pubbliku l-fuljett STREETS FOR ALL li fih linji gwida dwar kif it-toroq jistghu jsiru u jigu mizmuma b'mod li jkunu accessibbli ghal kulhadd, inkluz persuni b'dizabilità; u
(b) li tinholoq kuxjenza akbar dwar il-bzonn li t-toroq ikunu accessibbli ghal kulhadd, l-aktar issa li hemm investiment qawwi f'dan is-settur.
Dan is-seminar kien indirizzat mill-Onor Dr Lawrence Gonzi u mid-Direttur tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, is-sur Victor Rizzo, u kien immexxi mill-Onor Frederick Azzopardi. Il-kelliema principali kienu s-sur Wenzu Dalli, persuna ghamja, is-sinj Marianne Debono, persuna f'dizabilità fizika u l-Perit Joe Spiteri.
L-attendenza ghal dan is-seminar kienet wahda tajba kif tindika t-Tabella 17.
4.5.2 Il-Parlament tal-Persuni b'Dizabilità
Bhala gheluq tal-kors "Semma' Lehnek" gie organizzat Parlament tal-Persuni b'Dizabiltà li fih persuni b'dizabilità ressqu l-opinjonijiet taghhom waqt li numru sostanzjali ta' parlamentari mi-zewg nahat tal-Kamra semghu dawn id-diskorsi. Din l-attività saret it-Tlieta, 4 ta' Dicembru 2001, fil-kamra tal-Kumitati tal-Parlament, il-Palazz.
Id-diskorsi saru minn:
(a) Is-sinj. Dorianne Bezzina, persuna nieqsa mis-smigh li tkellmet bil-Lingwa tas-Sinjali dwar l-accessibilità fizika;
(b) Is-sur John Peel, genitur ta' persuna b'dizabilità intellettwali, li tkellem dwar servizzi fil-komunità;
(c) Is-sinj. Grace Previ, qariba ta' persuna b'dizabilità psikologika, li tkellmet dwar l-impjieg;
(d) Is-sinj. Ramona Cassar, persuna b'dizabilità fiika, li tkellmet dwar l-accessibilità ghall-informazzjoni; u
(e) Is-sur Charles Borg, persuna nieqsa mid-dawl, li tkellem dwar l-edukazzjoni.
Din is-seduta tmexxiet mill-Onor Anton Tabone, Speaker tal-Parlament Malti, u giet indirizzata wkoll mill-Onor Dr Lawrence Gonzi u l-Onor Dr George Vella, leaders tal-Kamra tar-Rapprezentanti. Fi tmiem il-preentazzjonijiet, l-Onor Speaker ipprezenta c-certifikati lill-partecipanti ta' Semma' Lehnek.
Is-sinj Maria Azzopardi, l-interpretu tal-Ghaqda Persuni Neqsin mis-Smigh interpretat din l-attività bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija.
Tabella numru 17
Entita’ |
Attendenza |
|
Kunsilli Lokali |
39 |
|
Ministeru ta’ l-Ambjent |
12 |
|
Dipartiment tat-Toroq |
15 |
|
Ghaqdiet tal-Persuni b’ Dizabilita’ |
1 |
|
KNPD |
5 |
|
Studenti |
10 |
|
Awtorita’ tal-Ippjanar |
6 |
|
Entitajiet Ohra |
13 |
|
Total |
101 |
4.5.3 Seminar ghall-Istudenti tal-Arkitettura
Il-Kummissjoni ilha s-snin tipprova taghti sehemha fit-tahrig tal-periti. Din is-sena, il-Kummissjoni rnexxielha torganizza seminar li fih gie pprezentat il-ktejjeb "Access for All - Design Guidelines" u l-fuljett "Streets for All" waqt li l-istudenti gew indirizzati minn persuni b'dizabilità ta' mobilità.
Il-kelliema ghal dan is-seminar kienu s-sinjuri Charles Borg, Joe Camilleri u l-perit Joe Spiteri waqt li kien hemm ukoll diskorsi mis-Segretarju Parlamentari l-Onor Dr. Antoine Mifsud Bonnici u d-dekan tal-Fakulta tal-Arkitettura, il-Perit Joe Falzon. Is-seminar tmexxa mill-President tal-Assocazzjoni tal-Istudenti tal-Fakultà tal-Arkitettura, is-sur Antoine Zammit.
Is-seminar sar it-Tlieta 4 ta' Dicembru 2001 u ghalih attendew aktar minn 200 student mill-Fakultà tal-Arkitettura u tal-Istitut ghall-Harsien tas-Sahha.
4.6 Barra minn hekk il-Kummissjoni tat l-ghajnuna necessarja biex isiru dawn l-attivitajiet waqt din il-gimgha:
(a) Mixja ta' Solidarjeta' organizzata s-Sibt, 1 ta' Dicembru fil-Belt Valletta u kkoordinata mill-Grupp Flimkien Naslu;
(b) Seminar Nazzjonali fuq it-tema ta' din is-sena organizzat mill-Federazzjoni bis-sapport tal-Malta-EU Centre (MIC);
(c) Prezentazzjoni mill-HSBC tal-ktejjeb "Klijenti b'Dizabilità u Inti". Dan hu ktejjeb li nhareg bl-Ingliz mill-Employers' Disability Forum, gie tradott ghall-Malti mill-Kummissjoni waqt li l-ispejjez tal-pubblikazzjoni thallsu mill-HSBC (Malta). Il-Kummissjoni qed tiehu hsieb it-tqassim ta' dan il-ktejjeb. Sar ukoll audio tape tal-ktejjeb;
(d) Quddiesa fuq TVM mill-Kunsill Pastorali ghall-Persuni b'Dizabiltà.
(e) Il-programm tal-PBS Bondicini, li xxandar fil-gimgha ta' wara;
(f) Konferenza Stampa li giet organizzata biex titniedha din il-gimgha.
5.1 L-Unjoni Ewropea ddikjarat is-sena 2003 bhala s-sena Ewropea tal-Persuni b'Dizabilità. Il-Kummissjoni talbet lill-Ministeru tal-Politika Socjali biex flimkien mal-Federazzjoni, ikunu l-entità nazzjonali responsabbli minn din is-Sena. Il-Ministeru accetta din il-proposta u l-Ufficcju tal-Prim Ministru hareg anke cirkulari biex jitlob il-kooperazzjoni tal-entitajiet governattivi kollha.
5.2.1 Il-Kummissjoni flimkien mal-Federazzjoni waqqfu kumitat centrali maghmul minn zewg rapprezentati tal-Kummissjoni, li huma s-sinjuri Fred Bezzina, li ser jagixxi ta' Cermen ta' dan il-kumitat u s-sur Charles Borg, u zewg rapprezentanti tal-Federazzjoni li huma s-sinjuri Rita Borg u Philip Grech. Is-sur Eugenio Galea ser jagixxi ta' Segretarju Ezekuttiv ta' dan il-kumitat.
5.2.2 L-ghanijiet ta' dan il-kumitat huma li:
a) jara li din is-sena tohloq gharfien akbar u aktar poittiv tal-issues tal-persuni b'dizabilità u l-familji taghhom;
b) jara li jittiehdu inizjattivi minn oqsma diversi tas-Socjetà Maltija halli jkun hawn opportunitajiet indaqs ghall-persuni b'dizabilità u l-familji taghhom.
5.3 Dan il-Kumitat centrali qed iwaqqaf numru ta' sotto-kumitati f'oqsma u setturi differenti tas-Socjetà Maltija, biex jghinu halli jintlaqghu dawn l-ghanijiet.
5.4 Il-Kumitat Centrali wkoll ser iwaqqaf kumitat konsultattiv maghmul mill-membri tal-Kumitat centrali u c-Chairpersons tas-sotto-kumitati kollha halli jassigura ko-ordinament fil-hidma kollha li ser issir.
Kapitlu 13 - Hidma Internazzjonali
1 L-Unjoni Ewropea
1.1 Il-Kummissjoni kompliet tahdem biex issahhah ir-relazzjoni taghha mal-istrutturi tal-Unjoni Ewropea (UE), l-aktar issa li s-Segretarjat ghandu ufficjal gholi responsabbli minn dan il-qasam. Din l-attivita kienet tinkludi:
a) partecipazzjoni f'ghadd ta' laqghat relatati mal-UE barra minn Malta.
b) saru diversi laqghat bejn ufficjali tal-Kummissjoni u ufficjali tal-Malta-EU Information Centre (MIC) u l-European Union Programme Unit (EUPU) dwar programmi bhal ma' huma l-programmi Youth, il-Fifth Framework, il-Leonardo u s-Socrates.
c) applikajna biex numru ta' sapport workers jiehdu tahrig vokazzjonali fil-Portugal permezz tal-programm Leonardo.
d) kabbarna u kklassifikajna l-letteratura li l-Kummissjoni ghandha fuq dan is-settur fir-Resource Centre taghha.
1.2 Il-Kummissjoni laqghet ftehim mal-Federazzjoni li hi membru osservatur fil-European Disability Forum (EDF) biex huma jghaddu lill-Kummissjoni l-informazzjoni li huma jiksbu u li tajjeb li hija jkollha.
2.1 Laqgha Preparatorja dwar Konferenza Ewropea tal-Ministri Responsabbli mill-Persuni b'Dizabilità
Il-Kunsill ta' l-Ewropa u l-Gvern Spanjol ser jorganizzaw Konferenza Ewropea tal-Ministri responsabbli mill-persuni b'dizabilità matul l-2003, is-sena Ewropea tal-Persuni b'Dizabilità. Il-Gvern Malti, permezz tad-Direttur tal-Kummissjoni, is-sur Fred Bezzina ha sehem f'laqgha preparatorja li saret fi Strasbourg, Franza f'Dicembru 2001.
2.2 Laqgha ta' Ufficjali Gholjin Governattivi tal-EU
L-Unjoni Ewropea stiednet ghall-ewwel darba lil Malta biex tattendi laqgha ta' ufficjali gholjin governattivi li jahdmu fil-qasam tal-persuni b'dizabilità. Din il-laqgha ddiskutiet is-sena Ewropea tal-persuni b'dizabilità. Malta kienet rapprezentata mid-Direttur tal-Kummissjoni, is-sur Fred Bezzina, li ta rendikont tal-hidma li qed issir f'Malta f'dan il-qasam, inkluz il-hidma li qed issir biex norganizzaw din is-sena.
2.3 Toward A Barrier Free Europe for Citizens with Disabilities
Il-Kummissjoni hadet sehem f'din il-konferenza organizzata mill-Presidenza tal-Unjoni Ewropea f'Linkoping, l-Isvezja f'Mejju. Id-direttur tal-Kummissjoni, is-sur Fred Bezzina, kien id-delegat Malti. Il-konferenza ddiskutiet dokument bl-istess isem u l-implimentazzjoni tieghu.
2.4 Disability Policy Planning in Europe
Il-Gvern Svedi organizza wkoll konferenza fl-istess post, jigifieri Linkoping, l-Isvezja. Malta kienet rapprezentata ghal din il-konferenza mis-sur Fred Bezzina, Direttur tal-Kummissjoni u Dr Carmelo Grima rapprezentant tal-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. F'din il-konferenza gew diskussi kif ir-Regoli Standard ghall-Opportunitajiet Indaqs ghall-Persuni b'Dizabilità mahruga mill-gnus Maghquda jistghu jintuzaw fil-livell tal-gvernijiet lokali.
2.5 TAIEX Seminar with Disability Organisations on the Non-Discrimination Directive on Employment
Malta kienet mistiedna tattendi dan is-seminar oganizzat mill-European Disability Forum (EDF) u li sar fi Brussels. Tliet rapprezentanti tal-Federazzjoni u ohra tal-Kummissjoni attendew dan is-seminar. Ir-rapprezentanta tal-Kummissjoni kienet is-sinj Anne-Marie Callus.
Il-Kummissjoni tat il-veduti taghha rigward numru gir ta' dokumenti internazzjonali fosthom:
a) ILO Code of Practice on Management of Disability Related Issues;
b) Tourism for All;
c) Konvenzjoni tat-Tfal
Il-Kummissjoni tat il-kontribut taghha biex il-Gvern Malti jkun jista' jerga' japplika ghar-Roosevelt International Award li jinghata lil dak il-pajji li matul dik is-sena jkun wettaq hidma sinifikanti f'dan il-qasam. Dan il-Premju hu organizzat mill-World Committee on Disability u r-rebbieh hu mistenni li jitabbar fil-bidu tas-sena 2002.
Il-Kummissjoni issa hi rapprezentata fuq il-Kumitat tas-Socjetà Civili tal-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali.
Fl-10 ta' Frar il-Kummissjoni pprezentat ir-Rapport Annwali taghha ghas-sena 2000.
Il-Kummissjoni waqqfet Unit fis-Segretarjat taghha biex tiehu hsieb ir-Ricerka, u Policy u Relazzjonijiet mal-UE.
Il-Kummissjoni bdiet taghmel rakkomandazzjonijiet lill-Maltacom biex persuni b'dizabilità severa hafna jibbenefikaw mill-Websave.
Il-Kummissjoni bdiet taghmel rakkomandazzjonijiet lid-Dipartiment tac-cittadinanza ghall-permessi ta' xoghol lill-Assistenti Personali barranin ta' persuni b'dizabilità.
Il-Kummissjoni ppubblikat ktejjeb dwar il-kazijiet principali ta' diskriminazzjoni skond il-Ligi Opportunitajiet Indaqs.
Permezz tal-Ligi Opportunitajiet Indaqs, il-Kummissjoni laqghet ftehim ma':
· l-HSBC rigward l-accessibilità, self favorevoli lil persuni b'dizabilità u servizz lill-persuni ghomja;
· id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni biex ikun hemm pool ta' facilitators sostituti;
· il-PBS biex ikun hemm bullettin ta' l-ahbarijiet bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija;
· id-Divizjoni tas-Sahha biex ikun hemm access tajjeb ghal kulhadd fl-Isptar San Luqa;
· l-Awtorità tat-Trasport dwar impjieg ta' persuna b'dizabilità;
· il-kumpaniji CAA u MET biex jipprovdu s-servizz taghhom lill-persuni neqsin mis-smigh permezz tal-SMSs.
The Commission is now represented on the Civil Society Committee of the Malta Council for Economic and Social Development.
On the the 10 th of February, the Commissiion presented its Annual Report for the Year 2000.
The Commission established a Unit within its secretariat to be responsible for Research, Policy and EU relations.
The Commission started making recommendations to Maltacom so that persons with very severe disability benefit from Websave.
The Commission started making recommendations to the Department of Citizenship for foreign personal assistants for persons with disability to have the necessary working permit.
The Commission published a booklet containing the main cases of discrimination according to the Equal Opportunities Act.
Through the Equal Opportunities Act, the Commission has reached agreement with:
· HSBC regarding accessibility, soft loans for persons with disability and services for blind persons;
· the Education Division to establish a pool of substitute facilitators;
· PBS to broadcast a news bullettin in Maltese Sign Language;
· The Health Division so that St Luke's Hospital now has a good access for everybody;
· The Transport Authority regarding the employment of a disabled person;
· CAA Ltd and MET Ltd to provide their service to hearing impaired persons through SMSs.